Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Mycophenolate mofetil Teva
mycophenolate mofetil

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Mycophenolate mofetil Teva 250 mg kapsuli iebsin mycophenolate mofetil


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.

jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Mycophenolate mofetil Teva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Mycophenolate mofetil Teva

  3. Kif għandek tieħu Mycophenolate mofetil Teva

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Mycophenolate mofetil Teva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Mycophenolate Mofetil Teva u għalxiex jintuża


    Mycophenolate mofetil Teva huwa mediċina li jintuża biex irażżan l-attività immunoloġika.


    Is-sustanza attiva ta’ din il- mediċina jisimha mycophenolate mofetil.


    Mycophenolate mofetil Teva jintuża biex jimpedixxi ’l ġisemek milli jirriġetta kliewi, qalb jew fwied trapjantat. Huwa jintuża flimkien ma’ mediċini oħra li għandhom l-istess funzjoni (i.e ciclosporin u corticosteroids)


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Mycophenolate Mofetil Teva


    TWISSIJA

    Mycophenolate jikkawża difetti tat-twelid u korriment. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tipprovdi test tat-tqala negattiv qabel tibda t-trattament u għandek issegwi l-pariri dwar kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek.

    It-tabib tiegħek se jkellmek u jagħtik informazzjoni bil-miktub, b’mod partikolari dwar l-effetti ta’ mycophenolate fuq trabi mhux imwielda. Aqra l-informazzjoni b’attenzjoni u segwi l-istruzzjonijiet. Jekk ma tifhemx dawn l-istruzzjonijiet b’mod sħiħ, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek biex jerġa’ jispjegahom qabel ma tieħu mycophenolate. Ara wkoll aktar informazzjoni f’din is-sezzjoni taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”.


    Tiħux Mycophenolate mofetil Teva

    • jekk inti allerġiku għal mycophenolate mofetil, mycophenolic acid għal xi jew sustanza oħra ta’ din

      il-mediċina (elenkati f-sezzjoni 6).

    • jekk inti mara li tista’ tkun tqila u ma pprovdejtx test tat-tqala negattiv qabel l-ewwel preskrizzjoni

      tiegħek, għax mycophenolate jikkawża difetti tat-twelid u korriment.

    • jekk inti tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija jew taħseb li tista’ tkun tqila.

    • jekk mhux qed tuża kontraċezzjoni effettiva (ara Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ).

    • jekk qegħda tredda’.

      Tiħux din il-mediċina jekk xi waħda minn ta’ fuq tapplika għalik. Jekk ikollok xi dubju, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Mycophenolate mofetil Teva.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek minnufih qabel ma tibda trattament b’Mycophenolate mofetil Teva:

    • jekk għandek aktar minn 65 sena għax jista’ jkollok riskju akbar li tiżviluppa avvenimenti avversi bħal ċerti infezzjonijiet virali, fsada gastrointestinali u edima pulmonari meta mqabbel ma’ pazjenti iżgħar.

    • jekk ikollok xi evidenza ta’ infezzjoni (e.g. deni, griżmejk juġawk), tbenġil mhux mistenni u/jew

      fsada

    • jekk għandek jew qatt kellek xi problem ibis-sistema diġestiva tiegħek eż. brixx fl-istonku

    • jekk qed tippjana biex toħroġ tqila, jew jekk toħroġ tqila waqt li inti jew is-sieħeb tiegħek tkunu qed tieħdu Mycophenolate mofetil Teva.

    • jekk għandek nuqqas ereditarju ta’ enzimi bħas-sindrome ta’ Lesch-Nyhan u Kelley-Seegmiller.


      Mycophenolate mofetil Teva inaqqas il-mekkaniżmu tad-difiża tal-ġisem. Minħabba f’hekk hemm riskju akbar ta’ kanċer tal-ġilda. Għalhekk għandek tillimita l-espożizzjoni tiegħek għax-xemx u għad-dawl ultra vjola (UV) billi tilbes ilbies protettiv u billi tuża sunscreen b’fattur ta’ protezzjoni għoli.


