Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Kentera (previously Oxybutynin Nicobrand)
oxybutynin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Kentera 3.9 mg / 24 siegħa garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda

oxybutynin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti

għalik.


Kentera ma’ alkoħol

Oxybutynin jista’ jikkawża ħedla jew vista mċajpra. Il-ħedla tista’ tiżdied bil-konsum tal-alkoħol.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.


Kentera m’għandiex tintuża waqt it-tqala ħlief jekk verament meħtieġ.


Meta oxybutynin jintuża waqt it-treddigħ, ammont żgħir jiġi eliminat fil-ħalib tal-omm. Għaldaqstant,

l-użu ta’ oxybutynin waqt it-treddigħ mhuwiex rakkomandat.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Minħabba li Kentera jista’ jikkawża ħedla, ngħas jew vista mċajpra, il-pazjenti għandhom jingħataw parir biex joqogħdu attenti waqt is-sewqan jew waqt it-tħaddim ta’ magni.


  1. Kif gћandek tuża Kentera


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-

    ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Applika garża ġdida ta’ Kentera darbtejn fil-ġimgħa (kull 3 sa 4 ijiem) skont l-istruzzjonijiet għall-użu. Ibdel il-garża fl-istess jumejn kull ġimgħa, per eżempju, kull nhar ta’ Ħadd u l-Erbgħa, jew it-Tnejn u l- Ħamis.

    Fuq il-‘flap’ ta’ ġewwa tal-pakkett tiegħek ta’ Kentera, għandek issib stampata skeda b’kalendarju ta’ Kentera li se tgħinek biex tiftakar l-iskeda tad-dożaġġ tiegħek. Immarka l-iskeda li se ssegwi u ftakar dejjem biex tibdel il-garża tiegħek fl-istess jumejn tal-ġimgħa li għażilt fil-kalendarju tiegħek. Kun żgur li tagħmel ġarża waħda biss kull darba, u li jkollok il-garża f’postha l-ħin kollu, sakemm jasal iż-żmien biex tapplika waħda ġdida.


    Fejn tapplika l-garża

    Applika l-garża fuq erja ta’ ġilda nadifa, xotta u lixxa fuq żaqqek, il-ġenbejn jew il-warrani. Evita li tpoġġi l-garża fl-erja tal-qadd biex tevita li lbies issikkat jħokk mal-garża. Tpoġġix il-garża għax-xemx. Poġġi l- garża taħt l-ilbies tiegħek. Ibdel il-parti tal-ġisem fejn tpoġġi l-garża ma’ kull applikazzjoni ġdida.

    Tapplikax il-garża fl-istess post fuq ġismek għal mill-anqas ġimgħa.


    image


    Kif tapplika

    Kull garża hija issiġillata b’mod individwali f’qartas protettiv. Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni kollha

    hawn taħt qabel tibda tapplika Kentera.


    Biex tapplika Kentera


    Pass 1: Agħżel post għall-garża li:


    • Għadu kemm kien maħsul, iżda xott u frisk (stenna ftit minuti wara li tieħu banju jew doċċa sħuna).

    • M’għandu l-ebda terra, lozjoni, u żejt li jintuża fuq il-ġisem.

    • M’għandu l-ebda qatgħa, raxx jew xi irritazzjoni oħra tal-ġilda.


      Pass 2: Iftaħ il-qartas li fih il-garża.


    • Qatta’ u iftaħ mal-vleġeġ immarkati fuq in-naħa tal-lemin tal-qartas kif muri fit-tpinġija hawn taħt.

    • Taqtax il-qartas b’imqass, għax jista’ jagħmel ħsara lill-garża ta’ ġewwa.

    • Iġbed il-garża ’l barra.

    • Applika immedjatament fuq il-ġilda tiegħek; iżżommx jew taħżinx il-garża barra mill-qartas issiġillat.


      image


      Pass 3: Applika nofs il-garża fuq il-ġilda tiegħek.


