Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Trevaclyn
laropiprant, nicotinic acid

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Trevaclyn 1,000 mg/20 mg pilloli li jerħu l-mediċina b’mod modifikat

aċidu nikotiniku/laropiprant


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Trevaclyn u għaliex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Trevaclyn

  3. Kif għandek tieħu Trevaclyn

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Trevaclyn

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Trevaclyn u għaliex jintuża


    L-isem tal-mediċina tiegħek huwa Trevaclyn. Huwa fih żewġ sustanzi attivi differenti:

    • aċidu nikotiniku, mediċina li timmodifika ix-xaħmijiet u

    • laropiprant, li jnaqqas is-sintomi ta’ fawra, effett sekondarju komuni ta’ l-aċidu nikotiniku.


      Kif Jaħdem Trevaclyn

      Pelzont jintuża flimkien ma’ dieta

    • biex ibaxxi l-livell tal-kolesterol ‘ħażin’ tiegħek. Huwa jagħmel dan billi jbaxxi l-livelli ta’ kolesterol totali, kolesterol LDL, sustanzi xaħmija msejħa trigliċeridi u apo B (parti mil-LDL) fid-demm.

    • biex jgħolli l-livelli tal-kolesterol ‘tajjeb’ (kolesterol HDL) u apo A-I (parti mill-HDL).


      X’għandi nkun naf dwar il-kolesterol u t-trigliċeridi?

      Il-kolesterol huwa wieħed mill-bosta xaħmijiet li hemm f’ġismek. Il-kolesterol totali tiegħek huwa magħmul prinċipalment minn kolesterol ‘ħażin’ (LDL) u ‘tajjeb’ (HDL).


      Kolesterol LDL huwa xi kultant imsejjaħ kolesterol ‘ħażin’ minħabba li jista’ jinġema’ mal-ħitan ta’ l- arterji tiegħek u jifforma plakka. Maż-żmien, din l-akkumulazzjoni tal-plakka tista’ twassal għal imblukkar ta’ l-arterji tiegħek. Dan l-imblukkar jista’ jnaqqas jew jimblokka l-fluss tad-demm lejn l- organi vitali bħall-qalb u l-moħħ. Meta l-fluss tad-demm jiġi imblokkat, ir-riżultat jista’ jkun jew attakk tal-qalb jew puplesija.


      Il-kolesterol HDL huwa xi kultant imsejjaħ kolesterol ‘tajjeb’ minħabba li jżomm lill-kolesterol ‘ħażin’ milli jinġema’ fl-arterji u minħabba li jipproteġi kontra l-mard tal-qalb.


      It-tirgliċeridi huma xaħam ieħor li jinsab f’demmek. Jistgħu jżidu r-riskju tiegħek li tiżviluppa problemi tal-qalb.


      F’ħafna min-nies, għall-ewwel ma jkun hemm ebda sinjal ta’ problemi bil-kolesterol. It-tabib jista’ jkejjel il-kolesterol tiegħek b’test sempliċi tad-demm. Żur it-tabib tiegħek b’mod regolari sabiex iżżomm kontroll tal-kolesterol tiegħek u ddiskuti l-miri tiegħek mat-tabib tiegħek.

      Trevaclyn jintuża flimkien ma’ dieta u eżerċizzju f’pazjenti adulti b’iperkolesterolimja primarja jew dislipidimja mħallta:

    • meta ma tistax tikkontrolla l-livelli tal-kolesterol tiegħek bi statin waħdu (kategorija ta’ mediċini li jbaxxu l-kolesterol li taħdem fil-fwied);

    • meta ma tistax tittollera statin jew meta statin ma jkunx rakkomandat għalik.


      Pazjenti b’dislipidimja mħallta kkombinata għandhom livelli għoljin ta’ kolesterol LDL ‘ħażin’ u trigliċeridi (tip ta’ xaħam), u livelli baxxi ta’ kolesterol HDL ‘tajjeb’ fid-demm. Iperkolesterolimja primarja hija meta l-livelli tal-kolesterol fid-demm huma għoljin. Primarja tfisser li l- iperkolesterolimja m’għandhiex kawża li tista’ tiġi identifikata.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Trevaclyn Tiħux Trevaclyn

    • jekk inti allerġiku għall-aċidu nikotiniku, għal laropiprant, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

    • jekk bħalissa għandek problemi bil-fwied.

    • jekk għandek ulċera fl-istonku tiegħek.

    • jekk għandek fsada arterjali.


