Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Incruse Ellipta (previously Incruse)
umeclidinium bromide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Incruse Ellipta55 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel

umeclidinium (umeclidinium bromide)


imageDan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Jekk taħseb li dan t’hawn fuq japplika għalik, tużax din il-mediċina sakemm tkun iċċekkjajt mat-tabib tiegħek.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża din il-mediċina:


Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li xi waħda minn dawn tapplika għalik.


Diffikultajiet immedjati biex tieħu n-nifs

Jekk ikollok tagħfis fis-sider, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs immedjatament wara li tuża l-inalatur Incruse Ellipta tiegħek:


Ieqaf uża din il-mediċina u fittex għajnuna medika minnufih, peress li jista’ jkollok kundizzjoni serja imsejħa bronkospażmu paradossali


Problemi fl-għajnejn matul kura b’Incruse Ellipta

Jekk ikollok uġigħ jew skumdità fl-għajnejn, tiċpir temporanju tal-vista, dbabar fil-vista jew immaġini kkuluriti b’rabta ma’ għajnejn ħomor waqt kura b’Incruse Ellipta:


Ieqaf uża din il-mediċina u fittex għajnuna medika minnufih, dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ attakk akut ta’ glawkoma b’angolu dejjaq.


Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal jew adolexxenti taħt it-18-il sena.


Mediċina oħra u Incruse Ellipta

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Jekk ikollok xi dubju dwar x’fiha l-mediċina tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


B’mod partikolari għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini oħrajn li jaġixxu fit-tul simili għal din il- mediċina għall-problemi fit-teħid tan-nifs eż. tiotropium. Tużax Incruse Ellipta flimkien ma’ dawn il- mediċini. Jekk ikollok xi dubju dwar x’fiha l-mediċina tiegħek, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib tiegħek qabel tuża din il-mediċina. Tużax din il-mediċina jekk inti tqila sakemm it-tabib tiegħek ma

jgħidlex speċifikament biex tagħmel dan.


Mhuwiex magħruf jekk is-sustanzi ta’ Incruse Ellipta jistgħux jgħaddu fil-ħalib tas-sider. Jekk qiegħda tredda, għandek tiċċekkja mat-tabib tiegħek qabel ma tużaIncruse Ellipta.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhuwiex probabbli li din il-mediċina taffettwalek il-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem magni.


Incruse Ellipta fih il-lattosju

Jekk ġejt mgħarraf/mgħarrfa mit-tabib tiegħek li għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tuża din il-mediċina.

  1. Kif għandek tuża Incruse Ellipta


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ inalazzjoni waħda kuljum, fl-istess ħin tal-ġurnata. Trid teħodha man-nifs darba kuljum biss minħabba li l-effett ta’ din il-mediċina jdum 24 siegħa.

    Tużax aktar milli t-tabib tiegħek jgħidlek tuża. Uża Incruse Ellipta regolarment

    Huwa importanti ħafna li tuża Incruse Ellipta kuljum, kif jgħidlek it-tabib tiegħek. Dan se jgħinek tibqa’

    ħieles/ħielsa mis-sintomi matul il-ġurnata u bil-lejl.


    Tużax din il-mediċina biex ittaffi attakk f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs jew tħarħir. Jekk jagħtik dan it-tip ta’ attakk għandek tuża inalatur li jtaffi li jaħdem malajr (bħal salbutamol).


    Kif għandek tuża l-inalatur

    Ara ‘Struzzjonijiet pass pass għall-użu’ f’dan il-fuljett għal informazzjoni dettaljata.


    Incruse Ellipta huwa intenzjonat biex jittieħed man-nifs. Biex tuża Incruse Ellipta, għandek tieħdu man-nifs ġol-pulmun tiegħek minn ġo ħalqek bl-użu tal-inalatur Ellipta.


    Jekk is-sintomi tiegħek ma jitjiebux

    Jekk is-sintomi tiegħek ta’ COPD (qtugħ ta’ nifs, tħarħir, sogħla) ma jitjiebux jew imorru għall-agħar, jew jekk qed tuża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr aktar ta’ spiss: ikkuntattja lit-tabib tiegħek mill-aktar fis possibbli.


    Jekk tuża Incruse Elliptaaktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tuża aktar minn din il-mediċina milli suppost, ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir minnufih, peress li jista' jkollok bżonn attenzjoni medika. Jekk possibbli, urihom l- inalatur, il-pakkett jew dan il-fuljett. Tista’ tinnota li qalbek tkun qed tħabbat b’mod aktar mgħaġġel mis- soltu, ikollok disturbi fil-vista jew ikollok ħalq xott.


