Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Olazax Disperzi
olanzapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Olazax Disperzi 5 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq Olazax Disperzi 10 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq Olazax Disperzi 15 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq Olazax Disperzi 20 mg pilloli li jinħallu fil-ħalq


Olanzapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Id-dehra ta’ Olazax Disperzi u l-kontenuti tal-pakkett


Olazax Disperzi tiġi bħala:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin bi ‘B’ imnaqqax fuq naħa waħda. Olazax Disperzi 10 mg:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda

u b’‘D’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra. Olazax Disperzi 15 mg:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda

u b’‘E’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra. Olazax Disperzi 20 mg:

pilloli li jinħallu fil-ħalq, tondi, ċatti, kulur isfar bil-ġnub imċanfrin b’‘OL’ imnaqqxa fuq naħa waħda u b’‘F’ imnaqqax fuq in-naħa l-oħra.


Olazax Disperzi 5 mg, 10 mg, 15 mg u 20 mg jiġu f’folji tal-fojl tal-aluminju ta’ 28 & 56 pillola li tinħall fil-ħalq


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq


Glenmark Pharmaceuticals s.r.o. Hvězdova 1716/2b, 140 78 Praha 4 Ir-Repubblika Ċeka


Manifattur


Glenmark Pharmaceuticals s.r.o. Hvězdova 1716/2b, 140 78 Praha 4 Ir-Repubblika Ċeka

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


eu


Anness IV


Konklużjonijiet xjentifiċi u raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-awtorizzazzjoni(jiet) għat-tqegħid fis-suq

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSUR(s) għal olanzapine, il- konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


Wara r-reviżjoni ta’ rapporti ta’ każijiet fid-database tal-UK Sentinel, fid-database tal- EudraVigilance u fil-letteratura, sinjal għal tnixxija qawwija ta’ saliva b’olanzapine ġie identifikat, fl-14 ta’ Frar 2019, mill-Aġenzija Regulatorja dwar prodotti Mediċinali u ta’ Kura tas-Saħħa (MHRA-Medicines and Healthcare products Regulatory Agency ) u vvalidata mill-PRAC.


Abbażi ta’ analiżi ta’ sinjali ppreżentati mill-MAH li tinkludi l-plawsibilità mekkanistika, in-numru ta’ każijiet fejn l-effett imur meta l-mediċina titwaqqaf u jerġa’ jiġi meta terġa’ tingħata u relazzjoni temporali qawwija, il-PRAC jaqbel li t-tnixxija qawwija tas-saliva tista’ tkun assoċjata ma’ olanzapine u r-reazzjoni avversa tnixxija qawwija ta’ saliva għandha tiżdied mal-informazzjoni tal- prodott.


Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq


Abbażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi għal olanzapine is-CHMP huwa tal-fehma li l-bilanċ bejn il- benefiċċju u r-riskju ta’ prodott(i) mediċinali li fih/fihom olanzapine ma nbidilx suġġett għall-bidliet proposti għall-informazzjoni tal-prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-Awtorizzazzjoni(jiet) għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu varjati.