Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Telmisartan Actavis
telmisartan

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Telmisartan Actavis 20 mg pilloli

telmisartan


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti

għalik.

sekondarju possibbli li m’huwiex elenkar f’ dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Telmisartan Actavis u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Telmisartan Actavis

  3. Kif għandek tuża Telmisartan Actavis

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Telmisartan Actavis

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Telmisartan Actavis u għalxiex jintuża


    Telmisartan Actavis fih is-sustanza attiva telmisartan li jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini magħrufa bħala antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

    Angiotensin II hu sustanza magħmula fil-ġisem tiegħek li tikkawża djieq fil-vini/arterji tad-demm, u b’hekk tiżdied il-pressjoni tad-demm. Telmisartan Actavis jimblokka l-effett ta’ angiotensin II biex b’hekk il-vini u l-arterji jitwessgħu, u l-pressjoni tad-demm tiegħek tonqos.


    Il-pilloli ta’ Telmisartan Actavis jintużaw biex jikkura pressjoni għolja essenzjali (pressjoni tad-demm għolja) f’adulti. ‘Essenzjali’ tfisser li pressjoni tad-demm għolja mhijiex ikkawżata minn xi kundizzjoni oħra.


    Jekk il-pressjoni tad-demm għolja ma tkunx ikkurata, tista’ tagħmel ħsara lill-vini jew lill-arterji f’diversi organi, u dan xi kultant jista’ jwassal għal attakk tal-qalb, insuffiċjenza tal-kliewi jew tal-qalb, puplesija, jew għama. Ġeneralment ma jkunx hemm sintomi ta’ pressjoni tad-demm għolja qabel ma ssir

    il-ħsara. Għaldaqstant hu importanti li tkejjel il-pressjoni tad-demm regolarment biex tivverifika li qiegħda

    fil-medda normali.


    Telmisartan Actavis jintuża wkoll biex inaqqas avvenimenti kardjovaskulari (i.e. attakk tal-qalb jew puplesija) f’adulti li huma f’riskju minħabba li għandhom provvista ta’ demm imnaqqsa jew imblukkata lejn il-qalb jew ir-riġlejn, jew li kellhom puplesija jew li għandhom dijabete ta’ riskju qawwi. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek jekk għandekx riskju qawwi għal dawn l-avvenimenti.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Telmisartan Actavis Tieħux Telmisartan Actavis

    • jekk inti allerġiku għal telmisartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

    • jekk inti iktar minn 3 xhur tqila. (Ikun aħjar ukoll li tevita Telmisartan Actavis kmieni fit-tqala – ara ssezzjoni dwar it-tqala.)

    • jekk għandek problemi severi tal-fwied bħal kolestasi jew ostruzzjoni biljari (problemi fit-tnixxija tal-bila mill-fwied u mill-bużżieqa tal-marrara) jew kwalunkwe mard sever ieħor tal-fwied.

    • jekk għandek id-dijabete jew funzjoni tal-kliewi indebolita u qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l- pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.


      Jekk xi wieħed minn dawn is-sintomi t’hawn fuq japplika għalik, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Telmisartan Actavis.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tbati jew jekk fil-passat batejt minn kwalunkwe mill-kundizzjonijiet jew

      mard li ġejjin:

    • Mard tal-kliewi jew trapjant tal-kliewi.

    • Stenosi tal-arterji renali (tidjiq tal-vini/arterji lejn kilwa waħda jew lejn iż-żewġ kliewi).

    • Mard tal-fwied.

    • Problemi tal-qalb.

    • Livelli għoljin ta’ aldosterone (iż-żamma tal-ilma u l-melħ fil-ġisem flimkien ma’ żbilanċ ta’

      minerali varji fid-demm).

    • Pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni), x’aktarx li sseħħ jekk tkun deidratat (telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem) jew jekk ikollok nuqqas ta’ melħ minħabba terapija dijuretika (‘pilloli tal-awrina’), dieta b’livelli baxxi ta’ melħ, dijarea, jew rimettar.

    • Livelli għolja ta’ potassium fid-demm tiegħek

    • Dijabete


      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Telmisartan Actavis:

    • jekk qed tieħu digoxin

    • jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:

      -inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek

      problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.

      -aliskiren


      It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’

      elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.


      Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura ‘Tiħux Telmisartan Actavis’.


      Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jewjekktista’toħroġ) tqila. Telmisartan Actavis mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel stadji tat-tqala u m’għandux jittieħed jekk inti iktar minn 3 xhur tqila, għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dik il-fażi tat-tqala (ara s-sezzjoni dwar it-tqala).


      F’każ li jkollok bżonn ta’ operazzjoni jew loppju, għandek tgħid lit-tabib tiegħek li qed tieħu

      Telmisartan Actavis.


