Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Vectra 3D
dinotefuran, permethrin, and pyriproxyfen


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb 1.5–4 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 4–10 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 10–25 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 25–40 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 40 kg


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI

    GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK

    DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

    Ceva Santé Animale, 10, av. de La Ballastière, 33500 Libourne, Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:

    Ceva Santé Animale, 10, av. de La Ballastière, 33500 Libourne, Franza AB7 SANTE, Chemin des Monges, 31450 Deyme, Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb 1.5–4 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 410 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 1025 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 25–40 kg Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb >40 kg


    Dinotefuran / pyriproxyfen / permethrin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZ(A/I) ATTIV(A/I) U INGREDJENTI OĦRA


    Kull ml fih 54 mg dinotefuran, 4.84 mg pyriproxyfen u 397 mg permethrin. Kull applikatur lokalizzat jagħti:


    Piż tal-kelb (kg)

    Kulur

    tal-għatu tal-applikatur

    Volum

    (ml)

    Dinotefuran

    (mg)

    Pyriproxyfen

    (mg)

    Permethrin

    (mg)

    għal klieb 1.5–4 kg

    Isfar

    0.8

    44

    3.9

    317

    għal klieb > 4–10 kg

    Blu skur

    1.6

    87

    7.7

    635

    għal klieb > 10–25 kg

    Blu

    3.6

    196

    17.4

    1429

    għal klieb > 25–40 kg

    Vjola

    4.7

    256

    22.7

    1865

    għal klieb > 40 kg

    Aħmar

    8.0

    436

    38.7

    3175


    Il-mediċina veterinarja hija soluzzjoni lokalizzata ta’ lewn isfar ċar, ippakkjata f’applikatur lokalizzat ta’ doża waħda.

  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Briegħed:

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju joqtol il-briegħed fuq annimali infestati u jevita li jkun hemm aktar infestazzjonijiet għal xahar sħiħ. Huwa effettiv kontra l-briegħed li ġejjin li jinsabu fuq klieb (Ctenocephalides canis u Ctenocephalides felis) Din il-mediċina veterinarja tipprevjeni wkoll

    il-multiplikazzjoni ta’ briegħed għal xahrejn wara l-użu billi timpedixxi l-bajd milli jfaqqas (attività oviċidali) u billi timpedixxi t-trasformazzjoni minn briegħed immatur għal briegħed adulti.


    Qurdien:

    Din il-mediċina veterinarja toqtol u tbiegħed il-qurdien (qurdien ta’ Rhipicephalus sanguineus u Ixodes ricinus huma kontrollati għal xahar: qurdien Dermacentor reticulatus huma kkontrollati għal sa tliet ġimgħat).

    Jekk qurdien ikun preżenti meta l-prodott mediċinali veterinarju jiġi applikat, il-qurdien għandu mnejn ma jiġix maqtul kollu fl-ewwel 48 siegħa wara l-użu, imma jistgħu jinqatlu fi żmien ġimgħa. Sabiex

    tneħħi l-qurdien, huwa rakkomandat li tuża tagħmir xieraq.


    Sand flies, nemus u żunżan tal-istalel

    Il-prodott mediċinali veterinarju jbiegħed (jevita l-gdim) insetti li jtiru bħal sand flies (Phlebotomus perniciosus), nemus (Culex pipens, Aedes aegypti) u żunżan tal-istalel (Stomoxys calcitrans) għal xahar wara l-użu). Huwa joqtol ukoll nemus (Aedes aegypti) u żunżan tal-istalel għal xahar sħiħ wara l-użu.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    image


    Tużax fuq qtates (Ara ‘Prekawzjonijiet speċjali’). Minħabba l-fiżjoloġija unika u l-inkapaċità tagħhom li jimmetabolizzaw il-permethrin (wieħed mis-sustanzi attivi f’dan il-prodott), dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fuq qtates. Jekk jiġi applikat fuq qattus, jew jinbela’ minn qattus li jnaddaf b’mod attiv kelb li jkun ġie trattat riċentement, dan il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jkollu effetti li jikkaġunaw ħsara serja.


