Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pexion
imepitoin


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Pexion 100 mg pilloli għall-klieb Pexion 400 mg pilloli għall-klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    55216 Ingelheim/Rhein IL-ĠERMANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Pexion 100 mg pilloli għall-klieb Pexion 400 mg pilloli għall-klieb imepitoin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Pilloli bojod, oblungi, b’ferq fin-nofs, b’logo integrat “I 01” (100 mg) jew “I 02” (400 mg) imnaqqax fuq naħa waħda. Il-pillola tista’ tinqasam min-nofs.


    Pillola waħda jkun fiha: Imepitoin 100 mg

    Imepitoin 400 mg


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Għat-tnaqqis tal-frekwenza ta’ puplesiji ġeneralizzati minħabba epilessija idjopatika fil-klieb għall-użu wara evalwazzjoni bir-reqqa ta’ għażliet ta’ kura alternattiva.

    Għat-tnaqqis tal-ansjetà u tal-biża’ assoċjati mal-fobija għall-istorbju fil-klieb.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjent attiv; ingredjenti mhux attivi jew ingredjenti oħra. Tużax fi klieb b’indeboliment sever fil-funzjoni tal-fwied, disturbi severi tal-kliewi jew disturbi kardjovaskulari severi.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Epilessija idjopatika

    Ir-reazzjonijiet avversi ħfief u ġeneralment temporanji li ġejjin ġew osservati fi studji qabel l-użu

    kliniku u studji kliniċi għad-dikjarazzjoni ta’ epilessija kklassifikati skont frekwenza dejjem tonqos: atassja (telf ta’ koordinazzjoni), emesi (remettar), polifaġija (żieda fl-aptit) ġiet irrappurtata fil-bidu

    tal-kura, sonnolenza (ngħas) (komuni ħafna), iperattività (il-kelb ikun ħafna iktar attiv mis-soltu),

    apatija, polidipsija (żieda fl-għatx), dijarea, diżorjentament, anoressija (telf ta’ aptit), ipersalivazzjoni (żieda fil-produzzjoni tal-bżieq), poliurja (żieda fil-produzzjoni tal-awrina) (komuni); prolapsed nictitating membrane (it-tielet tebqet il-għajn li tkun viżibbli) u tnaqqis fil-vista (rapporti iżolati).


    Fi klieb epilettiċi, l-aggressjoni ġiet irrappurtata b’mod mhux komuni, u sensittività akbar għall-ħoss u

    ansjetà ġew irrapportati b’mod rari fil-prattika. Dawn is-sinjali huma potenzjalment relatati mal-kura. Dawn iridu jkunu preżenti wkoll waqt il-perjodu ta’ qabel jew ta’ wara attakk ta’ epilessija jew bħala bidliet fl-imġiba li jseħħu bħala parti mill-marda nfisha.


    Żieda ħafifa fil-livelli tal-kreatinina, urea u tal-kolesterol fil-plażma ġiet osservata fi klieb ikkurati b’imepitoin; madankollu, ġeneralment dawn ma qabżux il-meded ta’ referenza normali u ma kinux assoċjati ma’ kwalunkwe osservazzjonijiet jew avvenimenti klinikament sinifikanti.


    Fobija għall-istorbju

    Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew osservati matul l-istudji prekliniċi u kliniċi mwettqa b’appoġġ tad-

    dikjarazzjoni tal-fobija għall-istorbju: atassja (telf tal-koordinazzjoni), żieda fl-aptit, letarġija (komuni ħafna); emesi (remettar), aggressjoni (ara sezzjoni “Twissijiet speċjali”) (komuni); iperattività, sonnolenza (ngħas), ipersalivazzjoni (mhux komuni). Ħafna mill-avvenimenti huma tranżjenti, li jgħaddu matul jew ftit wara t-tmiem tal-kors ta’ kura.


    Atassja temporanja fil-bidu tal-kura ġiet irrapportata b’mod komuni ħafna matul prova klinika għall- fobija għall-istorbju. F’aktar minn nofs il-klieb li esperjenzaw atassja matul din il-prova klinika, is- sinjali għebu b’mod spontanju fi żmien 24 siegħa minkejja kura ssoktata u f’nofs il-klieb li fadal fi żmien 48 siegħa.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ikkurat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal ikkurat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal ikkurat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ikkurat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Epilessija idjopatika

    Għoti mill-ħalq f’doża ta’ bejn 10 mg u 30 mg ta’ imepitoin għal kull 1kg ta’ piż tal-ġisem darbtejn kuljum, f’intervall ta’ 12-il siegħa. Kull pillola tista’ tinqasam għal dożaġġ kif suppost skont il-piż tal-

    ġisem individwali tal-kelb. Kwalunkwe nofs pillola li jkun fadal għandha tintuża għad-doża li jmiss.


