Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Vyndaqel
tafamidis

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Vyndaqel 20 mg kapsuli rotob

tafamidis meglumine


image

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Vyndaqel u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vyndaqel

  3. Kif għandek tieħu Vyndaqel

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Vyndaqel

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Vyndaqel u gћalxiex jintuża


    Vyndaqel fih is-sustanza attiva tafamidis.


    Vyndaqel huwa mediċina li jitratta marda msejħa transthyretin amyloidosis. Transthyretin amyloidosis hija kkawżata minn proteina msemmija transthyretin (TTR) li ma tkunx qed taħdem sew. TTR hija proteina li ġġorr sustanzi oħra, bħal ormoni, madwar il-ġisem.


    F’pazjenti b’din il-marda, TTR titkisser u tifforma fibri msejjħa amyloid. Amyloid jista’ jinġema madwar in-nervituri (magħrufa bħala polinewropatija tat-tip transthyretin amyloid jew ATTR-PN) u f’postijiet oħra fil-ġisem. L-amyloid jikkawża s-sintomi ta’ din il-marda. Meta jseħħ dan, huwa jwaqqafhom milli jaħdmu normali.


    Vyndaqel, jista’ jwaqqaf it-TTR milli jitkisser u milli jifforma l-amyloid. Din il-mediċina tintuża biex titratta pazjenti adulti li għandhom din il-marda u li n-nervituri tagħhom ġew affetwati (persuni bil- polinewropatija sintomatika) biex idewmu progressjoni ulterjuri.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Vyndaqel Tiħux Vyndaqel

    Jekk inti allerġiku għal tafamidis meglumine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Vyndaqel


    • Nisa li jistgħu joħorġu tqal għandhom jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni waqt it-trattament b’Vyndaqel, u għandhom jibqgħu jużaw miżuri ta’ kontraċezzjoni sa xahar wara li jitwaqqaf it- trattament b’Vyndaqel. M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ Vyndaqel f’nisa tqal.


      Tfal u adoloxxenti


      Tfal u adoloxxenti ma jkollhomx sintomi ta’ transthyretin amyloidosis. Għalhekk, Vyndaqel ma jintużax fit-tfal u fl-adoloxxenti.


      Mediċini oħra u Vyndaqel


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Għandek tavża lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qed tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

      • mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdali

      • mediċini dijuretiċi (eż. furosemide, bumetanide)

      • mediċini kontra l-kanċer (eż. methotrexate, imatinib)

      • statini (eż. rosuvastain)

      • mediċini antivirali (eż. oseltamivir, tenofovir, ganciclovir, adefovir, cidofovir, lamivudine,

      zidovudine, zalcitabine)


      Tqala, treddigħ u fertilità


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    • M’għandekx tieħu Vyndaqel jekk inti tqila jew qed tredda’.

    • Jekk tista’ tinqabad tqila, għandek tuża miżuri ta’ kontraċezzjoni waqt it-trattament u sa xahar wara li jitwaqqaf it-trattament.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Vyndaqel huwa mifhum li m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni


      Vyndaqel fih sorbitol


      Din il-mediċina ma fihiex iktar minn 44 mg sorbitol f’kull kapsula. Sorbitol huwa sors ta’ fructose.


  3. Kif gћandek tieћu Vyndaqel


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ kapsula waħda ta’ Vyndaqel 20 mg (tafamidis meglumine) li tittieħed darba kuljum.


    Jekk tirremetti wara li tkun ħadt il-mediċina u tista’ tidentifika l-kapsula ta’ Vyndaqel intatta, għandek tieħu doża oħra ta’ Vyndaqel fl-istess ġurnata; jekk ma tistax tidentifika il-kapsula ta’ Vyndaqel, m’hemmx bżonn li tieħu doża oħra, u l-għada ħu l-mediċina bħas-soltu.

    Metodu ta’ kif għandu jingħata


    Vyndaqel huwa għal użu orali.

    Il-kapsula ratba għandha tinbela’ sħiħa, mhux mgħaffġa jew maqsuma. Il-kapsula tista’ tittieħed mal-ikel jew mhux mal-ikel.


