Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bronchitol
mannitol

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-utent


Bronchitol 40 mg, trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsin

Mannitol


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhux imniżżel f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

1. X’inhu Bronchitol u għalxiex jintuża

  1. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bronchitol

  2. Kif għandek tuża Bronchitol

  3. Effetti sekondarji possibbli

  4. Kif taħżen Bronchitol

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Bronchitol u għalxiex jintuża X’inhu Bronchitol

    Bronchitol fih mediċina msejħa mannitol li hija sustanza mukolitika.


    Għal x’hiex jintuża Bronchitol

    Bronchitol għandu jintuża f’adulti minn 18-il sena 'l fuq. Apparti li tuża Bronchitol normalment tibqa’ tuża l-mediċini l-oħrajn li tieħu għal fibrożi ċistika.


    Kif jaħdem Bronchitol

    Bronchitol jittieħed man-nifs fil-pulmun biex jgħin il-fibrożi ċistika, marda li tintiret li taffettwa l- glandoli fil-pulmuni, fl-imsaren u fil-frixa li jnixxu fluwidi bħal mukus u meraq diġestiv.


    Bronchitol jgħin billi jżid l-ammont ta’ ilma fuq il-wiċċ tal-passaġġi tal-arja u fil-mukus. Dan jgħin biex ineħħi l-mukus aktar malajr. Jgħin ukoll biex itejjeb il-kundizzjoni tal-pulmuni kif ukoll it-teħid tan-nifs. B’konsegwenza ta’ dan jista’ jkollok ‘sogħla produttiva’, li tgħin ukoll biex tneħħi l-mukus mill-pulmuni.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Bronchitol Tużax Bronchitol

    • jekk inti allerġiku għal mannitol

    • jekk inti sensittiv/a għall-mannitol. Qabel tinbeda fuq Bronchitol, it-tabib tiegħek sejjer jara jekk il-passaġġi tal-arja jkunux sensittivi wisq għal mannitol. Jekk inti sensittiv wisq għal mannitol, il-passaġġi tal-arja jidjiequ issibha aktar diffiċli tieħu nifs.

      Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew jekk m’intix ċert/a), kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina:

    • jekk għandek l-ażżma;

    • jekk tisgħol bid-demm jew kellek id-demm fil-bżieq tiegħek;

    • jekk għandek fibrożi ċistika severa, b’mod partikolari jekk il-funzjoni tal-pulmun tiegħek imkejla mill-Volum Espiratorju Furzat fl-ewwel sekonda ta’ nifs ’il barra (FEV1) tkun normalment inqas minn 30%.


      Jekk tieħu mediċina man-nifs, dan jista' jikkawża għafis fuq is-sider u tħarħir u dan jista' jseħħ minnufih wara li tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek sejjer jgħinek tieħu l-ewwel doża tiegħek ta' Bronchitol u tikkontrolla l-funzjoni tal-pulmun tiegħek qabel, matul u wara d-doża. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tuża mediċini oħra bħal bronkodilatur qabel tieħu Bronchitol.


      Jekk tieħu mediċini man-nifs, dan jista’ jikkawża wkoll sogħla u dan jista’ jseħħ bi Bronchitol. Kellem lit-tabib tiegħek jekk is-sogħla ma tkunx trid tmur jew tkun qed tinkwetak.


      Tfal u adoloxxenti

      Bronchitol m’għandux jintuża minn tfal u adoloxxenti taħt l-età ta’ 18-il sena. Dan minħabba li ftit

      hemm informazzjoni f’dan il-grupp ta’ nies.


      Mediċini oħra u Bronchitol

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Tista’ tkompli tuża l-mediċini għal fibrożi ċistika meta tkun qed tuża Bronchitol, dan jinkludi antibijotiċi li jittieħdu man-nifs bħal tobramycin u colistimethate sodium. Jekk m’intix ċert/a, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża Bronchitol.


      Tqala u treddigħ

    • Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Għandek tevita li tieħu din il-mediċina jekk

      inti tqila.

    • Jekk inti qed tredda’ jew qed tippjana li tredda’, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Huwa magħruf li din il-mediċina tgħaddi fil-ħalib uman.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Bronchitol mhuwiex probabbli li jaffettwa l-abbiltà tiegħek li ssuq jew tuża xi għodod jew magni.


  3. Kif gћandek tuża Bronchitol


Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


Dejjem ħu l-bronkodilatur tiegħek qabel tuża Bronchitol.


Kemm għandek tuża


Adulti ta’ 18-il sena u iktar


Doża tal-bidu

Qabel ma tingħata Bronchitol, it-tabib tiegħek sejjer jgħinek tieħu l-ewwel doża ta’ Bronchitol u sejjer jittestja l-funzjoni tal-pulmun f’kull pass sabiex jagħmel ċert li inti m’intix wisq sensittiv/a għal

mannitol. L-ewwel doża tittieħed f’4 passi:-


Pass 1 – 1 kapsula (40 mg)

Pass 2 – 2 kapsuli (80 mg)

Pass 3 – 3 kapsuli (120 mg)

Pass 4 – 4 kapsuli (160 mg)


Fi tmiem id-doża inizjali, tkun ħadt 10 kapsuli (400 mg), l-istess ammont tad-doża normali.

Doża tal-kura (pakketti ta’ ġimagħtejn)


Meta għandek tuża din il-mediċina

Uża Bronchitol bħala parti mir-rutina tal-kura ta’ kuljum normali tiegħek. L-ordni ssuġġerita hija kif ġej, sakemm ma jingħatax parir mod ieħor mit-tabib tiegħek:

1. Uża l-bronkodilatur tiegħek;

  1. Stenna 5 sa 15-il minuta;

  2. Uża l-Bronchitol tiegħek qabel fiżjoterapija jekk din hija parti mir-rutina tal-kura għalik.

  3. Dornase alfa (Pulmozyme) jekk din hija parti mir-rutina tal-kura tiegħek

  4. Antibijotiċi li jittieħdu man-nifs jekk dawn huma parti mir-rutina tal-kura tiegħek


Kif tuża l-mediċina tiegħek


Tindif tal-inalatur – Normalment, l-inalatur jagħtik id-doża korretta tal-mediċina għal 7t ijiem mingħajr ma jkollu bżonn ta’ tindif. Madankollu, jekk l-inalatur tiegħek ma jkollux bżonn ta’ tindif, il- passi li għandek issegwi huma:

1. Kun żgur li l-inalatur huwa vojt.

  1. Aħsel l-inalatur f’ilma sħun bil-biċċa tal-ħalq miftuħa.

  2. Ħawwdu sakemm ma jkunx hemm qtar tal-ilma kbar fl-inalatur.

  3. Ħallih jinxef fl-arja – poġġih fuq il-ġenb tiegħu bil-biċċa tal-ħalq miftuħa.

  4. Għandek tħallih jinxef għal kollox, dan jista’ jieħu sa 24 siegħa. Waqt li jkun qed jinxef, uża l- inalatur l-ieħor.