Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Nevirapine Teva
nevirapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Nevirapine Teva 200 mg pilloli

nevirapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F'dan il-fuljett:

  1. X'inhu Nevirapine Teva u għal xiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Nevirapine Teva

  1. Kif għandek tieħu Nevirapine Teva

  2. Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen Nevirapine Teva

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Nevirapine Teva u gћalxiex jintuża


    Nevirapine Teva jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu antiretrovirali, użati fit-trattament ta’ infezzjonijiet ikkaġunati mill-Vajrus ta’ Immunodefiċjenza Umana (HIV-1).


    Is-sustanza attiva tal-mediċina tiegħek tissejjaħ nevirapine. Nevirapine jappartjeni għal kategorija ta’ mediċini li jaħdmu kontra l-HIV imsejħa non-nucleoside reverse transcriptase (NNRTIs). Reverse transcriptase hi enzima li l-HIV jeħtieġ biex jimmultiplika. Meta jwaqqaf reverse transcriptase milli jaħdem, Nevirapine Teva jgħin biex jikkontrolla l-infezzjoni ta’ HIV-1.


    Nevirapine Teva hu indikat għall-kura ta’ adulti, adolexxenti, u tfal ta’ kull età infettati bl-HIV-1. Inti għandek tieħu Nevirapine Teva flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra. It-tabib tiegħek ser jirrakomanda l-aħjar mediċini għalik.


    Jekk Nevirapine Teva ġie preskritt lit-tifel/tifla tiegħek, jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni kollha f’dan il-fuljett hi indirizzata għat-tifel/tifla tiegħek (jekk jogħġbok aqra “it-tifel/tifla tiegħek” minflok “inti”).


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Nevirapine Teva Tieħux Nevirapine Teva

    • jekk għandek allerġiku għal nevirapine jew xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

    • jekk kont tieħu Nevirapine Teva u kellek twaqqaf it-trattament minħabba li kien ikollok:

      • raxx tal-ġilda sever

      • raxx tal-ġilda u sintomi oħra bħal pereżempju

        • deni

        • infafet

        • postumetti

        • infjammazzjoni tal-għajnejn

        • nefħa fil-wiċċ

        • nefħa ġenerali

        • qtugħ ta’ nifs

        • uġigħ muskolari jew tal-ġogi

        • tħoss li ma’ tiflaħx b’mod ġenerali

        • uġigħ addominali

          • reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (allerġija)

          • infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

    • jekk għandek marda fil-fwied severa

    • jekk kellek twaqqaf il-kura b’nevirapine fil-passat minħabba bidliet fil-funzjoni tal-fwied tiegħek

    • jekk qed tieħu mediċina li fiha s-sustanza mill-ħxejjex ta’ St.John’s Wort (Hypericum perforatum). Din is-sustanza mill-ħxejjex tista’ timpedixxi ’l Nevirapine Teva milli jaħdem sew.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Nevirapine Teva

      image

      Fl-ewwel 18-il ġimgħa ta' kura b'Nevirapine Teva huwa importanti ħafna li inti u t-tabib tiegħek toqgħodu attenti ħafna sabiex jintgħarfu sinjali ta’ reazzjonijiet tal-fwied jew tal-ġilda. Dawn jistgħu jaggravaw u jkunu ta’ periklu għall-ħajja. L-akbar riskju għalik għal reazzjoni bħal din hu fl-ewwel 6 ġimgħat ta’ trattament.


      Jekk ikollok raxx sever jew sensittività eċċessiva (reazzjonijiet allerġiċi li jistgħu jidhru f’forma

      ta’ raxx) flimkien ma’ effetti sekondarji oħra bħal:

    • deni

    • nfafet

    • ġrieħi fil-ħalq

    • infjammazzjoni tal-għajnejn

    • nefħa fil-wiċċ

    • nefħa ġenerali

    • qtugħ ta’ nifs

    • uġigħ fil-muskoli jew fil-ġogi

    • tħoss li ma tiflaħx b’mod ġenerali

    • jew uġigħ ta’ żaqq

      GĦANDEK TIEQAF TIEĦU NEVIRAPINE TEVA U GĦANDEK TIKKUNTATTJA lit-tabib

      tiegħek MINNUFIH peress li reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja. Jekk qatt ikollok xi sintomi ħfief ta’ raxx mingħajr reazzjoni oħra jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih, li ser jagħtik parir jekk għandekx tieqaf tieħu Nevirapine Teva