      Telmisartan Actavis jista’ jkun inqas effettiv biex inaqqas il-pressjoni tad-demm f’pazjenti suwed.


      Tfal u adolexxenti

      L-użu ta’ Telmisartan Actavis fit-tfal u fl-adolexxenti sal-età ta’ 18-il sena mhuwiex rakkomandat.

      Mediċini oħra u Telmisartan Actavis


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

      It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jibdel id-doża ta’ dawn il-mediċini l-oħrajn, jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn. F’xi każijiet, jista’ jkollok tieqaf tieħu waħda mill-mediċini. Dan japplika b’mod speċjali għal mediċini elenkati hawn taħt li jittieħdu fl-istess ħin ma’ Telmisartan Actavis


    • Mediċini li fihom il-lithium għall-kura ta’ xi tipi ta’ dipressjoni.

    • Mediċini li jistgħu jżidu il-livelli tal-potassium fid-demm bħal sostituti tal-melħ li fihom il- potassium, dijuretiċi li ma jneħħux potassium (ċerti ‘pilloli tal-awrina’), inibituri ACE (inibituri tal- enzimi li jikkonvertu angiotensin, biex tikkura l-pressjoni tad-demm għolja), antagonisti tar-riċettur ta’ angiotensin II (biex tikkura l-pressjoni tad-demm għolja), NSAIDs (mediċini mhux sterojdi kontra linfjammazzjoni, eż. aspirina jew ibuprofen), eparina (mediċina biex traqqaq id-demm), immunosoppressivi (eż. cyclosporin jew tacrolimus), u l-antibijotiku trimethoprim.

    • Id-dijuretiċi (‘pilloli tal-awrina’), speċjalment jekk jittieħdu f’dożi għoljin flimkien ma’ Telmisartan Actavis, jistgħu jwasslu għal telf eċċessiv ta’ ilma mill-ġisem u pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni).

    • Jekk qed tieħu inibitur ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux

      Telmisartan Actavis” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”)”

    • Digoxin.


    L-effetti ta’ Telmisartan Actavis jistgħu jitnaqqsu meta tieħu NSAIDs (mediċini mhux sterojdi kontra l-

    infjammazzjoni, eż. aspirina jew ibuprofen) jew kortikosterojdi.


    Telmisartan Actavis jista’ jżid l-effett ta’ tnaqqis tal-pressjoni tad-demm ta’ mediċini oħra li jintużaw għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja jew ta’ mediċini b’potenzjal li jbaxxu l-pressjoni tad-demm (eż. baclofen, amifostine). Barra minn hekk, pressjoni baxxa tad-demm tista’ tiġi aggravata b’alkoħol, barbiturati, narkotiċi jew antidepressivi. Tista’ tinnota dan bħala sturdament meta tqum bilwieqfa. Għandek tikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk ikun hemm bżonn li taġġusta d-doża tal-mediċina l-oħra waqt li tkun qed tieħu Telmisartan Actavis.


    Tqala u treddigħ


    Tqala

    Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inti (jewjekktista’toħroġ) tqila. Normalment, it-tabib tiegħek ser jagħtik parir biex tieqaf tieħu Telmisartan Actavis qabel ma toħroġ tqila jew hekk kif issir taf li inti tqila, u ser jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Telmisartan Actavis. Telmisartan Actavis mhuwiex rakkomandat kmieni fit-tqala, u m’għandux jittieħed meta mara tkun iktar minn 3 xhur tqila,

    għax jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.


    Treddigħ

    Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew jekk ser tibda tredda’. Telmisartan Actavis mhuwiex rakkomandat għal ommijiet li jkunu qed ireddgħu, u t-tabib tiegħek jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk tixtieq tredda’, speċjalment jekk it-tarbija tiegħek tkun tat-twelid, jew jekk tkun twieldet qabel iż-żmien.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Xi nies iħossuhom storduti jew għajjenin meta jieħdu Telmisartan Actavis. Jekk tħossok stordut jew għajjien, issuqx jew tħaddem makkinarju.


    Telmisartan Actavis fih is-sodium

    Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment

    ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Telmisartan Actavis


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek.Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew mal-ispiżjar jekk ikollok xi dubju.

    Għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja, id-doża normali ta’ Telmisartan Actavis għall-biċċa l-kbira tal- pazjenti hi ta’ pillola waħda ta’ 40 mg pillola darba kuljum biex tikkontrolla l-pressjoni tad-demm għal perjodu ta’ 24 siegħa. It-tabib tiegħek irrakkomandalek doża aktar baxxa ta’ pillola waħda ta’ 20 mg kuljum. Telmisartan Actavis jista’ jintuża flimkien ma’ dijuretiċi (‘pilloli tal-awrina’) bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il-pressjoni tad-demm b’Telmisartan Actavis.


