Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cholestagel
colesevelam

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Cholestagel 625 mg pilloli miksija b’rita

Colesevelam


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

taħdem billi tnaqqas l-assorbiment tal-kolesterol mill-imsaren), bi jew mingħajr statin.


  1. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Cholestagel Tiħux Cholestagel

    - jekk inti allerġiku għal colesevelam jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati

    fis-sezzjoni 6).

    - jekk int għandek imblokk fl-imsaren jew fil-kanali tal-bila (tubi li minnhom tgħaddi l- bila)


    Jekk it-tabib jiktiblek riċetta għal Cholestagel u kwalunkwe mediċina oħra flimkien int trid taqra wkoll l-fuljett ta’ tagħrif tal-pazjent ta’ dik il-mediċina partikulari qabel ma tibda tieħu l-mediċina tiegħek.


    Twissijiet u prekawzjonijiet

    Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Cholestagel

    • jekk il-livelli tiegħek tat-trigliċeridi (xaħam tad-demm) huma ogħla minn 3.4 mmol/L

    • jekk int issibha bi tqila biex tibla’, jew għandek disturbi serji ta’ l-istonku jew l-imsaren.

    • jekk tbati mill-istitikezza, għax Cholestagel jista’ jikkaġuna jew iħarrax din il-kundizzjoni. Dan hu importanti speċjalment għal pazjenti b’mard koronarju tal-qalb u anġina pectoris.


      Jekk taħseb li waħda minn dawn jgħoddu għalik, int għandek tgħarraf lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Cholestagel.


      Qabel tibda terapija b’Cholestagel, it-tabib tiegħek għandu jiżgura li ċerti kondizzjonijiet ma jikkawżawx livelli għolja tal-kolesterol tiegħek. Dawn jinkludu dijabete li mhix ikkontrollata tajjeb, ipotirojdiżmu (livelli baxxi ta’ l-ormon tat-tirojde li bħalissa mhix qed tingħata kura għalih) mhux ikkurat, proteina fl-awrina (sindromu nefrotiku), bidla fil-livelli tal-proteina fid-demm (disproteinimja), u imblukkar tat-trasport tal-bila għall-bużżieqa tal-marrara tiegħek (mard li jinvolvi mblukkar fil-fwied)


      Tfal u adolexxenti

      Fit-tfal ( taħt l-età ta’ 18-il sena), is-sigurtà u l-effikaċja ma ġewx studjati. Għalhekk, l-użu ta’

      Cholestagel mhux irrakkomandat f’din il-popolazzjoni.


      Mediċini oħra u Cholestagel

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

      Jekk it-tabib tiegħek jissuspetta li Cholestagel għandu mnejn jaffetwa l-assorbiment tal-mediċini

        1. a, int għandek mnejn tingħata l-parir biex tieħu Cholestagel mill-inqas 4 sigħat qabel jew ta’ l- anqas 4 sigħat wara li tieħu l-mediċina l-oħra. Jekk ikollok bżonn tieħu mediċini oħrajn iktar minn darba kuljum, ftakar li l-pilloli tiegħek ta’ Cholestagel jistgħu jittieħdu darba kuljum.


          Cholestagel jista’jaffettwa l-mod kif jaħdmu dawn il-mediċini li ġejjin :

          • Terapija kontra l-koaġulazzjoni tad-demm (mediċini, bħal warfarin, li jintuża biex iraqqaq id-demm). Jekk qed tieħu terapija b’mediċini li jraqqu d-demm għandek tkellem lit-tabib tiegħek biex jimmonitorja mill-qrib il-livelli tal-antikoagulazzjoni, għax Cholestagel jista’ jaffettwa l-assorbiment ta’ vitamina K u għalhekk jinterferixxi mal-attività ta’ warfarin.

          • Terapija minnflok it-tirojde (mediċini bħal thyroxine jew levothyroxine li jintużaw biex jikkuraw livelli baxxi ta’ l-ormoni tat-tirojde).

          • Kontraċettivi mill-ħalq (mediċini li jipprevjenju t-tqala).

            Hu importanti li tieħu Cholestagel mill-inqas 4 sigħat wara li tieħu l-kontraċettiv orali kombinat biex taċċerta ruħek li l-effettività tal-kontraċettiv ma tkunx affettwata.

          • Verapamil jew olmesartan (mediċini li jintużaw biex tikkura l-pressjoni għolja tad- demm). Huwa importanti li tieħu olmesartan għall-inqas 4 sigħat qabel ma tieħu

            Cholestagel.

          • Mediċini kontra d-dijabete (mediċini użati fil-kura tad-dijabete, bħal pilloli ta’ metformin li jerħu l-mediċina b’mod imtawwal (ER), glimepiride, glipizide, pioglitazone, repaglinide jew glyburide).Jekk qed tieħu xi mediċini għad-dijabete,

            għandek titkellem mal-ispeċjalista tiegħek sabiex tiġi segwit bir-reqqa, Huwa importanti li

            tieħu glimepiride u glipizide għall-inqas 4 sigħat qabel ma tieħu Cholestagel.

          • Mediċini anti-epilettiċi (mediċini bħal phenytoin li jintużaw għall-kura ta’ l-epilessija).

          • Ciclosporin (mediċina li tintuża biex trażżan is-sistema immuni).

          • Ursodeoxycholic acid (mediċina li tintuża biex tħoll ġebel fil-marrara jew tikkura mard

      speċifiku kroniku tal-fwied).


      Jekk int qed tieħu Cholestagel u waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikun

      irid jagħmel testijiet biex jkun ċert li Cholestagel ma jinterferixxix ma’ dawn il-mediċini.