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjenti attivi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Ħmura tal-ġilda, ħakk jew sinjali oħra ta’ skumdità fis-sit t’applikazzjoni ġew rapportati b’mod rari. Dawn is-sinjali jistgħu jkunu ħfief u temporanji. Jekk is-sinjali jipperssistu jew imorru għall-agħar, il- parir veterinarju għandu jiġi mfittex. Disturbi komportamentali bħal iperattività, vokalizzazzjoni jew ansjetà, sinjali sistemiċi bħal letarġija jew anoressija, u sinjali newroloġiċi bħal rogħda fil-muskoli ġew rapportati b’mod rari.

    Sinjali t’atassja bħal ċaqlieq instabbli ġew rapportati f’każijiet rari ħafna.

    Reazzjonijiet gastrointestinali avversi (l-istonku u l-imsaren), bħal remettar jew dijarea, ġew rapportati b’mod rari ħafna.

    Effetti kosmetiċi temporanji (dehra mxarrba, ix-xagħar tal-ġilda jiġi f’ponta u depożiti) fis-sit

    t’applikazzjoni ġew rapportati b’mod rari ħafna, madanakollu dawn l-effetti ġeneralment ma jiġux innotati wara 48 siegħa.

    Barra minn hekk, waslu rapporti iżolati ta’ konvulżjonijiet.

    Il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi huma mfissra permezz tal-konvenzjoni li ġejja:

    • komuni ħafna (aktar minn 1 f 10 annimali trattati li juri reazzjoni(jiet) avvers(a/i)

    • komuni (aktar minn 1 imma inqas minn 10 annimali f’100 annimal trattat)

    • mhux komuni (aktar minn 1 imma inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal trattat)

    • rari (aktar minn 1 imma inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal trattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal 1 f’10,000 animal, li jinkludu rapporti iżolati trattat)


      Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux msemmija f'dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma

      ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu lokalizzat. Applikatur wieħed għal kull kelb.


    Attenzjoni għandha tingħata sabiex il-mediċina veterinarja titqiegħed biss fuq ġilda intatta (mingħajr ġrieħi) tal-kelb.


    Dożaġġ:


    Stabilixxi d-daqs korrett tal-applikatur lokalizzat meħtieġ għall-kelb tiegħek (l-użu għal klieb iżgħar minn 7 ġimgħat u li jiżnu inqas minn 1.5 kg mhux rakkomandat, ara wkoll is-sezzjoni "Twissijiet speċjali")


    Id-doża minima rakkomandata hi ta’ 6.4 mg dinotefuran/kg ta’ piż tal-ġisem, 0.6 mg pyriproxyfen/kg piż tal-ġisem u 46.6 mg permethrin/kg piż tal-ġisem, ekwivalenti għal 0.12 ml tal-mediċina veterinarja għal kull kg ta’ piż tal-ġisem.


    It-tabella li ġejja turi d-daqs tal-applikatur lokalizzat li għandu jintuża skont il-piż tal-kelb.



    Piż tal-kelb (kg)

    Kulur tal-għatu

    tal-applikatur


    Volum

    (ml)


    Applikatur li għandu jintuża

    għal klieb 1.5–4 kg

    Isfar

    0.8


    Applikatur 1 ta’

    Vectra 3D għal klieb 1.5–4 kg

    għal klieb > 4–10 kg

    Blu skur

    1.6

    Vectra 3D għal klieb > 4–10 kg

    għal klieb > 10–25 kg

    Blu

    3.6

    Vectra 3D għal klieb > 10–25 kg

    għal klieb > 25–40 kg

    Vjola

    4.7

    Vectra 3D għal klieb > 25–40 kg

    għal klieb > 40 kg

    Aħmar

    8.0

    Vectra 3D għal klieb > 40 kg


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Amministrazzjoni:


    Kif għandek tapplika:


    Neħħi l-applikatur lokalizzat minn ġol-pakkett.