    Id-doża rakkomandata tal-bidu ta’ imepitoin hi ta’ 10 mg għal kull 1 kg ta’ piż tal-ġisem darbtejn kuljum.


    Ibda t-terapija billi tuża l-piż tal-ġisem f’kg u t-tabella tad-dożaġġ. Jekk il-puplesiji ma jitnaqqsux b’mod adegwat wara mill-inqas ġimgħa ta’ kura bid-doża kurrenti, il-kirurgu veterinarju li jkun qed jissorvelja għandu jevalwa l-kelb mill-ġdid. Jekk wieħed jassumi li l-prodott mediċinali veterinarju jiġi ttollerat tajjeb, id-doża tista’ tiżdied b’inkrementi ta’ 50 sa 100% sa dożaġġ massimu ta’ 30 mg kull kg mogħtija darbtejn kuljum.


    Il-bijodisponibilità hi akbar meta jingħata lil klieb sajmin. L-għażla tal-ħin tal-għoti tal-pillola relattiv għal ħin it-tmigħ għandha tinżamm konsistenti.

    Numru ta’ pilloli (li jridu jingħataw darbtejn kuljum) għall-bidu tal-kura għall-epilessija:

    Doża: 10 mg/kg darbtejn kuljum

    Numru ta’ pilloli għal kull amministrazzjoni

    Piż tal-ġisem (kg)

    Pillola ta’ 100 mg

    Pillola ta’ 400 mg

    5

    ½

    5.1-10

    1

    10.1-15

    1 ½

    15.1-20

    ½

    20.1-40

    1

    40.1-60

    1 ½

    Iktar minn 60

    2


    Fobija għall-istorbju

    Amministrazzjoni orali b’doża ta’ 30 mg imepitoin għal kull kg piż tal-ġisem darbtejn kuljum,

    madwar 12-il siegħa bejn waħda u oħra.

    Kull pillola tista’ tinqasam min-nofs għal dożaġġ xieraq skont il-piż tal-ġisem individwali tal-kelb.


    Ibda t-terapija jumejn (2) qabel il-jum tal-avveniment mistenni ta’ storbju u kompli uża matul l- avveniment ta’ storbju billi tuża t-tabella dwar il-piż tal-ġisem f’kg u d-dożaġġ ta’ hawn taħt.


    Il-bijodisponibbiltà hi ikbar meta tingħata lil klieb sajmin. It-twaqqit tal-amministrazzjoni tal-pilloli b’rabta mat-tagħlif għandu jinżamm konsistenti.


    In-numru ta’ pilloli (li għandhom jingħataw darbtejn kuljum) għat-trattament tal-fobija għall-istorbju:

    Doża: 30 mg/kg darbtejn kuljum

    Numru ta’ pilloli għal kull amministrazzjoni

    Piż tal-ġisem (kg)

    Pillola ta’ 100 mg

    Pillola ta’ 400 mg

    2.5 – 3.9

    1

    4– 5.9

    1 ½

    6 – 7.9

    2

    8 – 10.9

    3

    11 – 15.9

    1

    16 – 22.9

    1 ½

    23 – 29.9

    2

    30 – 36.9

    2 ½

    37 – 43.9

    3

    44 – 49.9

    3 ½

    50 – 55.9

    4

    56 – 71.9

    4 ½

    72 – 80

    5


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Kull pillola tista’ tinqasam min-nofs għal dożaġġ preċiż skont il-piż individwali tal-kelb. Id-dożaġġ meħtieġ se jvarja bejn kelb u ieħor u jkun jiddependi fuq is-severità tad-disturb.