    Istruzzjonijiet biex tiftah il-folji


    • Ċarrat folja waħda individwali mill-kartuna tul il-linja bit-toqob.


    • Imbotta l-kapsula minn gol-fojl tal-aluminju.


      Jekk tieħu Vyndaqel aktar milli suppost


      M’għandekx tieħu aktar kapsuli milli qallek it-tabib. Jekk tieħu aktar kapsuli milli qallek it-tabib, kellem lit-tabib tiegħek.


      Jekk tinsa tieħu Vyndaqel


      Jekk tinsa tieħu doża, ħu l-kapsuli malli tiftakar. Jekk dan ikun fi ħdan 6 sigħat qabel id-doża li jmiss, tiħux id-doża li nsejt u ħu id-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Vyndaqel


      Tieqafx tieħu Vyndaqel qabel ma’ tkellem it-tabib tiegħek. Peress li Vyndaqel jaħdem billi jistabilizza il-proteina TTR, jekk tieqaf tieħu Vyndaqel, il-proteina ma tibqax aktar stabilizzata, u il-marda tiegħek tista’ tmur għal-agħar.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Komuni ħafna: jistgħu jidhru f’iktar minn persuna 1 minn kull 10 huma mniżżla hawn taħt:


    • Dijarea

    • Infezzjoni fit-tratt urinarju (sintomi jistgħu jinkludu: uġigħ u sensazzjoni ta’ ħruq meta tgħaddi l-awrina jew bżonn frekwenti biex tgħaddi l-awrina)

    • Infezzjoni vaġinali fin-nisa

    • Uġigħ fl-istonku u uġigħ addominali


      Rappurtar tal-effetti sekondarji


      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Vyndaqel


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna tal-folja u fuq il-kartuna ta’ barra. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Vyndaqel


Kif jidher Vyndaqel u l-kontenut tal-pakkett


Vyndaqel kapsuli rotob huma ta’ kulur isfar, opak, b’forma oblunga (bejn wieħed u ieħor 21 mm) li fuqha hemm stampat “VYN 20” bl-aħmar. Vynaqel huwa disponibbli f’żewġ daqsijiet ta’ pakketti b’folji tal-PVC/PA/alu/PVC-alu perforati għal dożi singoli: pakkett ta’ 30 x 1 kapsuli rotob u pakkett ta’ ħafna b’90 kapsula rotob li fih 3 kaxxi, li kull waħda fiha 30 x 1 kapsuli rotob. Jista' jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju

Manifattur

Pfizer Service Company BV

Hoge Wei 10

1930 Zaventem

Il-Belġju Jew

Millmount Healthcare Limited

Block-7, City North Business Campus, Stamullen,

Co. Meath,

L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Luxembourg/LuxemburgPfizer NV/SA Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel: +36 1 488 3700

Česká Republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel: +420 283 004 111

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +356 21344610


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: +49 (0)30 550055-51000

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0

Ελλάδα

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε., Τηλ.: +30 210 67 85 800

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o., Tel.: +48 22 335 61 00


España

Pfizer, S.L.

Télf: +34 91 490 99 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


France

Pfizer

Tél +33 (0)1 58 07 34 40

România

Pfizer Romania S.R.L Tel: +40 (0)21 207 28 00


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0)1 52 11 400


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland

Tel: +353 1800 633 363 (toll free)

Tel: +44 (0)1304 616161

Slovenská Republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421 2 3355 5500


Ísland

Icepharma hf.

Tel: +354 540 8000

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Κύπρος

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH), Τηλ: +357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161

Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel: +371 670 35 775


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}><{xahar SSSS}>


Din il-mediċina kienet awtorizzata taħt ‘ċirkustanzi eċċezzjonali’.

Dan ifisser li minħabba li l-marda hija rari kien impossibbli li tinkiseb informazzjoni kompluta dwar din il-mediċina.


L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ser tirrevedi kull tip ta’ informazzjoni ġdida dwar din il-mediċina kull sena u dan il-fuljett ser jiġi aġġornat kif meħtieġ.



. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.


Jekk qed issib diffikultà biex tara jew taqra dan il-fuljett jew tixtiequ f’disinn differenti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċju lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq billi tuża n-numru tat- telefon li jinstab f’dan il-fuljett.