      • Ilwi l-garża bil-mod u neħħi l-ewwel biċċa tal-kisja protettiva, li tgħatti l-wiċċ li jeħel tal-garża.

      • Mingħajr ma tmiss il-wiċċ li jeħel, agħfas il-garża bis-saħħa, bis-sustanza li teħel wiċċha ’l isfel, fuq

      il-parti taż-żaqq, tal-ġenbejn jew tal-warrani li għażilt għall-applikazzjoni.


      image


      Pass 4: Applika t-tieni nofs tal-garża fuq il-ġilda tiegħek.


    • Ilwi l-garża lura fuqha nfisha. Agħfas ’l isfel bis-saħħa fuq il-kisja.

    • Imbotta l-kisja ftit il-quddiem biex it-tarf jerħi.

    • Aqbad it-tarf li jkun reħa minn xi kantuniera minnhom u qaxxar it-tieni biċċa tal-kisja. Ipprova tmissx il-wiċċ tal-garża li jeħel.

    • Agħfas il-garża kollha bis-saħħa fuq il-ġilda tiegħek bil-ponot ta’ subgħajk. Agħfas għal mill-anqas 10 sekondi biex tkun żgur/a li l-garża toqgħod f’postha. Kun żgur/a li l-garża kollha kemm hi teħel mal-ġilda tiegħek, anki madwar it-truf.

    - Armi l-kisi protettiv.


    image


    Il-ħasil fil-banju, doċoċ, l-għawm u l-eżerċizzju

    Għandek tilbes kull garża l-ħin kollu sakemm tapplika waħda ġdida. Banjijiet, doċoċ, għawm u eżerċizzju m’għandhomx jaffettwaw lill-garża sakemm ma togħrokx il-garża waqt li tkun qed tinħasel. Evita li toqgħod f’banju sħun għall-perjodu ta’ ħin twil, għax dan jista’ jġiegħel li l-garża tinqala’.

    Jekk il-garża tinqala’

    Jekk il-garża tibda tinqala’ minn mal-ġilda, applika ftit pressjoni billi tuża l-ponot ta’ subgħajk. Il-garża hija magħmula biex terġa’ teħel. Rarament ħafna l-garża tinqala’ kompletament. Jekk jiġri dan, ipprova poġġi l-istess garża lura fl-istess post. Jekk din teħel sewwa minn kull naħa, ħalliha fuqek. Jekk le, neħħiha u poġġi garża ġdida f’parti tal-ġisem ġdid. Ma jimpurtax f’liema ġurnata jiġri dan, kompli bl- iskeda ta’ darbtejn fil-ġimgħa li immarkajt fuq il-kaxxa tal-garża.


    Jekk inti tinsa tibdel il-garża wara 3-4 ijiem

    Hekk kif tiftakar, neħħi l-garża l-qadima u applika waħda ġdida fuq parti ġdida fuq żaqqek, fuq il-ġenbejn jew fuq il-warrani. Ma jimpurtax f’liema ġurnata jiġri dan, kompli bl-istess skeda ta’ darbtejn fil-ġimgħa għall-garża li jmiss, anki jekk dan ifisser li jkollok tibdel il-garża l-ġdida qabel it-3 jew l-4 ijiem ikunu għaddew.


    Kif tneħħi


    Meta tkun qed tibdel il-garża, neħħi l-garża l-qadima bil-mod. Itwiha min-nofs (bin-naħat li jeħlu ma’ xulxin) u armiha fejn ma’ jsibuhiex it-tfal u l-annimali domestiċi. Ħmura ħafifa għandha mnejn tidher fil- parti tal-applikazzjoni. Din il-ħmura għandha tisparixxi wara diversi sigħat li titneħħa l-garża. Jekk l- irritazzjoni tippersisti, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.