    Għal tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari, id-doża tas-soltu ta’ Telmisartan Actavis hi ta’ pillola waħda ta’ 80 mg darba kuljum. Fil-bidu tat-terapija preventiva b’Telmisartan Actavis 80mg, il-pressjoni tad-demm għandha tiġi mmonitorjata ta’ spiss.


    Jekk il-fwied tiegħek ma jkunx qed jaħdem kif suppost, id-doża tas-soltu m’għandhiex taqbeż 40 mg

    darba kuljum.

    Jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu kif suppost, doża iktar baxxa ta’ 20 mg hija rakkomandata. Ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum. Tista’ tieħu Telmisartan Actavis mal-ikel jew mingħajr l-ikel. Il-

    pilloli għandhom jinbelgħu ma’ ftit ilma jew ma’ xi xarba oħra mhix alkoħolika. Hu importanti li tieħu Telmisartan Actavis kuljum sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf. Jekk tħoss li l-effett ta’ Telmisartan Actavis hu qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


    Jekk tieħu Telmisartan Actavis aktar milli suppost

    Huwa importanti li żżomm mad-doża kif miktuba mit-tabib tiegħek.

    Jekk aċċidentalment tieħu pilloli żejda, ikkuntattja immedjatament lit-tabib, lill-ispiżjar tiegħek, jew lid- dipartiment tal-emerġenza ta’ l-eqreb sptar.

    Is-sintomi l-aktar komuni ta’ overdose ta’ telmisartan, huma pressjoni baxxa (ipotensjoni) u rata ta’ taħbit tal-qalb għolja (takikardija). Rata ta’ taħbit tal-qalb baxxa (bradikardija), sturdament, livelli ta’ krejatinina ogħla fid-demm u insuffiċċjenza f’daqqa tal-kliewi ġew ukoll irrappurtati.


    Jekk tinsa tieħu Telmisartan Actavis

    Jekk tinsa tieħu doża, tinkwetax. Ħudha hekk kif tiftakar, imbagħad kompli bħas-soltu. Jekk ma tiħux il- pillola f’jum wieħed, ħu d-doża normali tiegħek fil-jum ta’ wara. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Telmisartan Actavis

    Ħu Telmisartan Actavis kuljum sakemm it-tabib tiegħek jibqa jiktibulek, sabiex tibqa żżomm il-pressjoni tad-demm ikkontrollata. Jekk għandek l-impressjoni li l-effett ta’ Telmisartan Actavis huwa wisq qawwi jew ineffettiv, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar.

    Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib jew lill-

    ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika immedjata:

    Għandek tara lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi sintomi li ġejjin:


    Sepsis* (ħafna drabi msejħa “demm avvelenat”, hija infezzjoni severa b’rispons infjammatorju tal-ġisem kollu), nefħa rapida tal-ġilda u l-mukoża (anġjoedima); dawn l-effetti sekondarji huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000) iżda huma estremament serji u l-pazjenti għandhom jieqfu jieħdu l-mediċina u jaraw lit-tabib tagħhom immedjatament. Jekk dawn l-effetti mhumiex trattati jistgħu jkunu fatali.


    Effetti sekondarji possibli ta’ telmisartan:


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):Pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni) fl-utenti kkurati għal tnaqqis ta’ avvenimenti kardjovaskulari


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):Infezzjonijiet fl-apparat urinarju, infezzjonijiet fl-apparat respiratorju (eż. Uġigħ fil-griżmejn, sinuses injfammati, riħ komuni), tnaqqis fiċ-ċelluli tad-demm ħomor (anemija), livelli għolja tal-potassju, diffikulta biex torqod, tħossok imdejjaq (dipressjoni), ħass ħażin (sinkope), sensazzjoni li kollox qed idur bik (sturdament), taħbit tal-qalb b’rata baxxa (bradikardija), pressjoni baxxa (ipotensjoni) fl-utenti kkurati għal pressjoni għolja tad-demm, sturdament meta tqum bil-wieqfa (ipotensjoni ortostatika), qtugħ ta’ nifs, sogħla, uġigħ addominali, dijarea, skonfort fl-addome, nefħa, rimettar, ħakk, żieda fl-għaraq, raxx, uġiegħ fid-dar, bugħawwieġ, uġiegħ fil-muskoli (majalġja), indeboliment tal-kliewi inkluż insuffiċjenza tal-kliewi f’daqqa, uġiegħ fis- sider, sensazzjoni ta‘ dgħufija, u livelli ta’ kreatinina għolja fid-demm.