      Barra minn dan, jekk int għandek kwalunkwe kondizzjoni li tista tikkawża defiċjenza tal-vitamini A, D, E jew K, it-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jiċċekkja l-livelli tal-vitamini tiegħek perjodikament waqt li int qed tieħu Cholestagel. Jekk hemm bżonn, it-tabib tiegħek għandu mnejn jagħtik parir li għandek tieħu ammont miżjud ta’ vitamini.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Jekk tingħata riċetta għal Cholestagel flimkien ma’ statin, hu importanti li tgħid it-tabib tiegħek

      jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila, għax l-istatins m’għandhomx jintużaw waqt

      it-tqala; il-fuljett ta’ tagħrif tal-pazjent li jkun ma’ dak l-istatin partikulari għandu jiġi kkonsultat. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’. It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaf il-mediċina tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem il-magni ma tkunx affettwata meta tieħu l-pilloli Cholestagel.


  2. Kif gћandek tieћu Cholestagel


    Qabel ma tibda t-terapija b’Cholestagel, int suppost tingħata l-parir li toqgħod fuq dieta li tbaxxi

    l-kolesterol u għandek tkompli toqgħod fuq din id-dieta matul il-kura.


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Kif spjegajna f’Sezzjoni 2, jekk int ser tieħu xi mediċini oħra flimkien ma’ Cholestagel, hu possibbli lit-tabib tiegħek ser jagħtik il-parir li għandek tieħu Cholestagel mill-inqas 4 sigħat wara li tieħu mediċini oħra.

    Jekk tieħu mediċina msejħa jew Neoral® jew ciclosporin, jekk jogħġbok aċċerta ruħek li teħodha

    ma’ Cholestagel b’mod konsistenti matul il-jum; jew dejjem ma’ xulxin jew dejjem separati għal numru fiss ta’ sigħat.


    Għandek tieħu l-pilloli Cholestagel mal-ikel u likwidu. Għandek tibla’ l-pilloli sħaħ. Tkissirx, tfarrakx jew tomgħod il-pilloli.


    Terapija kombinata

    Id-doża rakkomandata ta’ Cholestagel, meta jintuża ma’ statin jew ezetimibe jew it-tnejn flimkien, hi ta’ 4 sa 6 pilloli kuljum meħuda mill-ħalq. It-tabib tiegħek jista’ jgħidlek biex tieħu d-doża ta’ Cholestagel jew darba kuljum jew darbtejn kuljum; fi kwalunkwe każ, Cholestagel għandu jittieħed mal-ikel. Id-doża ta’ statin u l-ezetimibe għandha tingħata skond l-istruzzjonijiet għal dik il-mediċina partikulari. Il-mediċini għandhom mnejn jingħataw flimkien jew f’ħinijiet separati skond ir-riċetta tat-tabib tiegħek.


    Monoterapija

    Id-doża rakkomandata ta’ Cholestagel hi ta’ 3 pilloli li jittieħdu darbtejn kuljum ma’ l-ikel jew 6 pilloli kuljum ma’ l-ikla. It-tabib tiegħek għandu mnejn iżidlek id-doża għal 7 pilloli kuljum.

    Jekk tieħu Cholestagel aktar milli suppost

    Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun li tkun stitiku jew tħossok minfuħ.


    Jekk tinsa tieħu Cholestagel

    Tista’ tieħu d-doża tiegħek mal-ikel iktar tard, iżda m’għandek qatt tieħu f’ġurnata iżjed min- numru totali ta’ pilloli li t-tabib tiegħek tak riċetta għalihom.


    Jekk tieqaf tieħu Cholestagel

    Il-kolesterol tiegħek għandu mnejn jiżdid għal-livell li kien qabel ma bdiet il-kura. Mhux mistenni

    li jkun hemm effetti oħra partikolari.


    Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  3. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati f’pazjenti li kienu qed jieħdu Cholestagel: Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10): gass, stitikezza. Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): rimettar, dijarea, indiġestjoni, uġigħ addominali, ippurgar anormali, tħossok imdardar, nefħa, uġigħ ta’ ras, livelli għolja ta’ triglycerides (xaħmijiet) fid-demm tiegħek.

    Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): uġigħ fil-muskoli, livelli għolja ta’ enzimi tal-fwied fid-demm tiegħek, diffikultà biex tibla’.

    Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000): infjammazzjoni tal-frixa.

    Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli): l-imblokkar tal-intestini (li tista’ tiżdied fost pazjenti b’passat mediku ta’ imblokkar tal-intestini jew ta’ tneħħija tal- intestini).


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  4. Kif taħżen Cholestagel


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-kartuna u t-tikketta tal-flixkun wara “JIS’’


    Żomm il-flixkun magħluq sewwa sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

  5. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Cholestagel

Il-qalba tal-pillola: Microcrystalline cellulose (E460) Silica colloidal anhydrous Magnesium stearate

Ilma ppurifikat


Kisja tar-rita:

Hypromellose (E464) Diacetylated monoglycerides


Linka tal-istampar:

Iron oxide black (E172) Hypromellose (E464) Propylene glycol


Kif jidher Cholestagel u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli Cholestagel huma ta’ lewn abjad jew abjad jagħti fil-griż, li għandhom forma ta’ kapsula, miksija b’rita, li għandhom stampat ‘C625’ fuq naħa waħda. Il-pilloli huma ppakkjati fi fliexken tal-plastik b’għotjien li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal. Id-daqsijiet tal-pakkett huma 24 (1 x 24), 100 (2 x 50) u 180 (1 x 180) pilloli. Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet tal-pakketti kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq CHEPLAPHARM Arzneimittel GmbH

Ziegelhof 24

17489 Greifswald Il-Ġermanja


Manifattur

Genzyme Ireland Ltd., IDA Industrial Park, Old Kilmeaden Road, Waterford, l-Irlanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.