      Jekk tħoss sintomi li jistgħu jissuġġerixxu ħsara fil-fwied, bħal

    • nuqqas t’aptit,

    • dardir,

    • remettar,

    • ġilda safranija (suffejra)

    • uġigħ ta’ żaqq

      għandek tieqaf tieħu Nevirapine Teva u għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


      Jekk tiżviluppa reazzjonijiet severi tal-fwied jew tal-ġilda, jew ta’ sensittività eċċessiva waqt li qed tieħu Nevirapine Teva, M’GĦANDEK QATT TIEĦU Nevirapine Teva darb’oħra mingħajr ma tirreferi lit-tabib tiegħek.

      Għandek tieħu d-doża ta’ Nevirapine Teva li kitiblek fuq ir-riċetta t-tabib tiegħek. Dan hu importanti speċjalment fl-ewwel 14-il jum ta’ kura (ara aktar informazzjoni f’”Kif għandek tieħu Nevirapine Teva”).


      Il-pazjenti li ġejjin jinsabu f’riskju ogħla li jiżviluppaw problemi tal-fwied:

    • nisa

    • persuni infettati b’epatite B jew Ċ

    • testijiet anormali ta’ kif qed jaħdem il-fwied

    • pazjenti inkonsapevoli mill-kura b’għadd ogħla ta’ ċelloli CD4 fil-bidu tat-terapija b’Nevirapine

      Teva (nisa aktar minn 250 ċellula/mm³, irġiel aktar minn 400 ċellula/mm³)

    • Pazjenti kkurati minn qabel b’ikkargar virali ta’ HIV-1 fil-plażma intraċċabbli u għadd ogħla ta’ CD4 fil-bidu tat-terapija b’nevirapine (nisa li għandhom aktar minn 250 ċellula/mm³, irġiel b’aktar minn 400 ċellula/mm3)


      F'xi pazjenti li għandhom infezzjoni avanzata ta' HIV (AIDS) u storja ta' reazzjonijiet opportunistiċi (mard assoċjat mal-AIDS), is-sinjali u s-sintomi ta' infjammazzjoni minn infezzjonijiet li kellhom qabel jistgħu jerġgħu jitfaċċaw wara li tinbeda mill-ġdid il-kura kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn

      is-sintomi huma dovuti għal titjib fis-sistema immunitarja tal-ġisem, li jippermetti lil ġisem jiġġieled l-infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta' infezzjoni, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek minnufih.


      Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta' infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew

      attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.


      Bidliet fid-distribuzzjoni tax-xaħam tal-ġisem jistgħu jseħħu f'pazjenti li jkunu fuq terapija antiretrovirali kkombinata. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tinduna f'xi bidliet fix-xaħam tal-ġisem tiegħek (ara sezzjoni 4, “Effetti sekondarji possibbli”).


      Xi pazjenti li qed jieħdu terapija antiretrovirali kkombinata jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li

      tissejjaħ osteonekrosi (mewt ta’ tessut tal-għadam li tiġi kkaġunata minn nuqqas ta’ ċirkolazzjoni

      tad-demm fl-għadam). It-tul tat-terapija antiretrovirali kkombinata, l-użu ta' kortikosterojdi, il-konsum ta' alkoħol, debbulezza tas-sistema immuni severa u indiċi ogħla fil-piż tal-ġisem, fost oħrajn, jistgħu jkunu xi wħud mill-ħafna fatturi li jippredisponu biex tiżviluppa din il-marda. Sinjali ta' osteonekrosi huma ebusija fil-ġogi, uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, l-irkoppa u l-ispallejn) u diffikultà biex tiċċaqlaq. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.


      Jekk qed tieħu nevirapine u zidovudine fl-istess ħin, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek għax jista' jkun li jkollu bżonn jiċċekkja ċ-ċelluli tad-demm bojod tiegħek.


      Tiħux Nevirapine Teva wara li tkun ġejt espost għall-HIV ħlief jekk tkun ġejt iddijanjostikat bl-HIV u ngħatajt parir biex tagħmel hekk mit-tabib tiegħek. Nevirapine Teva mhix kura għall-infezzjoni ta’ HIV. Għalhekk, jista’ jkun li int tkompli tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor assoċjat ma’ l- infezzjoni ta’ HIV. Għalhekk inti għandek tibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek. Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.