  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-flixkun wara JIS.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Epilessija idjopatika

    Minħabba n-natura tal-epilessija, ir-rispons farmakoloġiku għall-kura jista’ jvarja. Xi klieb jista’ ma

    jkollhomx puplesiji, fi klieb oħrajn se jiġi osservat tnaqqis fin-numru ta’ puplesiji, filwaqt li oħrajn mhumiex se jirrispondu. Għal din ir-raġuni, għandha tingħata konsiderazzjoni b’attenzjoni qabel ma

    wieħed jiddeċiedi li jaqleb kelb stabbilizzat fuq imepitoin minn kura differenti. F’dawk li ma

    jirrispondux, żieda fil-frekwenza ta’ puplesiji tista’ tiġi osservata. Jekk il-puplesiji ma jiġux ikkontrollati b’mod adegwat, miżuri dijanjostiċi addizzjonali u kura oħra kontra l-epilessija għandhom jiġu kkunsidrati. Meta tkun meħtieġa medikament transizzjoni bejn terapiji antiepilettiċi differenti, dan għandu jsir gradwalment u b’superviżjoni klinika adattata.


    L-effikaċja tal-prodott veterinarju fil-klieb bi status epilepticus u puplesiji li jiġu waħda wara l-oħra f’perjodu qasir ta’ żmien ma ġietx investigata. Għalhekk, imepitoin m’għandux jintuża bħala l-kura primarja fi klieb b’puplesiji li jiġu waħda wara l-oħra f’perjodu qasir ta’ żmien u status epilepticus.


    Ma ġie osservat l-ebda telf ta’ effikaċja kontra l-konvulżjonijiet (żvilupp ta’ tolleranza) matul kura kontinwa ta’ 4 ġimgħat fi studji sperimentali li damu 4 ġimgħat.


    Ma tista’ tinstilet l-ebda konklużjoni definittiva dwar l-effikaċja ta’ imepitoin bħala terapija miżjuda għal phenobarbital, potassium bromide u/jew levetiracetam mill-istudji limitati disponibbli (ara s- sezzjoni Interazzjoni).


    Fobija għall-istorbju

    L-effikaċja għat-tnaqqis tal-ansjetà u tal-biża’ assoċjati mal-fobija għall-istorbju ma ġietx ittestjata fi klieb iżgħar minn 12-il xahar.


    Jista’ jkun hemm bżonn sa jumejn (2) ta’ prekura biex tinkiseb l-effikaċja ansjolitika ottimali fil-klieb b’fobija għall-istorbju. Ara sezzjoni “Dożaġġ għal kull speċi, rotta/rotot u metodu ta’ amministrazzjoni”.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx ittestjata fi klieb li jiżnu inqas minn 2 kg jew fi klieb bi problemi tas-sigurtà bħal mard tal-kliewi, tal-fwied, tal-qalb, gastrointestinali jew mard ieħor.


    Il-mediċini ansjolitiċi li jaġixxu fis-sit tar-reċettur tal-benżodiażepina, bħall-imepitoin, jistgħu jwasslu għal diżinibizzjoni ta’ mġibiet ibbażati fuq il-biża’. Għaldaqstant, il-prodott jista’ jirriżulta f’żieda jew fi tnaqqis fil-livelli ta’ aggressjoni.

    Fil-klieb b’passat ta’ problemi ta’ aggressjoni, għandha ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-benefiċċji u tar- riskji qabel il-kura. Din l-evalwazzjoni tista’ tinkludi kunsiderazzjoni ta’ fatturi jew ta’ sitwazzjonijiet

    ta’ inċitament assoċjati ma’ episodji aggressivi preċedenti. Qabel ma tinbeda l-kura f’dawn il-każijiet,

    għandhom jiġu kkunsidrati t-terapija tal-imġiba jew riferiment għal speċjalista tal-imġiba. F’dawn il- klieb, qabel ma tinbeda l-kura għandhom jiġu implimentati miżuri addizzjonali għall-mitigazzjoni tar- riskju ta’ problemi ta’ aggressjoni kif xieraq.

    Sinjali ħfief tal-imġiba jew fil-muskoli jistgħu jiġu osservati fi klieb meta l-kura b’imepitoin titwaqqaf f’daqqa.


    Id-dikjarazzjoni għall-kura tal-fobija għall-istorbju hi bbażata fuq studju prattiku pivotali li investiga kors tal-kura fuq 3 ijiem għal avveniment ta’ storbju assoċjat mal-logħob tan-nar. Durati itwal tal-kura għall-fobija għall-istorbju għandhom jiġu vvalutati mill-veterinarju fuq il-bażi tal-benefiċċji u tar- riskji. Għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta’ programm ta’ modifika tal-imġiba.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    L-inġestjoni ta’ dan il-prodott tista’ tikkawża sturdament, letarġija u dardir. F’każ ta’ bligħ aċċidentali speċjalment minn tifel/tifla, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni jew

    it-tikketta lit-tabib.

