Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Suvaxyn PCV
adjuvanted inactivated vaccine against porcine circovirus type 2 in piglets


Prodott

ċ

li

ħ

awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Suvaxyn PCV suspensjoni għall-injezzjoni għall-majjali


awtorizzat

  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Zoetis Manufacturing & Research Spain, S.L. Ctra. Camprodón s/n "la Riba"

    17813 Vall de Bianya

    Girona

    SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    ħ

    Suvaxyn PCV suspensjoni għall-injezzjoni għall-majjali


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    li

    Doża waħda ta’ 2 ml fiha:


    Sustanza attiva:

    Ċirkovirus tip 1 inattivat u rikombinanti tal-Majjali li għandu l-proteina ORF2 taċ-Ċirkovirus tip 2 tal-majjali

    Sustanzi miżjuda:


    1.6 RP* 5.3

    Sulfolipo-cyclodextrin (SLCD) 4 mg

    ċ

    Squalane 64 mg

    Sustanzi mhux attivi:

    Thiomersal 0.1 mg


    * L-unità tal-Qawwa Relattiva hija ddeterminata mill-kwantifikazzjoni ta’ l-antiġen b’ELISA (test in vitro tal-qawwa) mqabbel ma’ vaċċin ta’ referenza.


    Prodott

    Likwidu opak abjad ħalib għal roża, nieqes minn frak viżibbli.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Tilqim attiv tal-majjali b’età ’l fuq minn 3 ġimgħat kontra Ċirkovirus tip 2 tal-Majjali (PCV2) biex titnaqqas il-kwantità tal-virus fid-demm u fit-tessuti tal-limf, u l-leżjonijiet fit-tessuti tal-limf assoċjati ma’ infezzjoni ta’ PCV2, kif ukoll biex jitnaqqsu s-sinjali kliniċi - inkluż telf fiż-żjieda ta’ piż ta’ kuljum, u mortalità assoċjata mas-Sindrome ta’ Post-Weaning Multisystemic Wasting (PMWS).


    Bidu ta’ l-immunità: minn 3 ġimgħat wara t-tilqima. Tul ta’ l-immunità: 19-il ġimgħa wara t-tilqima.

  5. KONTRA INDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


    awtorizzat

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Waqt l-ewwel 24 siegħa wara t-tilqim, żieda temporanja fit-temperatura tal-ġisem (sa 1.7 °C) hija komuni ħafna. Din tgħaddi waħedha mingħajr kura fi żmien 48 siegħa.

    Reazzjonijiet lokali fit-tessut f’forma ta’ nefħa fil-post ta’ l-injezzjoni huma komuni ħafna u jistgħu jdumu sa 26 ġurnata. L-erja tar-reazzjonijiet lokali fit-tessut ġeneralment hija ta’ dijametru inqas minn 5 cm, iżda f’xi każijiet jista’ jkun hemm nefħa akbar. Fi studji kliniċi, awtopsja tal-post ta’ l- injezzjoni, li saret 8 ġimgħat wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ vaċċin, uriet infjammazzjoni granulomatoża ħafifa sa moderata tal-fibri muskolari fil-post ta’ l-injezzjoni.

    Reazzjonijiet tat-tip ippersensittiv ħfief u immedjati jistgħu jseħħu ta’ spiss wara t-tilqim u jwasslu għal sinjali kliniċi li jgħaddu bħal rimettar. Dawn is-sinjali kliniċi normalment jitilqu mingħajr trattament. B’mod eċċezzjonali, proporzjon kbir ta’ annimali f’merħliet partikulari jistgħu jirreaġixxu wara t-tilqima. Reazzjonijiet anafilattiċi serji mhumiex komuni iżda jistgħu jkunu letali. F’każ ta’ dawn ir-reazzjonijiet, trattament xieraq huwa rakkomandat.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa possibbli hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • Komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa).

      ħ

    • Komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal).

    • Mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal).

    • Rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal).

    • Rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    li

    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux msemmija f’dan il-fuljett, jew tahseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Majjali (drafeċ) b’età minn 3 ġimgħat ’l fuq.


    ċ

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Injezzjoni waħda minn ġol-muskoli fl-għonq wara l-widna ta’ doża waħda (2 ml) lill-majjali t’età minn 21 ġurnata.


    Prodott

  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Ħawwad sew qabel l-amministrazzjoni u b’mod intermittenti waqt il-proċess ta’ tilqim. Il-vaċċin għandu jingħata b’mod asettiku.

    L-użu ta’ siringa b’aktar minn doża waħda hija rakkomandata. Uża apparat ta’ tilqim skond l- istruzzjonijiet tal-manifattur.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    0 ġranet.

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    awtorizzat

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta fil-friġġ (2 °C – 8 °C).

    Tagħmlux fil-friża.

    Ipproteġi mid-dawl.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-pakkett u il-flixkun.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat: Laqqam annimali f’saħħithom biss.

    Tużax fi ħnieżer tar-refgħa.

    Il-benefiċċju ta’ tilqim ta’ majjali b’livelli għolja ħafna ta’ antikorpi ġejjin mill-omm, eż. minħabba tilqim ta’ l-ommijiet tagħhom, ma ġietx ippruvata.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Evità tensjoni fl-annimali qabel u wara l-ħin tat-tilqim.


    ħ

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex parir mediku minnufih w uri l-fuljett ta’ tagħrif

    jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:

    Tużax waqt it-tqala u fit-treddigħ.


    li

    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effiċjenza ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott veterinarju ieħor. Għalhekk id-deċiżjoni li tintuża din it-tilqima qabel jew wara kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor għandha tittieħed każ b’każ.

    Tħallatx ma’ ebda prodott mediċinali ieħor.


    ċ

    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Minbarra dawk imsemmija f’sezzjoni 6, ma kienux osservati reazzjonijiet avversi wara l-għoti ta’ doża doppja ta’ vaċċin.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx ma’ l-ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


    Prodott

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    ).

  15. TAGĦRIF IEĦOR


awtorizzat

L-istrejn tal-vaċċin huwa Ċirkovirus tip 1 inattivat u rikombinanti tal-Majjali li għandu l-proteina ORF2 taċ-Ċirkovirus tip 2 tal-majjali. Huwa maħsub biex jistimola immunità attiva kontra PCV2 fid-drafeġ.


Kaxxa tal-kartun ta’ flixkun wieħed ta’ 10 dożi (20 ml), 50 doża (100ml) jew 125 doża (250 ml). Kaxxa tal-kartun ta’ 10 fliexken ta’ 10 dożi (20 ml), 50 doża (100ml) jew 125 doża (250 ml).


Prodott

ċ

li

ħ

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.