      M’għandekx tagħti demm waqt it-trattament b’Mycophenolate mofetil Teva u għal mill-inqas

      6 ġimgħat wara li jitwaqqaf it-trattament. L-irġiel m’għandhomx jagħtu semen waqt it-trattament b’Mycophenolate mofetil Teva u għal mill-inqas 90 jum wara li jitwaqqaf it-trattament.


      Tfal u adoloxxenti

      Mycophenolate mofetil Teva jintuża fi tfal u adoloxxenti (b’età minn 2 sa 18-il sena) biex jipprevjeni r-riġessjoni mil-ġisem ta kilwa trapjantata

      Mycophenolate mofetil Teva m’għandux jintuża fi tfal u adoloxxenti (b’età minn 2 sa 18-il sena) għal trapjanti tal-qalb jew fwied.

      Mycophenolate mofetil Teva m’għandux jintuża kompletament fi tfal taħt is-sentejn għax abbażi tad-

      data limitata dwar is-sigurtà u l-effikaċja għal dan il-grupp ta’ età, ma tista’ ssir l-ebda rakkomandazzjoni dwar id-doża.


      Mediċini oħra u Mycophenolate mofetil Teva

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Jekk it-tweġiba hija iva għal xi waħda mill-mistoqsijiet li ġejjin kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda’ tieħu Mycophenolate mofetil Teva

    • Qed tieħu xi mediċini li fihom:

      • azathioprine jew mediċini immunosuppressivi (li xi kultant jingħataw lil pazjenti wara

        operazzjoni ta’ trapjant),

      • cholestyramine (użat biex jittratta pazjenti li għandhom livell għoli ta’ kolesterol fid-demm),

      • rifampicin (antibijotiku),

      • antacidi jew inibituri tal-pompi tal-protoni (użati għall-problemi ta’ aċidu fl-istonku bħal

        indiġestjoni),

      • phosphate binders (użati f’pazjenti li għandhom indeboliment kroniku li jnaqqas l-assorbiment ta’ fosfat),

      • antibijotiċi – użati biex jittrattaw infezzjonijiet batteriċi

      • isavuconazole – użat biex jittratta infezzjonijiet mill-moffa

      • telmisartan – użat biex jittratta l-pressjoni għolja

      • jew xi mediċini oħra (inkluż dawk li tista’ tixtri mingħajr riċetta) li t-tabib tiegħek ma jafx

        dwarhom?

    • Għandek bżonn tieħu tilqima (vaċċini ħajjin)? It-tabib tiegħek ser jirrakomandalek x’inhu indikat għalik.


      Tqala, kontraċezzjoni u treddigħ


      Kontraċezzjoni f’nisa li jieħdu Mycophenolate mofetil Teva

      Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni flimkien ma’

      Mycophenolate mofetil Teva. Dan jinkludi:

    • Qabel ma tibda tieħu Mycophenolate mofetil Teva

    • Waqt it-trattament kollu tiegħek b’Mycophenolate mofetil Teva

    • Għal 6 ġimgħat wara li tieqaf tieħu Mycophenolate mofetil Teva

      Kellem lit-tabib tiegħek dwar il-metodi ta’ kontraċettivi l-aktar xierqa għalik. Dan se jiddependi mis- sitwazzjoni individwali tiegħek. Żewġ forom ta’ kontraċezzjoni huma preferibbli għax dan inaqqas ir- riskju ta’ tqala mhux intenzjonata. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek malajr kemm jista’ jkun, jekk taħseb li l-kontraċezzjoni tiegħek setgħet ma kinitx effettiva jew jekk insejt tieħu l-pillola kontraċettiva tiegħek.


      Ma tistax toħroġ tqila jekk xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin tapplika għalik:

    • Inti għaddejt mill-menopawsa, i.e. għandek età ta’ mill-inqas 50 sena u l-aħħar mestrwazzjoni tiegħek kienet aktar minn sena ilu (jekk il-mestrwazzjoni tiegħek waqfet għax kellek trattament għall-kanċer, xorta għad hemm ċans li tista’ toħroġ tqila).

    • It-tubi fallopjani tiegħek u ż-żewġ ovarji tneħħew permezz ta’ operazzjoni (salpingo-oophorectomy

      bilaterali).