    Biex jiġi evitat bligħ aċċidentali ta’ pilloli, l-għatu tal-flixkun għandu jitpoġġa f’postu immedjatament wara li jittieħed in-numru meħtieġ ta’ pilloli għal għoti wieħed.


    Tqala u treddigħ

    L-użu tal-prodott mediċinali veterinarju mhuwiex rakkomandat fi klieb irġiel li jkunu qed jgħammru jew fi klieb nisa waqt it-tqala u t-treddigħ. Ara wkoll is-sezzjoni “Doża eċċessiva”.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Il-prodott intuża flimkien ma’ phenobarbital, potassium bromide u/jew levetiracetam f’numru żgħir ta’ każijiet ma’ levetiracetam u l-ebda interazzjonijiet kliniċi ta’ ħsara ma ġew osservati (ara s-

    sezzjoni Twissijiet speċjali).


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    F’każ ta’ doża eċċessiva ripetuta b’5 darbiet l-ogħla doża rakkomandata ta’ 30 mg imepitoin għal kull

    kilogramma piż tal-ġisem, ġew osservati effetti newroloġiċi, effetti b’konnessjoni gastrointestinali u titwil riversibbli tal-intervall tal-QT.


    F’dawn id-dożi, is-sintomi normalment ma jkunux ta’ periklu għall-ħajja u ġeneralment jgħibu fi żmien 24 siegħa jekk tingħata kura sintomatika.


    Dawn l-effetti tas-CNS jistgħu jinkludu attassija (nuqqas ta’ bilanċ), telf ta’ righting reflex (telf ta’ bilanċ), tnaqqis fl-attività, għeluq ta’ tebqet il-għajn, lakrimazzjoni (dmugħ eċċessiv), għajnejn xotti (nuqqas ta’ dmugħ), u nystagmus (moviment mhux normali tal-għajnejn.


    F’doża ta’ 5 darbiet dik rakkomandata, jista’ jiġi osservat tnaqqis fil-piż tal-ġisem.

    Fi klieb irġiel li jingħataw doża li tkun 10 darbiet ogħla mid-doża terapewtika rakkomandata tan-naħa ta’ fuq, atrofija diffuża tat-tubuli seminiferużi fil-testikoli u għadd imnaqqas ta’ sperma assoċjat

    magħha ġew osservati.

    Ara wkoll is-sezzjoni "Tqala u treddigħ".


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    .

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Fi prova Ewropea fil-kamp (field trial) li qabblet l-effikaċja ta’ imepitoin ma’ phenobarbital f’226 kelb b’epilessija idjopatika ddijanjostikata għall-ewwel darba, 45% tal-każijiet mill-grupp ta’ imepitoin u 20% mill-grupp ta’ phenobarbital kienu esklużi mill-analiżi tal-effikaċja għal raġunijiet li kienu jinkludu li naqsu li jirrispondu għall-kura. Fil-bqija tal-klieb (64 kelb għal Pexion u 88 kelb għal phenobarbital), ir-riżultati kliniċi li ġejjin ġew osservati: Medja tal-frekwenza ta’ puplesiji ġeneralizzati tnaqqset minn 2.3 puplesiji kull xahar fil-grupp ta’ imepitoin u minn 2.4 puplesiji kull xahar fil-grupp ta’ phenobarbital għal 1.1 puplesiji kull xahar fiż-żewġ gruppi wara 20 ġimgħa ta’ kura. Id-differenza bejn il-gruppi ta’ imepitoin u phenobarbital fil-frekwenza ta’ puplesiji kull xahar wara l-kura (aġġustata għad-differenza fil-linja bażi) kienet ta’ 0.004, 95% CI [-0.928, 0.935]. Matul

il-fażi ta’ evalwazzjoni ta’ 12-il ġimgħa, il-proporzjon ta’ klieb ġeneralizzati li ma kellhom l-ebda attakk ta’ puplesija kien ta’ 47% (30 kelb) fil-grupp ta’ imepitoin u 58% (51 kelb) fil-grupp ta’ phenobarbital.