    Stadju 1: Żomm l-applikatur wieqaf, u poġġi subgħajk taħt l-akbar diska kif muri.


    image


    Stadju 2: Bl-id l-oħra, agħfas ’l isfel fuq id-diska iżgħar sakemm iż-żewġ diski jiltaqgħu ma’ xulxin Dan itaqqab is-siġill.


    image


    Stadju 3: Il-kelb għandu jkun bil-wieqfa jew f’pożizzjoni komda għal applikazzjoni faċli. Ofroq is-suf sakemm il-ġilda tkun tidher. Applika il-mediċina veterinarja (skont l-istruzzjonijiet fi stadju 4 hawn isfel) bil-mod bil-ponta tal-applikatur fuq il-ġilda.


    image


    Stadju 4

    Uża skont ir-rakkomandazzjoni ta’ 4a jew 4b:


    image

    Rakkomandazzjoni 4a: Agħfas b’ġentilezza l-applikatur u applika l-mediċina veterinarja fuq il-ġilda tul dahar il-kelb, billi tibda bejn ġwienaħ l-ispallejn, bl-għadd ta’ dbabar u ordni murija fid-dijagrammi hawn isfel u ibqa’ agħfas sakemm l-applikatur jiżvojta. Evita applikazzjoni superfiċjali fuq is-suf tal- kelb. L-għadd ta’ dbabar t’applikazzjoni jiddependu fuq il-piż tal-ġisem tal-kelb.


    Klieb minn 1.5 sa 4 kg piż tal-ġisem pipetta safra waħda għal kull kelb


    Klieb akbar minn 4 kg u sa 10 kg piż tal-ġisem pipetta ħadra waħda għal kull kelb li għandha tiġi maqsuma f’2 dbabar.

    image


    JEW


    Klieb aktar minn 10 kg sa 40 kg piż tal-ġisem pipetta blu jew vjola waħda għal kull kelb li għandha tiġi maqsuma fi 3 dbabar.


    Klieb aktar minn 40 kg piż tal-ġisem pipetta ħamra waħda għal kull kelb li

    għandha tiġi maqsuma f’4 dbabar.


    Rakkomandazzjoni 4b: Hu x’inhu l-piż tal-ġisem tal-kelb, bil-ponta tal-applikatur, ofroq il-bażi

    tad-denb u ibda applika l-mediċina veterinarja dirett fuq il-ġilda f’linja kontinwa mill-bażi tad-denb tul iċ-ċentru tad-dahar u ibqa’ sejjer sa ġwienaħ l-ispallejn, kif muri fid-dijagramma, billi tibqa’ tagħfas l- applikatur sakemm jiżvojta.


    image


    Skeda ta’ trattament


    Wara applikazzjoni waħda, il-prodott mediċinali veterinarju ser jevita infestazzjoni għal xahar sħiħ.

    It-trattament jista’ jiġi ripetut darba f’xahar.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal

    Din il-mediċina veterinarja m’għandha bżonn tal-ebda kundizzjoni speċjali sabiex tinħażen. Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-

    applikatur lokalizzat (wara “EXP”). Id-data ta' skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta' dak ix-xahar.

  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speci għal xiex huwa indikat:

    Il-klieb kollha fid-dar għandhom jiġu trattati. Qtates fid-dar għandhom jiġu trattati bi prodott mediċinali veterinarju awtorizzat għall-użu fuq il-qtates.


    Il-briegħed jistgħu jinfestaw il-baskett tal-kelb, is-sodod u ż-żoni regolari ta’ mistrieħ bħal twapet u arredamenti. F’każ ta’ infestazzjoni massiċċa bil-briegħed u fil-bidu tal-miżuri ta’ kontroll, dawn

    iż-żoni għandhom jiġu trattati b’insettiċida adattat u mbagħad jiġu vvakumjati regolarment. F’każ li d-dermatite hija suspettata (ħakk jew irritazzjoni tal-ġilda) fittex parir mediku.


    Tużax fuq il-qtates Jekk il-mediċina veterinarja tinbela’ b’mod aċċidentali, tista’ tikkawża aċċessjonijiet fi qtates li jistgħu jkunu fatali. F’każ ta’ esponiment aċċidentali, laħlaħ il-qattus b’xampu jew sapun u fittex parir veterinarju minnufih. Sabiex tevita li l-qtates ikunu esposti b’mod aċċidentali għall-mediċina veterinarja, żomm il-qtates ’il bogħod minn klieb trattati sakemm is-sit t’applikazzjoni jinxef. Huwa importanti li tiżgura li l-qtates ma jaħslux is-sit t’applikazzjoni ta’ kelb li jkun ġie trattat bil-mediċina veterinarja. F’każ ta’ esponiment ta’ dan it-tip fittex parir veterinarju minnufih.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Għal użu estern biss.