    • Il-ġuf (l-utru) tiegħek tneħħa permezz ta’ operazzjoni (isterektomija).

    • L-ovarji tiegħek m’għadhomx jaħdmu (insuffiċjenza prematura tal-ovarji, li kienet ikkonfermata

      minn ġinekologu speċjalista).

    • Twelidt b’waħda mill-kondizzjonijiet rari li ġejjin li jagħmlu t-tqala impossibbli: il-ġenotip XY, is- sindrome ta’ Turner jew aġenesi tal-utru.

    • Inti tifla jew żagħżugħa li għad ma bdejtx ikollok il-mestrwazzjoni.


    Kontraċezzjoni f’irġiel li jieħdu Mycophenolate mofetil Teva

    L-evidenza disponibbli ma tindikax riskju akbar ta’ malformazzjonijiet jew ta’ korriment jekk il- missier jieħu mycophenolate. Madankollu, riskju ma jistax jiġi eskluż għalkollox. Bħala prekawzjoni inti jew is-sieħba tiegħek rakkomandati tużaw kontraċezzjoni affidabbli waqt it-trattament u għal

    90 jum wara li tieqaf tieħu Mycophenolate mofetil Teva.


    Jekk qed tippjana li jkollok it-tfal, kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji potenzjali u terapiji alternattivi.


    Tqala u treddigħ

    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It-tabib tiegħek se jkellmek dwar ir-riskji fil-każ ta’ tqala u l-alternattivi li tista’ tieħu biex tipprevjeni tiċħid tal-organu trapjantat tiegħek jekk:

    • Qed tippjana biex toħroġ tqila.

    • Qbiżt jew taħseb li qbiżt mestrwazzjoni, jew jekk ikollok fsada mestrwali mhux tas-soltu, jew tissuspetta li inti tqila.

    • Jekk tagħmel sess mingħajr l-użu ta’ metodi effettivi ta’ kontraċezzjoni.

      Jekk toħroġ tqila waqt it-trattament b’mycophenolate, għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek immedjatament. Madankollu, kompli ħu Mycophenolate mofetil Teva sakemm tarah jew taraha.


      Tqala

      Mycophenolate jikkawża frekwenza għolja ħafna ta’ korriment (50%) u ta’ difetti severi tat-twelid (23-27%) fit-tarbija mhux imwielda. Difetti tat-twelid li kienu rrappurtati jinkludu anomaliji tal- widnejn, tal-għajnejn, tal-wiċċ (xoffa/palat mixquq), tal-iżvilupp tas-swaba’, tal-qalb, tal-esofagu (tubu li jgħaqqad il-gerżuma mal-istonku), tal-kliewi u tas-sistema nervuża (pereżempju spina bifida (fejn l-għadam tas-sinsla tad-dahar ma jkunux żviluppati sew)). It-tarbija tiegħek tista’ tiġi affettwata minn wieħed jew aktar minn dawn.

      Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tipprovdi test tat-tqala negattiv qabel tibda t-trattament u għandek issegwi l-pariri dwar kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jitlob aktar minn test wieħed biex ikun ċert li m’intix tqila qabel jibda t-trattament.


      Treddigħ

      Tiħux Mycophenolate mofetil Teva jekk qed tredda’. Dan peress li ammonti żgħar tal-mediċina jistgħu jgħaddu fil-ħalib tal-omm.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Mycophenolate mofetil Teva għandu effett moderat fuq il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem għodda jew magni. Jekk tħossok sturdut, tħoss ġismek imtarrax jew tħossok konfuż, kellem lit-tabib jew lill- infermier tiegħek u ssuqx u tħaddimx għodda jew magni qabel ma tħossok aħjar.


      Mycophenolate mofetil Teva fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula iebsa, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Mycophenolate Mofetil Teva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt skont il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-trattament tiegħek jibda u jiġi mmonitorjat min tabib speċjaliżżat fit-trapjanti. Id-doża li ssoltu tingħata hija kif ġej:

    Trapjant tal-Kliewi


    Adulti

    L-ewwel doża għandha tingħata fi żmien 72 siegħa minna wara l-operazzjoni tat-trapjant. Id-doża rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 8 kapsuli (2 g tas-sustanza attiva) meħuda f’żewġ dożi separati. Dan ifisser li għandhom jittieħdu 4 kapsuli filgħodu u 4 filgħaxija.


