Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Trazec
nateglinide

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


Trazec 60 mg pilloli miksija b’rita Trazec 120 mg pilloli miksija b’rita Trazec 180 mg pilloli miksija b’rita Nateglimide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.

L-Alkoħol jista’ jiżbilanċja l-kontroll taz-zokkor fid-demm għalhekk qed tiġi imwissi tkellem lit-tabib tiegħek fuq ix-xorb ta’ l-alkoħol waqt li qed tieħu Trazec. Jekk ma jkollokx sintomi ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm, kull jew ixrob xi ħaġa li fiha z-zokkor u kellem lit-tabib tiegħek.


Trazec u l-Anzjani

Starllix jista’ jintuża f’ nies li għandhom iżjed minn 65 sena. Oqgħod attent b’mod speċjali sabiex tevita li jaqa’ l-livell ta’ zokkor fid-demm.


Trazec u tfal u adolexxenti

Trazec mhuwiex rakkomandat għal tfal u adolexxenti (taħt it-18-il sena) minħabba li l-effetti fuq dan il-grupp ta’ din l-età ma ġiex studjat.


Tqala u treddigħ

Trazec m’għandux jintuża jekk int ħriġt tqila jew qed tippjana li toħroġ tqila. Ara lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibli jekk tinqabad tqila waqt il-kura.


Treddax waqt il-kura bi Trazec


Itlob għall-parir tat-tabib jew spiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew treddigħ.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Qed tiġi avvżat biex tieħu l-prekawzjonijiet biex tevita ipogliċemija waqt li qed issuq jew tħaddem magni. Dan huwa importanti b’mod partikolari jekk ma tantx tħoss jew ma tħoss xejn is-sinjali ta’ twissija ta’ ipogliċemija jew għandek episodji frekwenti ta’ ipogliċemija. F’dawn iċ-ċirkustanzi wiehed għandu jara jekk jaqbillux isuq jew le.


Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Trazec

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-pilloli Trazec fihom lactose monohydrate. Jekk it-tabib tiegħek qallek li ma tistax tieħu ċerti tipi ta’ zokkor, għamel kuntatt mat-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  1. KIF GĦANDEK TUŻA TRAZEC


    Dejjem għandek tieħu Trazec skond il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Meta għandek tieħu Trazec

    Ħu Trazec qabel it-tlett ikliet prinċipali, ġeneralment:

    - doża 1 qabel il-kolazzjon

    • doża 1 qabel l-ikla ta’ wara nofsinhar

    • doża 1 qabel l-ikla ta’ filgħaxija


      L-aħjar li tieħu Trazec qabel-ikla prinċipali iżda tista’ tieħu d-doża sa 30 minuta qabel.


      Toħodix jekk mintiex sa tiekol ikla prinċipali. Jekk titlef ikla, aqbeż id-doża ta’ Trazec u stenna sa l- ikla li jkun imissek.


      Kemm għandek tieħu

      Ħu Trazec kif qallek it-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jiddeċiedi d-dożaġġ li għandek bżonn.


      Id-doża ta’ Trazec li ssoltu tingħata biex tibda hija ta’ 60 mg qabel it-tlett ikliet prinċipali. Kultant it- tabib tiegħek jista’ jordnalek dożi aktar għoljin. L-ogħla doża rakkomandata kuljum hija 180 mg tlett darbiet kuljum li għandhom jittieħdu mat-tlett ikliet prinċipali.


      Ibla l-pilloli sħaħ ma’ tazza ilma qabel l-ikla.


      Kemm idum tieħu Trazec

      Ħu Trazec kuljum sakemm jgħidlek tieqaf it-tabib tiegħek.


      Jekk tieħu Trazec aktar milli suppost

      Jekk bi żball ħadt wisq pilloli, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk ikollok sintomi ta’ livelli ta’ zokkor baxx fid-demm- jekk tħossok sturdut, rasek tiħfief, bil-ġuħ, titriegħed jew tħoss kwalunkwe sinjal ieħor imniżżel f’sezzjoni 4, “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”- kull jew ixrob xi ħaġa li fiha z- zokkor.


