Meloxidolor
meloxicam
Meloxidolor huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva meloxicam. Huwa disponibbli bħala soluzzjoni għal injezzjoni (5 mg/ml, 20 mg/ml u 40 mg/ml).
Meloxidolor huwa ’ġeneriku’. Dan ifisser li Meloxidolor huwa simili għal ‘mediċina veterinarja ta' referenza’ li fiha l-istess sustanza attiva, iżda huwa disponibbli wkoll b'qawwiet ogħla. Filwaqt li l- mediċina ta' referenza, Metacam, hija disponibbli bħala soluzzjonijiet għal tilqima 5 mg/ml u 20 mg/ml, Meloxidolor huwa disponibbli wkoll bħala soluzzjoni għal injezzjoni 40 mg/ml.
Meloxidolor soluzzjoni għal injezzjoni (5 mg/ml) jista' jintuża biex itaffi l-infjammazzjoni u l-uġigħ fil- klieb wara kirurġija li tinvolvi l-għadam jew it-tessut artab (it-tessut eżatt taħt il-ġilda), u fi qtates wara ovarjoisterektomija (tiswija) u kirurġija minuri fit-tessut artab.
Meloxidolor soluzzjoni għal injezzjoni (5 mg/ml u 20 mg/ml) jintuża fi ħnieżer biex inaqqas is-sintomi taz-zappip (nuqqas ta' ħila ta' mixi normali) u infjammazzjoni f'disturbi lokomotorji mhux infettużi (mard li jaffettwa l-ħila ta' ċaqliq). Is-soluzzjoni għal injezzjoni 5 mg/ml tista' tintuża wkoll biex ittaffi l-uġigħ wara operazzjoni assoċjat ma' kirurġija minuri fit-tessut artab bħal kastrazzjoni (it-tneħħija kirurġika tat-testikoli) u s-soluzzjoni għal injezzjoni 20 mg/ml tista' tintuża flimkien ma' terapija
antibijotika xierqa għall-kura ta' mard li jseħħ wara t-tifrigħ (it-twelid) bħal settikemija pwerperali (batterji preżenti fid-demm) u tossemija (stat tossiku) (sindromu ta' mastitis-metritis-agalactia).
Meloxidolor soluzzjoni għal injezzjoni (5 mg/ml, 20 mg/ml u 40 mg/ml) jintuża fl-ifrat, flimkien ma' terapija antibijotika xierqa, biex inaqqas is-sinjali ta' mard f'infezzjonijiet respiratorji akuti (infezzjoni tal-pulmuni u l-passaġġi tal-arja). Jista' jintuża flimkien ma' terapija orali ta' riidratazzjoni għad-dijarea (mediċini mogħtija mill-ħalq biex jittellgħu lura l-livelli ta' ilma fil-ġisem) f'għoġġiela ta' iktar minn ġimgħa u fi frat żgħar li ma jkunux qed jerdgħu. Is-soluzzjonijiet għal injezzjoni 20 mg/ml u 40 mg/ml
jintużaw ukoll flimkien ma' terapija antibijotika biex jikkuraw mastite akuta (infjammazzjoni tal-bżieżel).
Meloxidolor soluzzjoni għal injezzjoni (20 mg/ml u 40 mg/ml) jintuża fi żwiemel biex itaffi l-kolika (uġigħ fl-addome) u l-infjammazzjoni u l-uġigħ f'disturbi muskulo-skelettriċi.
Meloxidolor fih meloxicam, li jappartjeni għal klassi ta' mediċini msejħa mediċini antiinflammatorji mhux sterojdali (NSAIDs). Meloxicam jaġixxi billi jimblokka enzima msejħa ċiklossiġenasi li hija involuta fil-produzzjoni tal-prostaglandini. Peress li l-prostaglandini huma sustanzi li jagħtu bidu għal infjammazzjoni, uġigħ, tnixxija (fluwidu li jnixxi mill-vini u l-arterji tad-demm matul infjammazzjoni) u deni, meloxicam inaqqas dawn is-sinjali tal-marda.
Għal użu ġol-vina ma kien hemm bżonn tal-ebda studju fl-annimali peress li Meloxidolor fih l-istess sustanza attiva bħall-mediċina ta' referenza Metacam. Għal użu taħt il-ġilda u intramuskolari ma kien hemm bżonn ta' ebda studju għall-qawwiet ta' 5 mg/ml u 20 mg/ml peress li fihom l-istess konċentrazzjoni ta' sustanza attiva u għandhom kompożizzjoni simili għall-prodott ta' referenza Metacam.
Peress li Meloxidolor huwa kkunsidrat bħala bijoekwivalenti għall-mediċina ta' referenza, il-benefiċċju tiegħu jitqies li huwa l-istess bħal dak tal-mediċina ta' referenza. Żewġ mediċini huma bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.
L-effetti sekondarji li xi drabi feġġew b'NSAIDs oħrajn, bħal nuqqas ta' aptit, rimettar, dijarea, demm li jidher fl-ippurgar, insuffiċjenza renali (tal-kliewi) u apatija (nuqqas ta' vitalità) jidhru xi kultant b'Meloxidolor fil-klieb u l-qtates. Fil-klieb, dawn normalment iseħħu fl-ewwel ġimgħa tal-kura u s-soltu jgħibu meta tieqaf il-kura. F'każijiet ferm rari jistgħu jkunu serji jew fatali.