    Tfal u adoloxxenti (b’età minn 2 sa 18-il sena)

    Id-doża li tingħata għandha tvarja skont id-daqs tat-tifel/tifla. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi l-aktar doża xierqa ibbażżata fuq l-erja superfiċjali tal-ġisem (tul u piż). Id-doża rakkomandata hija ta’ 600 mg/m2 li tingħata mill-ħalq darbtejn kuljum.


    Trapjanti tal-Qalb


    Adulti

    L-ewwel doża għandha tingħata fi żmien 5 ijiem wara l-operazzjoni tat-trapjant. Id-doża rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 12-il kapsula (3 g tas-sustanza attiva) li tittieħed f’żewġ dożi separati. Dan ifisser li għandhom jittieħdu 6 kapsuli filgħodu u mbagħad 6 kapsuli filgħaxija.


    Tfal

    M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu ta’ Mycophenolate mofetil Teva fi tfal bi trapjant tal-qalb.


    Trapjant tal-Fwied


    Adulti

    L-ewwel doża ta’ Mycophenolate mofetil Teva li tittieħed mill-ħalq għandha tingħatalek ta’ lanqas

    4 ijiem wara l-operazzjoni ta’ trapjant u meta tkun kapaci tibla’ l-mediċini mill-ħalq. Id-doża rakkomandata ta’ kuljum hi ta’ 12-il kapsula (3 g tas-sustanza attiva) li tittieħed f’żewġ dożi separati. Dan ifisser li għandhom jittieħdu 6 kapsuli filgħodu imbagħad 6 kapsuli filgħaxija.


    Tfal

    M’hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu ta’ Mycophenolate mofetil Teva fi tfal bi trapjant tal-fwied.


    Mod ta’ kif u mnejn jingħata

    Ibla’ l-kapsuli tiegħek b’mod sħiħ b’tazza ilma. Tista teħodhom mal-ikel jew bla ikel. La għandek tkisser u lanqas titħannhom u lanqas m’għandek tieħu kapsuli li jkunu nfetħu jew inqassmu. Evita kull

    kuntatt ma’ trab li jkun ħareġ minn kapsuli mħassra. Jekk kapsula tkun infetħet b’mod aċċidentali, laħlaħ it-trab minn mal-ġilda bis-sapun u l-ilma. Jekk xi trab jidħol f’għajnejk laħlaħ sew b’ħafna ilma nadif u frisk għajnejk u ħalqek,


    It-trattament ser jissokta għalik sakemm ikollok bżonn l-immunosoppressjoni sabiex jimpedixxi rifjut tal-organu ttrapjantat.


    Jekk tieħu aktar Mycophenolate mofetil Teva milli suppost

    Huwa importanti li ma tieħux aktar kapsuli milli suppost. Ikkuntattja l-eqreb dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza fi sptar jew tabib għal parir jekk blajt aktar kapsuli milli qalulek biex tieħu jew jekk it- tifel/tifla tiegħek belgħet minnhom.


    Jekk tinsa tieħu Mycophenolate mofetil Teva

    Jekk fi kwalunkwe ħin insejt tieħu l-mediċina tiegħek, ħudha meta tiftakar, imbagħad kompli ħudha

    fil-ħinijiet tas-soltu.

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi doża li nsejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Mycophenolate mofetil Teva

    M’għandekx tieqaf tieħu Mycophenolate mofetil Teva għax tħossok aħjar. Hu importanti li ddum tieħu l-mediċina skont kif qallek it-tabib. Jekk twaqqaf it-trattament tiegħek b’Mycophenolate mofetil Teva jista’ jiżdied iċ-ċans għal riġezzjoni ta’ l-organu trapjantat. Tieqafx tieħu l-mediċina tiegħek kemm-il darba t-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Kellem tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin – jistajkollok

    bżonn trattament mediku urġenti:

    • għandek sinjal ta’ infezzjoni bħal deni jew uġigħ fil-griżmejn.