    Jekk tinsa tuża Incruse Ellipta

    M’għandekx tiġbed man-nifs doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Kull ma għandek tagħmel hu li tiġbed man-nifs id-doża li jmissek fil-ħin tas-soltu.

    Jekk ikollok tħarħir jew taqta’ nifsek, uża l-inalatur tiegħek li jaħdem malajr (eż. salbutamol), imbagħad fittex parir mediku.


    Jekk tieqaf tuża Incruse Ellipta

    Uża din il-mediċina għat-tul ta’ żmien li jirrakkomandalek it-tabib tiegħek. Se jkun effettiv biss sakemm tkun qed tużah. Tiqafx sakemm it-tabib tiegħek ma jagħtikx parir biex tagħmel dan, anki jekk tħossok aħjar, peress li s-sintomi tiegħek jistgħu jaggravaw.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjonijiet allerġiċi

    Reazzjonijiet allerġiċi mhumiex komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna).

    Jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi li ġejjin wara li tieħu Incruse Ellipta, waqqaf l-użu ta’ din il-mediċina u għid lit-tabib tiegħek immedjatament:

    • ħakk

    • raxx tal-ġilda (ħorriqija) jew ħmura


      Effetti sekondarji komuni

      Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:

      • taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel

      • tweġġa’ biex tgħaddi l-awrina u tgħaddi l-awrina spiss (jistgħu jkunu sinjali ta’ infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina)

      • riħ komuni

      • infezzjoni fl-imnieħer u fil-gerżuma

      • sogħla

      • sensazzjoni ta’ pressjoni jew uġigħ fil-ħaddejn u fuq il-ġbin (jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni tas-sinus imsejħa sinusite)

      • uġigħ ta’ ras

      • stitikezza.


        Effetti sekondarji mhux komuni

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100:

      • taħbita irregolari tal-qalb

      • uġigħ fil-griżmejn

      • ħalq xott

      • raxx.

      • disturbi fit-togħma


        Effetti sekondarji rari

        Dawn jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000:

      • uġigħ fl-għajnejn


        Effetti sekondarji oħra

        Effetti sekondarji oħra seħħew f’għadd żgħir ħafna ta’ persuni iżda l-frekwenza eżatta tagħhom mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli):

        • Tnaqqis fil-vista jew uġigħ f’għajnejk minħabba pressjoni kbira għolja (sinjali possibbli ta’ glawkoma).

        • Vista mċajpra

        • Żieda fil-pressjoni mkejla fl-għajn

        • Diffikultà u uġigħ meta tgħaddi l-awrina – dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ostruzzjoni tal-bużżieqa tal- awrina jew ta’ żamma tal-awrina

        • Sturdament


          Rappurtar tal-effetti sekondarji

          image

          Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Incruse Ellipta


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, it-trej u l-inalatur wara ‘JIS’. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Żomm l-inalatur fit-trej issiġillat sabiex tilqa’ mill-umdità u neħħih biss immedjatament qabel l-ewwel użu. Ladarba t-trej jinfetaħ, l-inalatur jista’ jintuża sa 6 ġimgħat, mid-data tal-ftuħ tal-trej. Ikteb id-data meta l- inalatur għandu jintrema fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut. Id-data għandha tiżdied malli l-inalatur ikun tneħħa mit-trej.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Jekk maħżun fi friġġ, ħalli l-inalatur jiġi lura għat-temperatura tal-kamra għal mill-inqas siegħa qabel l-użu. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Incruse Ellipta

Is-sustanza attiva hija umeclidinium bromide.


Kull inalazzjoni waħdanija tipprovdi doża mogħtija (id-doża li toħroġ mill-biċċa tal-ħalq tal-inalatur) ta’ 55 mikrogramma ta’ umeclidinium (ekwivalenti għal 65 mikrogramma ta’ umeclidinium bromide).


Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 taħt ‘Incruse Ellipta fih lactose’) u magnesium stearate.


Kif jidher Incruse Ellipta u l-kontenut tal-pakkett

Incruse Ellipta huwa trab li jittieħed man-nifs, lest minn qabel.