Fl-ifrat u l-ħnieżer ġiet osservata nefħa temporanja żgħira fis-sit tat-tilqima wara t-tilqima taħt il-ġilda. Fiż-żwiemel, nefħa temporanja fis-sit tat-tilqima tista' sseħħ iżda din titlaq bla intervent.
F'każijiet ferm rari, jistgħu jseħħu reazzjonijiet anafilattojdi potenzjalment serji jew fatali (simili għal reazzjonijiet allerġiċi severi) wara l-għoti tas-soluzzjoni għal injezzjoni u dawn għandhom jiġu kkurati b'mod sintomatiku.
Meloxidolor ma jistax jintuża f'annimali bi problemi fil-fwied, fil-qalb jew fil-kliewi, disturbi ta' fsad, jew li jbatu minn irritazzjoni jew ulċeri tal-apparat diġestiv. Ma jistax jintuża f'annimali li għandhom sensittività eċċessiva (allerġiċi) għas-sustanza attiva jew għal xi wieħed mill-ingredjenti.
Meloxidolor ma għandux jintuża fi klieb, qtates u żwiemel tqal jew li jkunu qed ireddgħu, iżda jista' jintuża matul it-tqala u t-treddigħ għall-ifrat u l-ħnieżer.
Meloxidolor ma jistax jintuża fi klieb, qtates jew żwiemel li għandhom inqas minn sitt ġimgħat, fi frat ta' inqas minn ġimgħa meta jintuża fil-kura ta' dijarea jew fi ħnieżer ta' inqas minn jumejn. Ma jistax jintuża fi qtates li jiżnu inqas minn 2 kg.
Nies li għandhom sensittività eċċessiva (allerġiċi) għal NSAIDs għandhom jevitaw kuntatt ma' Meloxidolor. Jekk xi ħadd bi żball ilaqqam lilu nnifsu bil-mediċina, għandu jieħu parir ta' tabib minnufih.
Nisa tqal u nisa b'potenzjal li joħorġu tqal ma għandhomx jagħtu Meloxidolor peress li meloxicam jista' jkun ta' ħsara għall-fetu u t-tarbija fil-ġuf.
Il-perjodu ta' tiżmim huwa ż-żmien permess wara l-għoti tal-mediċina qabel ma l-annimal ikun jista' jinqatel u l-laħam tiegħu jintuża għall-konsum mill-bniedem. Huwa wkoll iż-żmien permess wara l-għoti tal-mediċina qabel ma l-ħalib ikun jista' jintuża għall-konsum mill-bniedem.
Frat
Għal-laħam, il-perjodu ta' tiżmim huwa ta' 15-il jum u għall-ħalib huwa ta' ħamest ijiem. Ħnieżer
Għal-laħam, il-perjodu ta' tiżmim huwa ta' ħamest ijiem. Żwiemel
Għal-laħam, il-perjodu ta' tiżmim huwa ta' ħamest ijiem. Il-prodott mhuwiex awtorizzat biex jintuża fi
żwiemel li jipproduċu ħalib għall-konsum mill-bniedem.
Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) qies li, skont ir-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea, Meloxidolor tqies li huwa bijoekwivalenti għal Metacam. Għaldaqstant, is-CVMP kien tal- fehma li, fir-rigward ta' Metacam, il-benefiċċji ta' Meloxidolor huma iktar mir-riskji tiegħu meta jintuża għall-indikazzjonijiet approvati u l-Kumitat irrakkomanda sabiex Meloxidolor jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskji jista' jinstab fil-modulu ta' diskussjoni xjentifika ta' dan l-EPAR.
Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fi ħdan l-Unjoni Ewropea għal Meloxidolor fi 22/04/2013. L-informazzjoni fuq l-istatus tal-preskrizzjoni ta' dan il-prodott tista' tinstab fuq it-tikketta/il-pakkett ta' barra.
Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f' 22/04/2013.
EMA/255713/2013 EMEA/V/C/002590
Meloxidolor
meloxicam
Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni mwettqa mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal- użu.
Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi diskussjoni wiċċ imb'wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew it-trattament tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lil- veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni relatata mar-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).
© 2015.
23 1B 18 B6 2F 5D 43 A8 E0 61 4A 51 5E A1 D1 C8 1E 60 DA 39 87 5A 7A A7 1B 17 54 D9 75 8A 31 B1 88 95 B5 78 A8 79 12 13 9F 95 01 84 5C 6F 1F B7 96 9D DA C1 03 F3 2A 1A A7 BD 66 41 62 4C 8F B7 91 75 F4 18 EB DC 2A F4 CA 1F B5 D1 CD FF B5 C1 3B 5F 69 30 B5 1C 92 A2 AC 55 E6 B3 C5 D3 2D 24 F2 89 94 6A 60 CC FC 2D 49 06 9C 05 7E 8B 19 51 68 4A 8D B6 43 C7 D7 18 15 EB BC 16 94 87 5F 52