Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Starlix
nateglinide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Starlix 60 mg pilloli miksija b’rita Starlix 120 mg pilloli miksija b’rita Starlix 180 mg pilloli miksija b’rita nateglinide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Starlix ma’ ikel, xorb u alkoħol

Ħu Starlix qabel l-ikliet (ara sezzjoni 3, “Kif għandek tieħu Starlix”); l-effett tiegħu jista’ jseħħ aktar

tard jekk jittieħed waqt jew wara l-ikliet.


L-alkoħol jista’ jiddisturba l-kontroll taz-zokkor fid-demm tiegħek, b’hekk huwa rrakkomandat li tkellem lit-tabib tiegħek dwar ix-xorb alkoħoliku waqt li tkun qed tieħu Starlix.


Tqala, treddigħ u fertilità

Starlix m’għandux jintuża jekk int ħriġt tqila jew qed tippjana li toħroġ tqila. Ara lit-tabib

tiegħek mill-aktar fis possibli jekk tinqabad tqila waqt il-kura.


Treddax waqt il-kura bi Starlix.


Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Il-ħila tiegħek biex tikkonċentra jew tirreaġixxi tista’ tonqos jekk ikollok livell baxx ta’ zokkor fid- demm (ipogliċemija). Żomm dan f’moħħok jekk issuq karozza jew tħaddem magni peress li tista’

tpoġġi lilek innifsek jew oħrajn f’periklu.


Għandek titlob il-parir tat-tabib dwar sewqan jekk ikollok episodji frekwenti ta’ ipogliċemija jew jekk m’intix konxju tal-ewwel sinjali ta’ ipogliċemija.


Starlix fih lactoce

Il-pilloli Starlix fihom lactose monohydrate. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi

ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

Starlix fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  1. Kif għandek tieħu Starlix


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Iċċekkja mat-tabib, mal-ispiżjar jew mal-infermier tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata tal-bidu hija ta' 60 mg Starlix tliet darbiet kuljum, li tittieħed qabel kull waħda mit-tliet ikliet ewlenin. It-tabib tiegħek għandu mnejn jiċċekkja l-ammont ta’ Starlix li qed tieħu fuq bażi regolari u għandu mnejn jaġġusta d-doża skont il-bżonnijiet tiegħek. Id-doża massima rrakkomandata hi ta' 180 mg tliet darbiet kuljum, li tittieħed qabel kull waħda mit-tliet ikliet ewlenin.


    Ħu Starlix qabel l-ikel. L-effett tiegħu jista’ jittardja jekk jittieħed waqt jew wara l-ikel. Ħu Starlix qabel it-tlett ikliet prinċipali, ġeneralment:

    - doża 1 qabel il-kolazzjon

    • doża 1 qabel l-ikla ta’ wara nofsinhar

    • doża 1 qabel l-ikla ta’ filgħaxija


      L-aħjar li tieħu Starlix qabel-ikla prinċipali iżda tista’ tieħu d-doża sa 30 minuta qabel.


      Toħodix jekk mintiex sa tiekol ikla prinċipali. Jekk titlef ikla, aqbeż id-doża ta’ Starlix u stenna sa l- ikla li jkun imissek.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Allavolja qed tieħu mediċini għad-dijabete huwa importanti li tkompli ssegwi d-dieta u/jew l- eżerċizzju li rrikkmandalek it-tabib.


      Ibla’ l-pilloli sħaħ ma’ tazza ilma.


      Jekk tieħu Starlix aktar milli suppost

      Jekk bi żball ħadt wisq pilloli, jew jekk xi ħadd ieħor jieħu l-pilloli tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-

      ispiżjar tiegħek immedjatament. Jaf tkun meħtieġa attenzjoni medika. Jekk ikollok sintomi ta’ livelli ta’ zokkor baxx fid-demm (imniżżel f’sezzjoni 4, “Effetti sekondarji li jista’ jkollu”), kull jew ixrob xi ħaġa li fiha z-zokkor.


      Jekk tħoss li ser ikollok attakk sever ta’ ipogliċemija (li jtelfek minn sensik jew aċċessjoni) sejjaħ għal għajnujna medika b’mod urġenti – jew kun żgur li ħaddieħor jagħmel dan għalik. Jekk ikollok bżonn tmur għand tabib jew l-isptar, ħu l-pakkett u dan il-fuljett miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Starlix

      Jekk tinsa tieħu pillola, ħu dik li jmiss qabel l-ikla li jmissek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Starlix

      Kompli ħu din il-mediċina sakemm it-tabib tiegħek idum jordnahielek biex tkompli tikkontrolla z-

      zokkor fid-demm tiegħek. Tieqafx tieħu Starlix sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx tagħmel dan.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-effetti sekondarji ikkawżati minn Starlix huma ġeneralment ħfief għal moderati.


    Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10):

    Dawn huma sintomi ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm (ipogliċemija), li huma ġeneralment ħfief. Dawn jinkludu:

    • għaraq

    • sturdament

    • rogħda

    • debbulizza

    • ġuħ

    • tħoss qalbek tħabbat malajr

    • għeja

    • tħossok ma tiflaħx (tqallih)


      Dawn is-sintomi jistgħu jkunu kkawżati minn nuqqas ta’ ikel jew doża għolja wisq ta’ medicini anti- dijabetiċi li qed tieħu. Jekk ikollok sintomi ta’ livell ta’ zokkor baxx fid-demm, kull u ixrob xi ħaġa li fiha z-zokkor.


      Effetti sekondarji oħrajn jistgħu jinkludu:

    • Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10): uġigħ addominali, indiġestjoni, dijarea, dardir

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100): rimettar

    • Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000): testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali bi ftit, reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) fosthom raxx u ħakk

    • Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000): raxx fil-ġilda bi nfafet li jaffettwaw ix-xofftejn, l-għajnejn u/jew il-ħalq, kultant b’uġigħ ta’ ras, deni u/jew dijarea


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi

    image

    xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi

    tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’

    din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Starlix


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Aħżen fil-pakkett oriġinali.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30C.

    M’għandekx tuża l-pakkett ta’ Starlix jekk tara li huwa danneġġat jew jidher li ġie imbagħbas. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Starlix

tablets) or yellow (120 mg tablets) iron oxide (E172).


Kif jidher Starlix u l-kontenut tal-pakkett

Starlix 60 mg pilloli miksijin b’rita huma roża, tondi b’“Starlix” immarkata fuq naħa u “60” fuq l- oħra.


Starlix 120 mg pilloli miksijin b’rita huma sofor, b’għamla ovali b’“Starlix” immarkata fuq naħa u “120” fuq l-oħra.


Starlix 180 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, b’għamla ovali b’“Starlix” immarkata fuq naħa u “180” fuq l-oħra.


Kull pakkett ta’ folji fih 12, 24, 30, 60, 84, 120 jew 360 pillola. Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Vista Building

Elm Park, Merrion Road Dublin 4

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

L-Irlanda


Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito 131 80058 Torre Annunziata (NA)

L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 976 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’