      Jekk tħoss li ser ikollok attakk sever ta’ ipogliċemija (li jtelfek minn sensik jew aċċessjoni) sejjaħ għal għajnujna medika b’mod urġenti – jew kun żgur li ħaddieħor jagħmel dan għalik.


      Jekk tinsa tieħu Trazec

      Jekk tinsa tieħu pillola ħu dik li jmiss qabel l-ikla li jmissek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


  2. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Trazec jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. L- effetti sekondarji ikkawżati minn Trazec huma ġeneralment ħfief għal moderati.


    L-aktar effetti sekondarji komuni huma sintomi ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija), li huma ġeneralment ħfief. Dawn jinkludu

    • għaraq

    • sturdament

    • rogħda

    • debbulizza

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • ġuħ

    • tħoss qalbek tħabbat malajr

    • għeja

    • tħossok ma tiflaħx (tqallih)


      Jistgħu jkunu kkawżati minn nuqqas ta’ ikel jew doża għolja wisq ta’ medicini anti-dijabetiċi li qed tieħu. Jekk ikollok sintomi ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm, kull u ixrob xi ħaġa li fiha z-zokkor.


      Kienu rrappurtati uġigħ addominali, indiġestjoni, tqallih u rimettar.


      Effetti rari huma anormalitajiet fit-testijiet tal-funzjoni tal-fwied u reazzjonijiet allergiċi (sensittivita’ eċċessiva) bħal raxx u ħakk.


      Effett rari ħafna huwa raxx tal-ġilda bi bżieżaq li jieħdu x-xofftejn, l-għajnejn, il-ħalq, kultant b’uġigħ ta’ ras, deni u/jew dijarea.


      Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  3. KIF TAĦŻEN TRAZEC


    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Aħżen fil-pakkett oriġinali.

    M’għandekx tuża Trazec wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    M’għandekx tuża l-pakkett ta’ Trazec jekk tara li huwa danneġġat jew jidher li ġie imbagħbas. Taħżinx f’temperatura 'l fuq minn 30°C.

    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni ta’ l-ambjent.


  4. AKTAR TAGĦRIF


X’Fih Trazec


Id-Dehra ta’ Trazec u l-kontenuti tal-pakkett

Trazec 60 mg pilloli miksijin b’rita huma roża, tondi b’“NVR” immarkata fuq naħa u “TS” fuq l-oħra.


Trazec 120 mg pilloli miksijin b’rita huma sofor, b’għamla ovali b’“NVR” immarkata fuq naħa u “TSL” fuq l-oħra.


Trazec 180 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, b’għamla ovali b’“NVR” immarkata fuq naħa u “TSX” fuq l-oħra.


Kull pakkett ta’ folji fih 12, 60, 84, 120 jew 360 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ L-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Novartis Europharm Limited Wimblehurst Road

Horsham

West Sussex, RH12 5AB Ir-Renju Unit


Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito, 131

I-80058 Torre Annunziata - Napoli L-Italja


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma GmbH Tél/Tel: +49 911 273 0


България

Novartis Pharma Services Inc.

Тел.: +359 2 489 98 28

Magyarország

Novartis Hungária Kft. Pharma Tel.: +36 1 457 65 00


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2298 3217

Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 26 37 82 111


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Eesti

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +372 60 62 400

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Τηλ: +30 210 281 17 12

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 550 8888


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

România

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 77


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Novartis s.r.o.

Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy Puh/Tel: +358 9 61 33 22 11


Κύπρος

∆ηµητριάδης και Παπαέλληνας Λτδ Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +371 7 887 070

United Kingdom

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd. Tel: +44 1276 698370


Lietuva

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +370 5 269 16 50


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’