      Tiħux Trevaclyn jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tgħodd għalik. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Trevaclyn.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Għid lit-tabib tiegħek dwar il-kundizzjonijiet mediċi tiegħek kollha. Iċċekkja mat-tabib jew ma’ l- ispiżjar tiegħek qabel u waqt li tkun qed tieħu l-mediċina tiegħek:

    • jekk għandek xi allerġiji.

    • jekk xi darba kellek mard tal-fwied, suffejra (disturb tal-fwied li jikkawża sfurija tal-ġilda u ta’ l-abjad ta’ l-għajn), jew mard epatobiljari (fwied u l-kanal biljari).

    • jekk għandek problemi bil-kliewi.

    • jekk għandek problemi bit-tirojde.

    • jekk tixrob ammonti kbar ta’ alkoħol.

    • jekk inti jew membri tal-familja li jiġu mill-qrib minnek għandkom disturb fil-muskoli li jintiret, jew xi darba kellek problemi bil-muskoli matul trattament b’mediċini li jbaxxu l-kolesterol li jissejħu “statins” jew fibrati.

    • jekk għandek uġigħ fil-muskoli, sensittività fil-muskoli, jew dgħjufija mhux spjegata fil- muskoli. Jekk għandek dawn is-sintomi, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

    • jekk għandek zokkor għoli fid-demm jew dijabete.

    • jekk għandek problemi b’qalbek.

    • jekk se tagħmel operazzjoni.

    • jekk għandek il-gotta.

    • jekk għandek livelli baxxi ta’ fosfru.

    • jekk għandek aktar minn 70 sena.

    • jekk qed tieħu simvastatin (statin) jew mediċina li fiha simvastatin u inti Ċiniż/a.


      Jekk m’intix ċert dwar jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Trevaclyn.


      Testijiet tad-demm u monitoraġġ

    • Ara lit-tabib tiegħek regolarment biex tiċċekkja l-livelli tal-kolesterol LDL (ħażin) u HDL (tajjeb) u l-livell tat-trigliċeridi tiegħek.

    • It-tabib tiegħek għandu jagħmillek test tad-demm qabel ma tibda tieħu Trevaclyn biex jiċċekkja kemm qed jaħdem sewwa l-fwied tiegħek.

    • It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun iridek tagħmel ukoll testijiet tad-demm perjodiċi wara li

      tibda tieħu Trevaclyn biex jiċċekkja kemm qiegħed jaħdem sewwa l-fwied tiegħek u għal effetti sekondarji oħra.


      Tfal u adoloxxenti

      Trevaclyn ma ġiex studjat fi tfal u adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena. Għalhekk Trevaclyn m’għandux jintuża fi tfal u adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena.


      Mediċini oħra u Trevaclyn

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra. Dan jinkludi mediċini mingħajr riċetta, vitamini, u supplimenti tal-ħxejjex.


      B’mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi ħaġa minn dawn li ġejjin:

    • mediċini użati biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm.

    • mediċini użati biex ibaxxu l-kolesterol imsejħa ‘sekwestranti ta’ l-aċidu biljari’, bħall- colestyramine.

    • zidovudine, mediċina użata għall-HIV.

    • midazolam, mediċina biex traqqdek qabel xi proċeduri mediċi.

    • vitamini jew supplimenti li fihom l-aċidu nikotiniku.

    • clopidogrel u acetylsalicylic acid (ASA), mediċini li jgħinu fil-prevenzjoni ta’ emboli perikolużi.

    • mediċini użati biex ibaxxu l-kolesterol imsejħa ‘statins’.


      Għid ukoll lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu simvastatin (statin) jew mediċina li fiha simvastatin u jekk inti Ċiniż/a.


      Jekk m’intix ċert dwar jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplikax għalik, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Trevaclyn.


      Trevaclyn ma’ ikel, xorb u alkoħol

    • Biex tbaxxi ċ-ċans tiegħek ta’ fwawar, evita li tixrob alkoħol jew xorb jaħraq jew li tiekol ikel pikkanti qrib il-ħin li tieħu d-doża tiegħek ta’ Trevaclyn.

    • Huwa importanti li ssegwi l-parir mogħti f’sezzjoni 3 Kif għandek tieħu Trevaclyn.


      Tqala u treddigħ

      Trevaclyn mhuwiex irrakkomandat waqt it-tqala sakemm ma jkunx meħtieġ b’mod ċar. Tkellem mat-tabib tiegħek qabel tieħu Trevaclyn jekk:

    • Inti tqila jew qiegħda tippjana biex tinqabad tqila. Mhux magħruf jekk Trevaclyn jagħmilx

      ħsara lit-tarbija mhux imwielda tiegħek.