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):Sepsis* (ħafna drabi msejħa “demm avvelenat”, hija infezzjoni severa b’rispons infjammatorju tal-ġisem kollu li jistgħu jwasslu għall- mewt), żieda f’ċerti ċelluli bojod tad-demm (eosinofilja), għadd baxx ta’ plejtlits (tromboċitopenja), reazzjoni allerġika severa (anaphylactic reaction), reazzjoni allerġika (eż. raxx, ħakk, diffikulta biex tieħu nifs, tħarħir, nefħa tal-wiċċ jew pressjoni tad-demm baxa), livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (f’pazjenti dijabetiċi), tħossok ansjuż/a, ngħas, indeboliment fil-vista, rata mgħaġġla ta’ taħbit tal-qalb (takikardija), ħalq xott, stonku mqalleb, tibdil fis-sens tat-togħma (disgewżja), funzjoni anormali tal-fwied**, (hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn l-effetti sekondarji), nefħa b’mod mgħaġġel tal-ġilda u tal- mukoża li jistgħu wkoll iwasslu għall-mewt (anġjoedema wkoll fatali), ekżema (disturb tal-ġilda), ħmura tal-ġilda, ħorriqija (urtikarja), raxx sever għall-mediċina, uġigħ fil-gogi (artralġja), uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini, mard li jixbah l-influwenza, tnaqqis fl-emoglobina (proteina fid-demm), żieda fil-livelli tal-uric acid, ta’ enzimi epatiċi jew ta’ creatine phosphokinase fid-demm.


    Effettisekondarjirariħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): Ċikatriċi progressivi ta’ tessut tal-pulmun (mard interstizjali tal-pulmun)**


    *Jista’ jkun li l-avveniment ġara b’kumbinazzjoni, jew jista’ jkun marbut ma’ mekkaniżmu kif jaħdem

    telmisartan li bħalissa mhuwiex magħruf.


    **Każijiet ta’ ċikatriċi progressivi tat-tessut tal-pulmun ġew irrappurtati waqt it-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, mhux magħruf jekk telmisartan kienx il-kawża.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

  5. Kif taħżen Telmisartan Actavis


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun, kontenitur jew folja wara “EXP”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Folji tal-aluminju/aluminju

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    image

    Kontenitur tal-HDPE b’għatu maghmul minn LDPE

    Żomm il-kontenitur magħluq sewwa sabiex tilqa’ mid-dawl.


    image

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


    X’fih Telmisartan Actavis

    • Is-sustanza attiva hi telmisartan. Kull pillola fiha 20 mg ta’ telmisartan.

    • Is-sustanzi l-oħra huma are magnesium stearate, croscarmellose sodium, mannitol, povidone, potassium hydroxide pellets.


Kif jidher Telmisartan Actavis u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Telmisartan Actavis 20 mg huma bojod, ċatti, tondi li fuqhom hemm imnaqqax ‘T’ fuq naħa waħda.


image

Daqsijiet tal-pakketti:

Folji tal-aluminju/aluminju: 14, 28, 30, 56, 84, 90, 98 u 100 pillola

Kontenituri tal-pilloli: 30 u 250 pillola.

ll-kontenitur tal-pilloli għandu desikkant li ma għandux jittiekel.


Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jitpoġġew fis-suq fil-pajjiż tiegħek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Actavis Group PTC ehf. Reykjavíkurvegi 76-78

220 Hafnarfjörður L-Islanda


Manifattur Actavis Ltd. BLB 016

Żona Industrijali ta’ Bulebel

Żejtun Malta


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien Actavis Group PTC ehf. IJsland/Islande/Island Tél/Tel: +354 5503300

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 5 266 0203


България

Актавис ЕАД

Teл.: +359 2 489 95 85

Luxembourg/Luxemburg Actavis Group PTC ehf. Islande/Island

Tél/Tel: +354 5503300


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: + 420 251 007 111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel.: +36 1 288 6400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44 98 55 11

Malta

Actavis Ltd.

Tel: +35621693533


Deutschland

Actavis Group PTC ehf. Island

Tel: +354 5503300

Nederland

Actavis Group PTC ehf. IJsland

Tel: +354 5503300


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 661 0801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66 77 55 90


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E.

Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43(0)1 97007 0


España

Actavis Group PTC ehf. Islandia

Tel: +354 5503300

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 345 93 00


France

Actavis Group PTC ehf. Islande

Tél: +354 5503300

Portugal

Actavis Group PTC ehf. Islândia

Tel: +354 5503300


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 37 20 000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L Tel: +40 21 230 65 24


Ireland

Actavis Ireland Limited Tel: +353 (0)21 4619040

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Actavis Group PTC ehf. Sími: +354 550 3300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 57 26 79 11


Italia

Actavis Group PTC ehf. Islanda

Tel: +354 5503300

Suomi/Finland

ratiopharm Oy

Puh/Tel: +358 (0)20 180 5900


Κύπρος

A. Potamitis Medicare Ltd

Τηλ: +357 22583333

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42 12 11 00


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 673 23 666

United Kingdom Actavis UK Limited Tel: +44 1271 385257


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.