    Is-sigurtà tal-mediċina veterinarja ma ġietx stabbilita fi klieb li huma iżgħar minn 7 ġimgħat jew li jiżnu inqas minn 1.5 kg.


    Attenzjoni għandha tittieħed sabiex jiġi evitat kuntatt bejn il-mediċina veterinarja u għajnejn il-kelb. Jekk jiġi fl-għajnejn. Minnufih laħlaħ bl-ilma.


    It-twaħħil ta’ bergħud wieħed wara t-trattament ma jistax jiġi eskluż. Għal din ir-raġuni l-imxija ta’ mard infettiv ma jistax jiġi kompletament eskluż jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli.


    Il-mediċina veterinarja tibqa’ effettiva meta annimali trattati jiġu mgħaddsa fl-ilma (eż. għawm, jinħaslu). L-għadds fl-ilma ripetut kull ġimgħa għal xahar sħiħ u li jibda 48 siegħa wara t-trattament, kif ukoll ħasil bix-xampù ġimagħtejn wara t-trattament ma jaffettwawx l-effikaċja ta’ din il-mediċina veterinarja. Madanakollu, f’każ ta’ tlaħlieħ bix-xampju frekwenti, jew ħasil fi żmien 48 siegħa wara

    t-trattament, it-tul tal-attività għandu mnejn jonqos.


    Klieb trattati m’għandhomx jitħallew jidħlu f’ilma tal-wiċċ għal 48 siegħa wara t-trattament sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq l-organiżmi akwatiċi. Ara wkoll s-sezzjoni "Prekawzjonijiet speċjali dwar rimi ta’ prodott mhux użat jew materjal ieħor għar-rimi, jekk ikun il-każ".


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    M’għandekx tiekol jew tpejjep meta timmanipula l-mediċina veterinarja.


    Persuni li huma magħrufin li għandhom sensittività eċċessiva għal xi wieħed mis-sustanzi għandhom jevitaw il-kuntatt mal-prodott mediċinali veterinarju.

    Peress li l-eċċipjent N-methylpyrrolidone wera evidenza ta’ malformazzjonijiet fetali fil-fniek u fil- firien, fi studji fil-laboratorju, nisa tqal u nisa suspettati li huma tqal m’għandhomx jamministraw il- prodott u għandhom jevitaw il-kuntatt dirett mal-lok tal-applikazzjoni sakemm il-lok tal-applikazzjoni

    ma jibqax aktar jintgħaraf bħala tali.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju huwa irritanti għall-għajnejn u l-ġilda.

    Sabiex tevita reazzjonijiet avversi:

    • Laħlaħ l-idejn sew u minnufih wara l-użu.

    • Evita l-kuntatt mal-ġilda.

    • F’każ ta’ tixrid aċċidentali fuq il-ġilda, aħsel minnufih b’ilma u sapun.

    • Jekk il-prodott mediċinali veterinarju jidħol fl-għajnejn, għandhom jitbaħbqu sew bl-ilma.

    • It-tfal m’għandhomx imissu klieb trattati għal tal-anqas erba’ sigħat wara l-amministrazzjoni

      tal-mediċina veterinarja. Għalhekk huwa rakkomandat li l-klieb jiġu trattati filgħaxija, jew qabel ma teħodhom għal mixja.

    • Fil-jum ta’ trattament, klieb trattati m’għandhomx jitħallew jorqdu mas-sidien tagħhom, speċjalment tfal.

    • Applikaturi użati għandhom jintremew minnufih u m’għandhomx jitħallew fejn jarawhom jew jistgħu jilħquhom it-tfal.


    Jekk l-irritazzjoni tal-ġilda jew tal-għajn tippersisti, jew jekk il-mediċina veterinarja tinbela’, fittex għajnuna medika minnufih u uri l-fuljett tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Stenna s-sit t’applikazzjoni jinxef qabel ma tippermetti l-kelb trattat jiġi f’kuntatt ma’ tessuti jew għamara.