L-inalatur Ellipta jikkonsisti minn korp tal-plastik griż, għatu aħdar ċar tal-biċċa tal-ħalq u counter tad-dożi. Jiġi ppakkjat fi trej tal-laminat tal-fojl b’għatu tal-fojl li jista’ jitneħħa. It-trej fih pakkett b’dessikant, biex inaqqas l-umdità fil-pakkett.


Is-sustanza attiva hija preżenti bħala trab abjad f’folja ġewwa l-inalatur. Kull inalatur fih jew 7 jew 30 doża. Pakketti multipli li fihom 90 (3 inalaturi x 30) doża huma disponibbli wkoll. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jitqiegħdu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


GlaxoSmithKline (Ireland) Limited 12 Riverwalk

Citywest Business Campus

Dublin 24 L- Irlanda


Manifattur

Glaxo Wellcome Production Zone Industrielle No.2,

23 Rue Lavoisier,

27000 Evreux, Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00

Lietuva

UAB “BERLIN-CHEMIE MENARINI BALTIC” Tel: +370 52 691 947

lt@berlin-chemie.com


България

Берлин-Хеми/А. Менарини България” EООД

Teл.: +359 2 454 0950

bcsofia@berlin-chemie.com

Luxembourg/Luxemburg GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v. Belgique/Belgien

Tél/Tel: + 32 (0) 10 85 52 00


Česká republika GlaxoSmithKline, s.r.o. Tel: + 420 222 001 111

cz.info@gsk.com

Magyarország

Berlin-Chemie/A. Menarini Kft.

Tel.: +36 23501301

bc-hu@berlin-chemie.com


Danmark

GlaxoSmithKline Pharma A/S Tlf: + 45 36 35 91 00

dk-info@gsk.com

Malta

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: +356 80065004


Deutschland

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

produkt.info@gsk.com

Nederland GlaxoSmithKline BV Tel: + 31 (0) 33 2081100


Eesti

OÜ Berlin-Chemie Menarini Eesti Tel: +372 667 5001

ee@berlin-chemie.com

Norge GlaxoSmithKline AS Tlf: + 47 22 70 20 00



Ελλάδα

Menarini Hellas A.E.

Τηλ: +30 210 83161 11-13

Österreich

GlaxoSmithKline Pharma GmbH Tel: + 43 (0)1 97075 0

at.info@gsk.com


España GlaxoSmithKline, S.A. Tel: + 34 900 202 700

es-ci@gsk.com

Polska

GSK Services Sp. z o.o. Tel.: + 48 (0)22 576 9000


France

Laboratoire GlaxoSmithKline Tél: + 33 (0)1 39 17 84 44

diam@gsk.com

Portugal

GlaxoSmithKline – Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: + 351 21 412 95 00

FI.PT@gsk.com


Hrvatska

Berlin-Chemie Menarini Hrvatska d.o.o.

Tel: +385 1 4821 361

office-croatia@berlin-chemie.com

România

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: +40 800672524


Ireland

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 353 (0)1 4955000

Slovenija

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 01 300 2160

slovenia@berlin-chemie.com

Ísland

Vistor hf.

Sími: + 354 535 7000

Slovenská republika

Berlin-Chemie / A. Menarini Distribution Slovakia s.r.o.

Tel: +421 2 544 30 730

slovakia@berlin-chemie.com


Italia

GlaxoSmithKline S.p.A. Tel: + 39 (0)45 7741111

Suomi/Finland GlaxoSmithKline Oy Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

Finland.tuoteinfo@gsk.com


Κύπρος

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Τηλ: +357 80070017

Sverige GlaxoSmithKline AB Tel: + 46 (0)8 638 93 00

info.produkt@gsk.com


Latvija

SIA Berlin-Chemie/Menarini Baltic Tel: +371 67103210

lv@berlin-chemie.com

United Kingdom (Northern Ireland) GlaxoSmithKline (Ireland) Limited Tel: + 44 (0)800 221441

customercontactuk@gsk.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.


Struzzjonijiet pass pass għall-użu


X’inhu l-inalatur?

L-ewwel darba li tuża Incruse Ellipta m'għandekx bżonn tiċċekkja li l-inalatur qed jaħdem sew; fih dożi lesti minn qabel u huwa lest biex jintuża minnufih.


Il-kartuna tal-inalatur Incruse Elliptatiegħek fiha


image

Għatu tat-trej



Inalatur

Kartuna


Dan il-fuljett


Dessikant


Trej

image

L-inalatur jiġi ppakkjat fi trej.Tiftaħx it-trej sakemm ma tkunx lest/a biex tibda tuża l-inalatur ġdid tiegħek. Meta tkun lest/a biex tuża l-inalatur tiegħek, iġbed lura l-għatu biex tiftaħ it-trej. It-trej fih pakkett ta’ dessikant, biex inaqqas l-umdità. Armi dan il-pakkett ta’ dessikant – tiftħux, tiklux u ixxommux.


