Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Halocur
halofuginone


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

HALOCUR 0.5mg/mL taħlita likwida li tittieħed mill-ħalq għall-għoġġiela.


1 L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Intervet International B.V.

Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer Olanda


Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Intervet Productions S.A.

Rue de Lyons 27460 Igoville Franza


  1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    HALOCUR 0.5mg/mL taħlita likwida li tittieħed mill-ħalq għall-għoġġiela.


  2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Soluzzjoni likwida safra li tittieħed mill-ħalq.

    HALOCUR fiha 0.5 mg/ml halofuginone bazi (bhala melh tal- lactate).


  3. INDIKAZZJONI(JIET)


    Prevenzjoni kontra dijareja ikkawżata minn Cryptosoridium pavarum,f’irziezet li għandhom storja ta’

    kriptosporidjosi. Il-kura għandha tibda fl-ewwel 24-48 siegħa wara t-twelid.


    Tnaqqis ta’ in`idenza ta’ dijareja ikkawżata minn Cryptosoridium pavarum. Il-kura għandha tibda fi żmien 24 siegħa wara li tkun bdiet id-dijareja.


    Fiż-żewġ każijiet, tnaqqis fit-tneħħija tal-oo`isti ġiet demonstrata.


  4. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq stonku vojt.

    Tużax f’każ ta’ dijareja li ilha aktar minn 24 siegħa u f’annimali dgħajfa.


  5. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Wara l-vaċċinazzjoni, rarament ħafna, jista’ jkun hemm reazzjoni respiratorja tranżitorja mhux qawwija (tinkludi efużjonijiet nażali) minn tal-anqas għal 10 ijiem.,

    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali trattati li juru effetti mhux mixtieqa)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal trattati)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal trattati)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal trattati)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal trattati, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti jew effetti oħra anke li mhux imsemmija f’dan il-fuljett jew jekk taħseb li din il-

    mediċina ma ħadmitx jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  6. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Għoġġiela li għadhom jitwieldu.


  7. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    IL-prodott għandu jingħata lill-għoġġiela fil-ħalq wara l-ikel.


    Id-doża hija ta’ : 100 mikrogramma ta’ bażi ta’ ħalofuġinone/kg piż ħaj/ darba kuljum għal sebat ijiem konsekuttivi, i.e. 2ml ta’ HALOCUR/10kg piż ħaj/ darba kuljum għal sebat ijiem konsekuttivi.


    Sabiex id-dożaġġ ta’ HALOCUR ikun eħfef tista’ tuża’ din il-formola skematika:


    • 35kg < għoġġiela ≤ 45kg : 8 ml HALOCUR darba kuljum għal sebat ijiem konsekuttivi.

    • 45kg < għoġġiela < 60kg : 12 ml HALOCUR darba kuljum għal sebat ijiem konsekuttivi.


    Jekk l-annimal jiżen iktar jew inqas wieħed għandu juża l-formola ta’ 2ml/10kg.


  8. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Sabiex wieħed jassigura li d-doża hija tajba, wieħed għandu juża siringa jew strument ieħor adattat għall-amministrazzjoni fil-ħalq.


    Il-kura għandha tingħata fl-istess ħin kuljum.


    Jekk għoġol ġie trattat b’dan il-prodott, kull ġħoġol li jitwieled wara irid jibqa’ jiġi trattat sakemm il- periklu ta’ dijareja minn C.parvum jippersisti fir-razzett.


  9. PERJODU/I TA' TIŻMIM


    Laħam u Interjur :13 -il ġurnata


  10. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandu bżonn ta’ l-ebda kondizzjoni speċjali sabiex jinħażen. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li l=kontenitur jinfetah: 6 xhur.


  11. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi għal xiex huwa indikat:

    Il-prodott għandu jingħata fil-ħalq wara li l-għoġol jingħata l-kolostrum jew il-ħalib jew sostitut tal- ħalib. Uża siringa jew strument adattat sabiex tamministra fil-ħalq. Tużax fuq stonku vojt. Jekk se

    titratta għoġġiela bi stonku mqalleb, amministra l-prodott ma taħlita ta’ nofs litru elektrolajts. L-

    annimali għandhom jingħataw kolostrum biżżejjed skond prattici ta’trobbija tajba.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali


    Ilbes ingwanti protettivi waqt li qed tuża dan il-prodott

    Kuntatt kontinwu jew ripetittiv mal-prodott jista’ jikkawża allerġiji. Evita kuntatt tal-prodott mal- ġilda, l-għajnejn jew il-mukuża. Ilbes ingwanti protettivi waqt li qed tuża dan il-prodott. F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda jew l-għajnejn, laħlaħ sewwa b’ilma b’ħafna ilma il-parti konċernata. Jekk l- irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti, ara tabib.

    Aħsel idejk wara li tuża dan il-prodott.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti).

    Minħabba li sintomi ta’ tossicita’ jibdew jidhru meta tingħata doża terapewtika doppja, huwa ne`essarju li wieħed jamministra l-prodott strettament kif rakkomandat. Sintomi ta’ tossi`ita’ jinkludu: dijareja, demm fil-ħmieġ, tnaqqis fl-aptit, l-annimal jixxotta, telqa u għejja. Jekk ikun hemm dawn is- sintomi wieħed għandu jwaqqaf il-kura u l-annimal jingħata ħalib jew sostitut tal-ħalib. Jista’ wkoll ikun hemm bżonn li l-annimali jiġi kkurat għad-diżidrazzjoni.


  12. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma tad-drenaġġ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

    HALOCUR ma għandu qatt jitħalla jmur man-nixxiegħat tal-ilma minħabba li jista’ jkun ta' periklu għall- ħut jew ħlejqiet oħra akwatici.


  13. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    {DD/MM/YYYY}


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea

    dwar il-Mediċini /.


  14. TAGĦRIF IEĦOR


Flixken tal-poli-etilin ta’ densita għolja tal-500ml li jkun fihom 490 ml tal-prodott. Flixken tal-poli-etilin ta’ densita għolja tal-1000ml li jkun fihom 980ml tal-prodott.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.