    Tqala u t-treddigħ:

    Is-sigurtà ta’ din il-mediċina veterinarja fi klieb nisa ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fit-treddigħ.

    L-użu tal-mediċina veterinarja fi klieb tqal u li jreddgħu jew fi klieb maħsuba għat-tgħammir għandu jkun bażat fuq stima tal-benefiċċju/riskju mill-veterinarju responssabbli.


    Studji b’kull sustanza attiva (dinotefuran, permethrin jew pyriproxyfen) f’firien u fniek ma pproduċewx evidenza ta’ tossiċità fuq annimali tqal jew li jreddgħu..


    Dinotefuran intwera li jgħaddi ġol-ħalib ta’ annimali li jreddgħu.


    N-methylpyrrolidone, eċċipjent fil-mediċina veterinarja, intwera li jista’ jikkaġuna mankamenti lill-

    fetu li jwasslu għal difetti mit-twelid f’annimali tal-laboratorju.


    Inkompatibilitajiet: M’hemm xejn magħruf.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    Minbarra l-ħmura tal-ġilda lokali u l-bidliet kosmetiċi fil-pil fis-sit fejn il-mediċina veterinarja ġiet applikata, ma ġewx osservati reazzjonijiet avversi fi frieħ f’saħħithom li kellhom 7 ġimgħat. li

    ngħataw din il-mediċina veterinarja fuq il-ġilda 7 darbiet f’intervalli ta’ ġimagħtejn u sa 5 darbiet l-

    ogħla doża rakkomandata.


    Wara li bliegħ aċċidentali tal-ogħla doża rakkomandata, remettar, il-produzzjoni ta’ riq u dijarea jistgħu jseħħu, madankollu dawn għandhom jisparixxu mingħajr kura.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.


    Din il-mediċina veterinarja m’għandhiex tidħol f’korsiji tal-ilma peress li hija perikoluża għal ħut u organiżmi akwatiċi oħra. M’għandekx tniġġes għadajjar, korsiji tal-ilma jew fosos bil-mediċina veterinarja jew b’reċipjenti użati.


    Prodott mhux użat jew materjal ta’ skart derivat mill-prodott għandu jintrema skont ir-regolamenti lokali. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqsijiet tal-pakkett

Kaxxa tal-kartun b’applikatur lokalizzat 1, 3, 4, 6, 12, 24, jew 48 ta’ 0.8 ml, 1.6 ml, 3.6 ml, 4.7 ml jew

8.0 ml

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Mekkaniżmi ta’ azzjoni:

It-tliet sustanzi attivi fil-mediċina veterinarja mifruxa fuq wiċċ il-korp tal-kelb fl-ewwel ġurnata wara l-applikazzjoni jibqgħu għal xahar sħiħ. Is-sustanzi attivi jaġixxu direttament fuq il-ġilda tal-pet mingħajr ħtieġa li jgħaddu fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm. Il-parasita jiġi f’kuntatt mal-kelb trattat biex jiġi mbiegħed u/jew maqtul.

Dinotefuran joqtol l-insetti billi jimmira għas-sistema nervuża tagħhom.

Pyriproxyfen jimmira l-istadji immaturi ta’ insetti (bajd, larvi u pupe) billi jħarbat r-riproduzzjoni u

l-iżvilupp tagħhom. Bajd, larvi u pupe tal-briegħed huma preżenti fl-ambjent.

Permethrin jbiegħed u joqtol il-parasiti billi jimmira għas-sistema nervuża tagħhom, li jwassal għal ipereċitabilità (effett ta’ saqajn sħan fil-qurdien), u li jirriżulta f’waqgħa f’zopptu, nuqqas ta’ twaħħil u

azzjonijiet kontra t-teħid ta’ ikel kontra l-parasiti.

Dinotefuran u permethrin jaġixxu flimkien f’sinerġija, fejn intwera li dan wassal għal attività aktar mgħaġġla in vivo.

L-attività insettiċida fuq il-briegħed tibda fi żmien 12-il siegħa wara l-applikazzjoni.