Dessikant


Meta toħroġ l-inalatur mit-trej tiegħu, se jkun fil-pożizzjoni ‘magħluqa’. M’għandekx tiftaħ l-inalatur sakemm tkun lest/a biex tieħu doża tal-mediċina man-nifs. Meta t-trej jinfetaħ, ikteb id-data “Armi sa” fuq it-tikketta tal-inalatur fl-ispazju pprovdut. Id-data “Armi sa” hija 6 ġimgħat mid-data meta tkun ftaħt it- trej. Wara din id-data, l-inalatur ma għandux jintuża aktar. It-trej jista' jintrema wara li jinfetaħ l-ewwel darba.


L-istruzzjonijiet għall-użu Ellipta tal-inalatur provduti hawn taħt jistgħu jintużaw kemm għall-inalatur ta’ 30- doża (provvista ta’ 30 jum) jew għall-inalatur ta’ 7 dożi (provvista ta’ 7 ijiem).


  1. Aqra dan qabel tibda


    Jekk tiftaħ u tagħlaq l-għatu mingħajr ma tiġbed il-mediċina, id-doża tintilef.

    Id-doża mitlufa tinżamm b’mod sigur fl-inalatur, iżda ma tkunx aktar disponibbli.

    Mhuwiex possibbli li b’mod aċċidentali tieħu mediċina żejda jew doża doppja f’inalazzjoni waħda.


    L-Għatu



    Il-Counter


    Dan juri kemm dożi jitħallew fil-mediċina inalatur.


    Qabel ma jintuża l-inalatur turi eżattament 30 dożi.


    Kull darba li l-għatu jinfetaħ, il-counter jonqos b’1.


    Meta jkun hemm inqas minn 10 dożi nofs il- counter isir aħmar.


    Wara l-aħħar użu nofs il-counter jkun aħmar u juri n-numru 0. Issa l-inalatur ikun vojt.

    Kull darba li jinfetaħ, tipprepara do¿a tal- mediċina


    Jekk l-għatu jerġa’ jinfetaħ, il-counter isir minn nofsu aħmar, għal aħmar kollu.


    image

  2. Kif tipprepara doża


    Iftaħ l-għatu meta tkun lest biex tiġbed man-nifs id-doża tiegħek. Tħawwadx l-inalatur.

    image

    • Żerżaq l-għatu ’l isfel sakemm tisma “klikk”.


      Parti tal-ħalq


      Fetħa tal-arja


      Il-mediċina tiegħek issa hija lesta biex tinġibed man-nifs. Il-counter tad-dożi jonqos b’1 biex jikkonferma.

    • Jekk il-counter tad-dożi ma jonqosx ’l isfel malli tisma l-“klikk”, l-inalatur ma jagħtix il- mediċina.

      Ħudu lura għand l-ispiżjar tiegħek għal parir.


  3. Kif tiġbed il-mediċina tiegħek man-nifs


    • Waqt li żżomm l-inalatur ’il bogħod minn ħalqek, ħu nifs il-barra sakemm ikun komdu.

      Tiħux nifs ’il barra fl-inalatur.


    • Poġġi l-biċċa tal-ħalq bejn xofftejk, u għalaq xofftejk sew madwarha.


      image

    • Timblokkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk.


      Xofftejk jagħlqu fuq il-forma bil-kurvi tal- biċċa tal-ħalq biex tiġbed man-nifs. Timblokkax il-fetħa tal-arja b’subgħajk.


    • Iġbed nifs twil u sod fil-fond. Żomm dan in-nifs kemm tista’ (madwar 3-4 sekondi).


    • Neħħi l-inalatur minn ħalqek.


    • Ħu nifs ’il barra bil-mod.

      Għandek mnejn ma tkunx tista’ ttiegħem jew tħoss il-mediċina, anki meta tkun qed tuża l-inalatur sew. Jekk trid tnaddaf il-biċċa tal-ħalq, uża tissue xotta, qabel ma tagħlaq l-għatu.

  4. Agħlaq l-inalatur


image

Żerżaq l-għatu ’l fuq safejn jasal, biex tagħlaq il-biċċa tal-ħalq.