    • Qiegħda tredda’ jew qiegħda tippjana li tredda’. Mhux magħruf jekk Trevaclyn jgħaddix għal ġol-ħalib tas-sider tiegħek. Madankollu, l-aċidu nikotiniku, li huwa component ta’ Trevaclyn, jgħaddi għal ġol-ħalib tas-sider.


      Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek jiddeċiedi jekk Trevaclyn hux tajjeb għalik.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Xi nies jistordu wara li jieħdu Trevaclyn. Jekk tistordi, inti għandek tevita li ssuq jew tħaddem magni wara li tieħu Trevaclyn.


      Trevaclyn fih il-lactose

      Trevaclyn fih tip ta’ zokkor imsejjaħ lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

  3. Kif għandek tieħu Trevaclyn


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    • Inti għandek tibda billi tieħu pillola waħda kuljum.

    • Wara 4 ġimgħat, it-tabib tiegħek jista’ jgħolli d-doża tiegħek għal żewġ pilloli kuljum.

    • Jekk qed taqleb minn mediċina li fiha 2,000 mg jew aktar ta’ aċidu nikotiniku li jintreħa bil- mod, it-tabib tiegħek jista’ jibdik fuq żewġ pilloli ta’ Trevaclyn kuljum. Jekk qed taqleb minn mediċina b’inqas minn 2,000 mg ta’ aċidu nikotiniku li jintreħa bil-mod, inti għandek tibda billi tieħu pillola waħda ta’ Trevaclyn kuljum. Wara 4 ġimgħat, it-tabib tiegħek jista’ jżidlek id-doża ta’ Trevaclyn għal żewġ pilloli kuljum.


      Kif għandek tieħdu

    • Ħu Trevaclyn darba kuljum, filgħaxija jew qabel torqod.

    • Ħu Trevaclyn ma’ l-ikel.

    • Ibla’ kull pillola sħiħa. Sabiex il-mediċina tiegħek taħdem kif suppost, m’għandekx taqsam, tkisser, tfarrak, jew tomgħod il-pillola qabel ma tiblagħha.

    • Evita li tixrob alkoħol jew xarbiet sħan jew li tiekol ikel pikkanti qrib il-ħin meta għandek tieħu Trevaclyn. Dan għandu jnaqqas iċ-ċans ta’ fawra (fawra tal-ġilda, sensazzjoni ta’ sħana, ħakk, jew tingiż, speċjalment f’rasek, għonqok, sidrek u l-parti ta’ fuq ta’ dahrek).

    • It-teħid ta’ aspirina qabel tieħu Trevaclyn ma jnaqqasx il-fwawar tiegħek aktar milli tieħu Trevaclyn waħdu. Għalhekk, m’hemmx bżonn li tieħu aspirina biex tnaqqas is-sintomi tal- fwawar. Jekk tieħu aspirina għal xi raġuni, kompli segwi l-parir tat-tabib tiegħek.


      Jekk tieħu Trevaclyn aktar milli suppost

    • Fil-każ ta’ doża eċċessiva, ġew irrapportati r-reazzjonijiet avversi li ġejjin: fwawar, uġigħ ta’ ras, prurite (ħakk), dardir, sturdament, rimettar, dijarrea, uġigħ addominali/skumdità u uġigħ fid-dahar.

    • Jekk tieħu aktar milli suppost, kellem tabib jew spiżjar immedjatament.


      Jekk tinsa tieħu Trevaclyn

    • Jekk tinsa tieħu doża, tiħux doża żejda. Kompli bid-doża tiegħek tas-soltu filgħaxija jew qabel torqod meta jmissek. Madankollu, jekk ma tiħux Trevaclyn għal sebat ijiem jew aktar konsekuttivi, kellem lit-tabib tiegħek qabel terġa’ tibda Trevaclyn.


      Jekk tieqaf tieħu Trevaclyn

      Tiqafx tieħu Trevaclyn mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Il-problema tal-kolesterol tiegħek tista’ terġa’ titfaċċa.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-effetti sekondarji ta’ Trevaclyn huma:


    Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

    • fawra (li ġeneralment tinkludi ħmura tal-ġilda, sensazzjoni ta’ sħana, ħakk, jew tingiż, speċjalment fir-ras, l-għonq, is-sider u n-naħa ta’ fuq tad-dahar). Jekk ikun hemm fawra, is- sintomi normalment jidhru l-aktar fil-bidu u ġeneralment jonqsu mal-ħin.

