Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pantecta Control
pantoprazole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnu


PANTECTA Control 20 mg pilloli gastro-reżistenti

Pantoprazole


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

PANTECTA


Tiħux PANTECTA Control ma’ mediċini oħrajn li jillimitaw l-ammont ta’ aċidu li jiġi prodott fl- istonku tiegħek, bħal inibitur tal-pompa tal-proton ieħor (omeprazole, lansoprazole jew rabeprazole) jew antagonist ta’ H2 (eż. ranitidine, famotidine).

Madankollu, tista’ tieħu PANTECTA Control ma’ antaċidi (eż. magaldrate, alginic acid, sodium bicarbonate, aluminium hydroxide, magnesium carbonate, jew kumbinazzjonijiet tagħhom), jekk ikun meħtieġ.


Tqala u treddigħ

M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila jew qed tredda’

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk ikollok effetti sekondarji bħal sturdament jew disturb fil-vista, m’għandekx issuq jew tuża magni.


  1. Kif għandek tieħu PANTECTA Control


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib jew l- ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija pillola waħda kuljum. Taqbiżx din id-doża rakkomandata ta’ 20 mg ta’ pantoprazole kuljum.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Għandek tieħu din il-mediċina għal mill-inqas 2-3 ijiem konsekuttivi. Għandek tieqaf tieħu PANTECTA Control meta ma jkollokx aktar sintomi. Jista’ jkollok solliev mis-sintomi tar-rifluss tal- aċidu u tal-qrusa fl-istonku wara jum wieħed biss ta’ kura b’PANTECTA Control, iżda din il-mediċina mhijiex intenzjonata li tagħtik solliev immedjat.


    Jekk ma jkollok l-ebda solliev tas-sintomi wara li tkun ħadt din il-mediċina għal ġimagħtejn kontinwament, kellem lit-tabib tiegħek.

    Tieħux il-pilloli PANTECTA Control għal iktar minn 4 ġimgħat mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.


    Ħu l-pillola qabel l-ikel, fl-istess ħin kuljum. Għandek tibla’ l-pillola sħiħa ma’ ftit ilma. Tomgħodx jew taqsam il-pillola.


    Jekk tieħu PANTECTA Control aktar milli suppost

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħekjekk ħadt aktar mid-doża rakkomandata. Jekk hu possibbli ħu l- mediċina u dan il-fuljett miegħek..


    Jekk tinsa tieħu PANTECTA Control

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża normali li jkun imiss l-għada, fil-ħin tas-soltu.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar, jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji. Tieħux iżjed din il-mediċina, iżda ħu dan il-fuljett u/jew il-pilloli miegħek.

    • Reazzjonijiet allerġiċi serji (rari: (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’1,000)): Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, dawk hekk imsejħa reazzjonijiet anafilattiċi, xokk anafilattiku u anġjoedema. Sintomi tipiċi huma: nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ħalq, ilsien u/jew gerżuma, li tista’ tikkawża diffikultà biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, urtikarja (raxx bħal dak ikkawżat mill-ħurrieq), sturdament sever b’taħbit tal-qalb mgħaġġel ħafna u ħafna għaraq.

    • Reazzjonijiet serji tal-ġilda (frekwenza mhux magħrufa): raxx flimkien ma’ nefħa, infafet jew tqaxxir tal-ġilda, telf ta’ ġilda u ħruġ ta’ demm madwar l-għajnejn, imnieħer, ħalq jew fil-partijiet ġenitali, u deterjorament mgħaġġel tas-saħħa ġenerali tiegħek, jew raxx meta tkun espost/a għax- xemx.

    • Reazzjonijiet serji oħra (frekwenza mhux magħrufa: frekwenza ma tistax tiġi stmata mit- tagħrif disponibbli): sfurija tal-ġilda u l-għajnejn (minħabba ħsara severa fil-fwied), jew problemi fil-kliewi bħal uġigħ meta tagħmel l-awrina u uġigħ fin-naħa t’isfel tad-dahar bid-deni.


    Effetti sekondarji oħra jinkludu:

    - Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100):

    uġigħ ta’ ras; sturdament; dijarea; dardir, rimettar; nefħa u gass fl-istonku; stitikezza; ħalq xott; uġigħ ta’ żaqq u skonfort; raxx tal-ġilda jew urtikarja; ħakk; tħossok dgħajjef, għajjien jew ġeneralment ma tħossokx tajjeb; problemi biex torqod; żieda fl-enzimi tal-fwied f’test tad-demm.


    • Effetti sekondarji rari:

      sens ta’ togħma distort jew jitlaq għal kollox, disturbi fil-vista bħal vista mċajpra; uġigħ fil-ġogi; uġigħ fil-muskoli; tibdil fil-piż; temperatura għolja tal-ġisem; nefħa tal-estremitajiet; depressjoni; żieda fil-livelli tal-bilirubina u x-xaħam fid-demm (kienu osservati f’testijiet tad-demm), sider li jikber fl-irġiel, deni għoli u tnaqqis f’daqqa f’ċelluli granulari tad-demm bojod fiċ-ċirkolazzjoni (kif jidher fit-testijiet tad-demm).


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10,000):

      diżorjentament; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm, li jista’ jikkawża li joħroġlok id-demm jew titbenġel iktar mis-soltu; tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm, li jista’ jwassal għal infezzjonijiet iktar frekwenti, bi tnaqqis koeżistenti mhux normali fl-għadd ta’ ċelluli tad-demm bojod u ħomor, kif ukoll fil-plejtlits (kif jidher fit-testijiet tad-demm).


    • Frekwenza mhux magħrufa:

    alluċinazzjoni, konfużjoni (speċjalment f’pazjenti bi storja medika ta’ dawn is-sintomi); tnaqqis fil-livell ta’ sodium fid-demm, tnaqqis fil-livell ta’ manjesju fid-demm.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

    .


  3. Kif taħżen PANTECTA Control


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara ‘EXP’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih PANTECTA Control