    Billi taħsel bil-mod il-parti tal-applikazzjoni b’ilma sħun u sapuna ħafifa, għandek tneħħi xi sustanza li teħel li tibqa’ mal-ġilda tiegħek wara li l-garża titneħħa. Ammont żgħir ta’ żejt tat-trabi jista’ wkoll jintuża biex tneħħi xi fdalijiet żejda li jibqgħu. Ċrieki tal-kolla li jitħammġu jistgħu jeħtieġu garża b’sustanza medika li tneħħi l-adeżiv li tista’ tixtriha mingħand l-ispiżjar tiegħek. L-alkoħol jew solventi oħra qawwija jistgħu jikkawżaw irritazzjoni tal-ġilda u m’għandhomx jintużaw.


    Wara l-użu, l-garża jkun għad fiha kwantitajiet sostanzjali ta’ ingredjenti attivi. L-ingredjenti attivi tal- garża li jkun baqa’ jista’ jkollhom effetti li jagħmlu l-ħsara jekk jilħqu l-ambjent tal-ilma. Għalhekk, wara li titneħħa, il-garża użata għandha tintewa min-nofs, bin-naħa tal-kolla tħares ’il ġewwa sabiex il- membrana li terħi ma tkunx esposta, għandha titqiegħed fil-qartas oriġinali u wara tintrema mingħajr periklu fejn ma tintlaħaqx mit-tfal. Il-gareż użati jew li ma jintużawx għandhom jintremew skont kif jitolbu l-liġijiet lokali jew ikunu rritornati fl-ispiżerija. Il-gareż użati m’għandhomx jiġu ifflaxxjati fit- tojlit u lanqas imqiegħda f’sistemi ta’ rimi ta’ skart likwidu.


    Jekk tuża Kentera aktar milli suppost

    Tapplikax aktar minn garża waħda kull darba.


    Jekk tinsa tuża Kentera

    Applika garża ta’ Kentera malli tinduna li l-garża tiegħek hija nieqsa, jew li qbist jum skedat ta’

    applikazzjoni.


    Jekk tieqaf tuża Kentera

    L-inkontinenza impulsiva tiegħek tista’ terġa’ tiġi lura u jista’ jkollok żieda fil-frekwenza tal-awrina jekk tiddeċiedi li tieqaf tuża l-garża. Kompli uża Kentera sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tibqa’ tagħmel dan.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.

    Effett sekondarju komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

  3. Kif taħżen Kentera


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-qartas u fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta

    tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Tagħmlux fil-friġġ jew friża.

    Il-gareż użati għandhom jintlewew fi tnejn, in-naħa tal-adeżiv ’il ġewwa sabiex il-membrana li terħi ma tkunx esposta, jitpoġġew fil-qartas oriġinali u mbagħad jintremew b’mod sikur il-bogħod minn fejn jilħqu t-tfal. Kull garża użata jew mhux użata għandha tintrema skont ir-rekwiżiti lokali jew inkella għandha tintradd lura lill-ispiżerija. Garżi użati ma għandhomx jiġu flaxxjati fit-tojlits u lanqas ma għandhom jitpoġġew f’sistemi ta’ rimi ta’ skart likwidu.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Kentera


Kif jidher Kentera u l-kontenuti tal-pakkett

Kentera hija garża li tipprovdi mediċina li tgħaddu minn ġol-ġilda u hija ppakkjata f’kartun li fihom 2, 8, u

24 garża.

Kull garża tikkonsisti minn kisja rqiqa ta’ rinforż ċara b’sustanzi farmaċewtiċi miksija fuq il-wiċċ li fih il- kisja rqiqa ta’ rinforż protettiv . Il-kisja rqiqa ta’ rinforż għandha titneħħa qabel l-applikazzjoni tal-garża.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Teva B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Manifattur


Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren Il-Ġermanja


Teva Pharmaceuticals Europe B.V. Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203

България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373

Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400

Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117

Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 73140202

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400

Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590

Ελλάδα

Specifar A.B.E.E.

Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070

España

Laboratorios Gebro Pharma, S.A. Tel: +34 932058686

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300

France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550

Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524

Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390

Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900

Κύπρος

Specifar A.B.E.E.

Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100

Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Accord Healthcare Ireland Ltd. Ireland

Tel: +353 214619040


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’