      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • sturdament

    • uġigħ ta’ ras

    • tingiż jew tirżiħ tal-idejn jew tas-saqajn

    • dijarea

    • stonku mqalleb jew ħruq ta’ l-istonku

    • nawsja (tħossok imdardar)

    • tiddardar (rimettar)

    • prurite (ħakk)

    • raxx

    • ħorriqija


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

      Barra minn hekk, sintomu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin ġew irrappurtati b’mod mhux frekwenti (anqas minn 1 minn kull 100 pazjent) bħala parti minn reazzjoni allerġika għal Trevaclyn.

    • nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ilsien, u/jew gerżuma li tista’ tikkawża diffikultà fit-teħid tan-nifs jew biex tibla’ (anġjoedema, li jista’ jkollha bżonn trattament mill-ewwel)

    • ħass ħażin

    • qtugħ ta’ nifs

    • telf tal-kontroll fuq l-awrina u l-ippurgar

    • għaraq kiesaħ

    • rogħda

    • kesħa

    • pressjoni tad-demm aktar għolja

    • nefħa fix-xufftejn

    • sensazzjoni ta’ ħruq

    • raxx mal-ġisem kollu

    • uġigħ fil-ġogi

    • nefħa fis-saqajn

    • taħbita tal-qalb mgħaġġla


      Mhux magħruf: il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli

      Barra minn hekk, matul esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq bi Trevaclyn u/jew bi prodotti ta’ aċidu nikotiniku oħrajn (waħedhom u/jew b’ċerti mediċini oħrajn li jbaxxu l-kolesterol), ġiet irrapportata reazzjoni allerġika serja f’daqqa (xokk anafilattiku). Is-sintomi nkludew ħass ħażin, qtugħ ta’ nifs, tħarħir jew diffikultà fit-teħid tan-nifs, nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien, ħakk, ħorriqija fuq il-ġilda. Din il-kundizzjoni teħtieġ attenzjoni medika minnufih. Matul esperjenza wara t-tqegħid fis-suq bi Trevaclyn u/jew bi prodotti oħrajn ta’ nicotinic acid, ġie rrapportat ukoll raxx b’infafet.


      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


  5. Kif taħżen Trevaclyn


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl u mill- umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Trevaclyn


Din il-mediċina hija disponibbli bħala pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat. Dan ifisser li sustanza attiva waħda jew aktar tintreħa bil-mod fuq perjodu ta’ żmien.


Kif jidher Trevaclyn u l-kontenut tal-pakkett

Kull pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat hija pillola bajda għal offwajt, forma ta’ kapsula, li għandha “552” ibbuzzat fuq naħa waħda.


Folja opaka tal-PVC/Aclar mgħottija b’aluminju push-through f’pakketti ta’ 14, 28, 56, 84, 98, 168, 196 pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat, pakketti multipli li fihom 196 (2 pakketti ta’ 98) pillola li jerħu l-mediċina b’mod modifikat u 49 x 1 pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat f’folja unit dose perforata.


Folja ta’ l-aluminju/aluminju b’għata push-through f’pakketti ta’ 14, 28, 56, 168 pillola li terħi l- mediċina b’mod modifikat u 32 x 1 pillola li terħi l-mediċina b’mod modifikat f’folja ta’ doża waħda perforata.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni

għat-Tqegħid fis-Suq Manifattur

Merck Sharp & Dohme Ltd. Merck Sharp & Dohme Ltd.

Hertford Road, Hoddesdon Shotton Lane, Cramlington

Hertfordshire EN11 9BU Northumberland NE23 3 JU

Ir-Renju Unit Ir-Renju Unit


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32 (0)27766211)

dpoc_belux@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32 (0)27766211)

dpoc_belux@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 53 00

hungary_msd@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

msd_cr@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: +357 22866700

malta_info@merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 4482 4000

dkmail@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 99 99 000 (+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Deutschland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Tel: 0800 673 673 673; (+49 (0) 89 4561 2612)

e-mail@msd.de

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


Eλλάδα

MSD. A. Φ B.E.E.

Τηλ: +3 0210 98 97 300

cora.greece.gragcm@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Portugal

Tecnifar - Indústria Técnica Farmacêutica, S.A.

Tel: +351 210 330 700

farmalerta@tecnifar.pt


France

MSD France

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp and Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201

msd_slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010

msd_sk@merck.com


Italia

Neopharmed Gentili S.r.l.

Tel: + 39 02891321

regulatory@mediolanum-farma.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Τηλ: 80000 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224

msd_lv@merck.com

United Kingdom

Merck Sharp and Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272

medicalinformationuk@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel. +370 5 278 02 47

msd_lietuva@merck.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.