Għalkemm l-effikaċja tista’ ma tkunx kompluta, imepitoin hu kkunsidrat li hu għażla ta’ kura adattata f’xi klieb minħabba l-profil tas-sigurtà tiegħu.


Is-sigurtà taż-żewġ kuri ġiet evalwata fis-sett sħiħ ta’ dejta tal-analiżi (jew sett ta’ dejta tas-sigurtà, i.e. 116-il annimal fil-grupp ta’ imepitoin u 110 annimali fil-grupp ta’ phenobarbital). Dożi li jiżdiedu ta’ phenobarbital ġew assoċjati ma’ livelli li jiżdiedu tal-enzimi tal-fwied ALT, AP, AST, GGT, u GLDH. Bħala paragun, l-ebda waħda mill-ħames enzimi ma żdiedu ma’ dożi li jiżdiedu ta’ imepitoin.


Żieda żgħira fil-valuri tal-kreatinina meta mqabbla mal-linja bażi ġiet osservata fi klieb ikkurati b’imepitoin. Madankollu, il-limitu ta’ fuq tal-intervall ta’ kunfidenza għall-kreatinina baqa’ fil-medda ta’ referenza fil-viżti kollha.


Flimkien ma’ dan, inqas avvenimenti avversi ġew osservati għal polijurija (10% vs 19% tal-klieb), polidipsija (14% vs 23%) u sedazzjoni notevoli (14% vs 25%) meta imepitoin tqabbel ma’ phenobarbital. Jekk jogħġbok irreferi għal sezzjoni Effetti mhux mixtieqatal-KPQ għal aktar dettalji dwar reazzjonijiet avversi.


F’field trial fl-Istati Uniti li qabbel l-effikaċja ta’ imepitoin f’doża fissa ta’ 30 mg/kg darbtejn kuljum, ma’ plaċebo f’151 kelb b’epilessija idjopatika matul perjodu ta’ kura ta’ 84 jum, il-proporzjon tal- klieb ħielsa minn aċċessjonijiet ġeneralizzati kien ta’ 21% (21 kelb minn 99; 95 % CI [0.131; 0.293])

fil-grupp ta’ imepitoin u 8% (4 klieb minn 52; 95% CI [0.004; 0.149]) fil-grupp tal-plaċebo. 25% tal- klieb ma rrispondewx għall-kura b’imepitoin (l-istess frekwenza jew frekwenza miżjuda ta’

aċċessjonijiet).


Prova klinika fil-fobija għall-istorbju

Fi prova klinika prattika kkontrollata bi plaċebo b’durata ta’ 3 ijiem tal-kura, l-effikaċja ta’ imepitoin ġiet investigata fi klieb djanjostikati b’fobija għall-istorbju matul il-logħob tan-nar tradizzjonali ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena. Għall-analiżi tal-effikaċja, 226 kelb (104 imepitoin, 122 plaċebo) kienu eliġibbli (tal-anqas doża waħda mediċina u data għall-evalwazzjoni tal-punti ta’ tmiem koprimarji), u ġew osservati r-riżultati li ġejjin għaż-żewġ punti ta’ tmiem koprimarji:

  1. Is-sid ivvaluta l-effett ġenerali tat-trattament tal-istudju (fuq il-bażi ta’ sinjali matul avveniment

    ta’ storbju u tqabbil mas-sinjali matul avveniment(i) ta’ storbju preċedenti mingħajr kura. Il- probabbiltà kumulattiva ta’ effett tajjeb jew eċċellenti kienet ferm akbar fil-grupp ta’ imepitoin meta mqabbla mal-grupp tal-plaċebo (Proporzjon tal-Probabilità = 4.689; p < 0.0001, 95% CI [2.79;7.89]).

  2. Il-kejl irrapportat mis-sidien tas-sintomi tal-ansjetà tal-kelb tagħhom (fuq il-bażi tal-Iskala ta’ Lincoln tas-Sensittività għall-Ħoss) matul avveniment ta’ storbju: Il-punteġġi magħduda urew effett tal-kura statistikament sinifikanti favur imepitoin b’differenza fil-punteġġ tal-ansjetà bejn imepitoin u l-plaċebo ta’ -6.1; p < 0.0001, 95% CI [-8.6;-3.6].

Daqsijiet tal-pakketti:

Flixkun ta’ 30, 100 jew 250 pillola.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.