    • għandek xi tbenġil jew fsada mhux mistennija.

    • għandek raxx, nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fl-ilsien jew fil-gerżuma, b’diffikultà biex tieħu n-nifs - jista’ jkollok reazzjoni allerġika serja għall-mediċina (bħal anafilassi, anġjoedema).

    • għandek ippurgar iswed jew bid-demm jew jekk tirremetti demm jew partiċelli skuri li jidhru bħal kafè midħun. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ fsada fl-istonku jew fl-imsaren.


      Il-frekwenza ta’ ċerti effetti sekondarji tiddependi mill-organu trapjantat, jiġifieri xi effetti sekondarji jistgħu jseħħu aktar jew inqas ta’ spiss skont jekk dan il-prodott mediċinali ikunx qed jittieħed biex jipprevjeni lill-ġismek milli jirrifjuta qalb trapjantata jew kilwa trapjantata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, kull effett sekondarju huwa dejjem elenkat taħt l-ogħla frekwenza tiegħu.


      Effetti sekondarji oħra


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’10)

    • infezzjonijiet ikkawżati minn batterja, viruses u/jew moffa

    • infezzjoni serja li tista’ taffettwa l-ġisem kollu

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm, plejtlits jew ċelluli ħomor tad-demm, li jistgħu jirriżultaw f’riskju ogħla ta’ infezzjonijiet, tbenġil, emorraġiji, qtugħ ta’ nifs u debbulezza

    • fsada taħt il-ġilda

    • żieda fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm

    • wisq aċidu fil-ġisem

    • livell għoli ta’ kolesterol u/jew lipidi fid-demm

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • livell għoli ta’ potassju fid-demm, livell baxx ta’ potassju, manjeżju, kalċju u/jew fosfat fid-demm

    • livell għoli ta’ aċidu uriku fid-demm, gotta

    • irrekwitezza, anormalitajiet fil-ħsieb, fil-perċezzjoni u l-livelli ta’ koxjenza, depressjoni, tħossok ansjuż, diffikultà biex torqod

    • żieda fit-tensjoni tal-muskoli, tregħid, ngħas, tħossok sturdut, uġigħ ta’ ras, tirżiħ, tingiż jew

      tnemnim

    • il-qalb tħabbat aktar malajr

    • pressjoni baxxa/għolja, twessigħ tal-kanali tad-demm

    • akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun, qtugħ ta’ nifs, sogħla

    • żaqq minfuħa

    • rimettar, uġigħ fl-istonku, dijarea, tħossok imdardar

    • stitikezza, indiġestjoni, gass (uġigħ ikkawżat minn gass)

    • tnaqqis fl-aptit

    • bidliet f’parametri differenti tal-laboratorju

    • infjammazzjoni tal-fwied, il-ġilda u l-abjad tal-għajnejn jisfaru

    • neoplażma tal-ġilda, raxx, akne

    • dgħufija fil-muskoli

    • uġigħ fil-ġogi

    • problemi fil-kliewi

    • demm fl-awrina

    • deni, sensazzjoni ta’ kesħa, uġigħ, tħossok dgħajjef u debboli

    • żamma ta’ fluwidu fil-ġisem

    • parti minn organu intern jew tessut imqabbeż minn post dgħajjef fil-muskoli taż-żaqq

    • uġigħ fil-muskoli, fl-għonq u fid-dahar


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10)

    • kanċer tal-ġilda, neoplażma mhux malinna tal-ġilda

    • tkabbir mhux normali u eċċessiv ta’ tessut

    • tnaqqis fin-numru taċ-ċelluli tad-demm kollha

    • tkabbir beninni tal-glandoli limfatiċi, bidliet infjammatorji fil-ġilda (psewdolimfoma)

    • tnaqqis fil-piż

    • ħsibijiet mhux normali

    • aċċessjoni

    • bidla fis-sens tat-togħma

    • embolu tad-demm li jifforma ġewwa vina

    • infjammazzjoni tat-tessut li jiksi l-ħajt ta’ ġewwa tal-addome u jkopri l-biċċa l-kbira tal-organi addominali

