Paġna ewlenija Paġna ewlenija

ImmunoGam
human hepatitis B immunoglobulin

awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


ImmunoGam 312 IU/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni

Immunoglobulina tal-Epatite B umana


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina.

ħ

30-100 IU/kg. L-għoti tal-immunoglobulina ta’ epatite B jista’ jkollha bżonn tiġi ripetuta sas- serokonverżjoni wara t-tilqima.


F’dawn is-sitwazzjonijiet kollha, it-tilqima kontra l-virus tal-epatite B hi rakkomandata bil-qawwa. L-ewwel doża tat-tilqima tista’ tiġi injettata fl-istess jum meta tingħata l-immunoglobulina tal-epatite B umana, iżda f’siti differenti.


li

F’persuni li ma wrewx rispons immuni (l-ebda antikorpi għal epatite B li jistgħu jitkejlu) wara t-tilqima, u li għalihom il-prevenzjoni kontinwa hi meħtieġa, l-għoti ta’ 500 IU lil adulti u 8 IU/kg lit-tfal kull xahrejn jista’ jiġi kkunsidrat; titre ta’ antikorp protettiv minimu hu kkunsidrat li hu 10 mIU/ml.


Għandha tingħata konsiderazzjoni wkoll lid-doża u lill-iskedi tad-doża għal immunoglobulina tal-epatite B umana biex tintuża ġol-muskoli, rakkomandata fi gwida uffiċjali oħra.


Kif Jingħata


ċ

ImmunoGam għandu jingħata ġol-muskoli.

Jekk volum kbir (>2 ml għat-tfal jew >5 ml għall-adulti) ikun meħtieġ, hu rakkomandat li tagħti dan l-ammont f’doża maqsuma f’siti differenti.


Meta tilqima fl-istess ħin tkun meħtieġa, l-immunoglobulina u t-tilqima għandhom jingħataw f’żewġ siti differenti.


Istruzzjonijiet għall-Użu, Immaniġġjar u Rimi


Prodott

ImmunoGam għandu jitħalla jilħaq it-temperatura tal-kamra (madwar 20°C sa 25°C) qabel l-użu


Is-soluzzjoni għandha tkun ċara jew ftit opalexxenti u bla kulur jew isfar ċar. Tużax soluzzjonijiet li jkunu mċajprin jew li jkollhom xi depożiti. Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal•prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.