    • imblukkar tal-imsaren

    • infjammazzjoni tal-kolon li tikkawża uġigħ addominali jew dijarea (kultant ikkawżat minn ċitomegalovirus), ulċera fil-ħalq u/jew fl-istonku u/jew fid-duwodenu, infjammazzjoni tal-istonku, esofagu u/jew tal-ħalq u x-xufftejn

    • tifwiq

    • telf ta’ xagħar

    • tħossok ma tiflaħx

    • tkabbir eċċessiv tat-tessut tal-ħanek

    • infjammazzjoni tal-frixa, li tikkawża uġigħ qawwi fl-addome u d-dahar


      Mhux komuni(jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)

    • infezzjonijiet ikkawżati minn protozoa

    • proliferazzjoni tat-tessut linfatiku, li jinkludi tumuri malinni

    • produzzjoni insuffiċjenti ta’ ċelluli ħomor tad-demm

    • mard serju tal-mudullun

    • akkumulazzjoni ta’ fluwidu limfatiku fil-ġisem

    • qtugħ ta’ nifs, sogħla, li tista' tkun minħabba bronkjektasi (kundizzjoni fejn il-passaġġi tal-arja tal- pulmun jkunu dilatati b’mod mhux normali) jew fibrożi pulmonari (ċikatriċi tal-pulmun). Kellem lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa sogħla persistenti jew qtugħ ta’ nifs

    • tnaqqis fl-ammont ta’ antikorpi fid-demm

    • tnaqqis sever fin-numru ta’ ċerti ċelluli bojod tad-demm (sintomi possibbli huma deni, uġigħ fil- griżmejn, infezzjonijiet frekwenti) (agranuloċitosi).


      Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli)

    • tibdil fil-ħajt ta’ ġewwa tal-musrana ż-żgħira (atrofija tal-villi intestinali)

    • infjammazzjoni serja tal-membrana li tiksi l-moħħ u s-sinsla tad-dahar

    • infjammazzjoni serja tal-qalb u l-valvs tagħha

    • infezzjonijiet ikkawżati minn batterja li ġeneralment iwasslu għal disturb serju fil-pulmun (tuberkulożi, infezzjoni atipika kkawżata minn mikobatterja)

    • marda serja tal-kliewi (nefropatija assoċjata mal-virus BK)

    • marda serja tas-sistema nervuża ċentrali (lewkoenċefalopatija multifokali progressiva assoċjata

      mal-virus JC)

    • tnaqqis fin-numru ta’ ċerti ċelluli bojod tad-demm (newtropenija)

    • bidla fil-forma ta’ ċerti ċelluli bojod tad-demm


      Tieqafx tieħu l-mediċina tiegħek sakemm ma tkunx iddiskutejt dan mat-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Mycophenolate Mofetil Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Mycophenolate mofetil Teva


Il-Kontenut tal-kapsula Pregelatinised maize starch Povidone K-30 Croscarmellose sodium Magnesium stearate

Il-qoxra tal-kapsuli

Ras

Indigo carmine (E132) Titanium dioxide (E171) Gelatin

Korp

Red iron oxide (E127) Yellow iron oxide (E110) Titanium dioxide (E171) Gelatin

Il-linka sewda tikkonsisti minn shellac, black iron oxide (E172), propylene glycol u potassium hydroxide


Kif jidher Mycophenolate mofetil Teva u l-kontenut tal-pakkett


Kapsuli iebsin

Il-korp: lewn il-karamelli opak, li fuqu hemm stampat ‘250’ b’mod assjali b’linka sewda Ir-ras: kaħlanija ċara opaka li fuqha hemm stampat “M” b’mod assjali b’linka sewda.


Mycophenolate mofetil Teva 250 mg kapsuli iebsin jiġu f’pakketti tal-folji tal-PVC/PVdC-aluminju f’daqsijiet ta’ 100, 300 jew 100x1 kapsula f’kull kartuna

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq. Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifatturi

Teva Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13.

Debrecen H-4042, L-Ungerija


Pharmachemie B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373

Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


.