      Prednisone m’għandux jintuża biex jikkura raxx relatat ma’ Nevirapine Teva.


      Jekk qed tieħu kontraċettivi orali (eż. il-“pillola”) jew metodu oħra ta’ kontraċezzjoni ormonali waqt

      il-kura b’Nevirapine Teva, għandek tuża kontraċezzjoni li tostakola (eż. kondom) b’mod addizzjonali, sabiex tevita li toħroġ tqila u biex ma xxerridx aktar l-HIV.

      Jekk qed tirċievi terapija bl-ormoni ta’ wara l-menopawsa, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina.

      Jekk qed tieħu jew ingħatajt riċetta għal rifampicin biex tikkura t-tuberkulożi, jekk jogħġbok informa

      lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina ma’ Nevirapine Teva.


      Tfal u adolexxenti

      Il-pilloli Nevirapine jistgħu jittieħdu minn:

    • tfal li għandhom 16-il sena jew aktar

    • tfal taħt is-16-il sena li:

      • jiżnu 50 kg jew aktar

      • li għandhom erja superfiċjali ’l fuq minn 1.25 metri kwadri.


        Għal tfal taħt 16-il sena li jiżnu anqas minn 50 kg jew li erja tas-superfiċje tal-ġisem hija taħt 1.25 m2

        hemm disponibbli u għandhom jintużaw kif xieraq formulazzjonijiet orali oħra li fihom nevirapine.


        Mediċini oħra u Nevirapine Teva


        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċina oħra. Informa lit-tabib dwar kull mediċina oħra li tkun qed tieħu qabel ma tibda tieħu Nevirapine Teva. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jissorvelja jekk il-mediċini l-oħra tiegħek humiex jaħdmu u sabiex jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa tad-doża. Aqra sew il-fuljett ta’ tagħrif tal-prodotti mediċinali l-oħra kollha tal-HIV li inti qed tieħu flimkien ma’ Nevirapine Teva.


        Huwa partikolarment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew riċentement ħadt:


    • St John’s Wort (Hypericum perforatum, mediċina li tikkura d-dipressjoni)

    • rifampicin (mediċina li tikkura t-tuberkolosi)

    • rifabutin (mediċina li tikkura t-tuberkolosi)

    • makrolidi (eż. clarithromycin) (mediċina li tikkura l-infezzjonijiet batteriċi)

    • fluconazole (mediċina kontra l-infezzjonijiet fungali)

    • ketoconazole (mediċina li tikkura l-infezzjonijiet fungali)

    • itraconazole (mediċina li tikkura l-infezzjonijiet fungali)

    • methadone (mediċina użata biex tikkura ’l persuni viżjati bil-loppji)

    • warfarin (mediċina li tnaqqas li jsiru emboli tad-demm)

    • kontraċettivi ormonali (eż. il-“pill”)

    • atazanavir (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • lopinavir/ritonavir (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • fosamprenavir (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • efavirenz (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • etravirine (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • rilpivirine (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • delavirdine (mediċina oħra li tikkura l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • zidovudine (mediċina oħra għall-kura ta’ infezzjoni bl-HIV)

    • boceprevir (mediċina li tikkura l-epatite Ċ)

    • telaprevir (mediċina li tikkura l-epatite Ċ)

    • elvitegravir/cobicistat (mediċina oħra li tikkura infezzjoni bl-HIV)


      It-tabib tiegħek ser jissorvelja mill-qrib l-effett ta’ Nevirapine Teva u kwalunkwe wieħed minn dawn

      il-mediċini jekk qed teħodhom flimkien.


      Jekk qed ikollok dijaliżi tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jikkonsidra li jaġġusta d-doża ta’ Nevirapine Teva. Dan peress li Nevirapine Teva jista’ jiġi eliminat mid-demm tiegħek bid-dijalizi.


      Nevirapine Teva ma’ ikel u xorb:


      M'hemm l-ebda restrizzjoni fuq it-teħid ta' pilloli Nevirapine Teva ma' l-ikel u x-xorb.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Għandek tieqaf tredda’ jekk qed tieħu l-pilloli Nevirapine Teva. Ġeneralment m’għandekx tredda’ jekk int infettata b’HIV għax hu possibbli li t-tarbija tiegħek tista’ tiġi infettata b’HIV permezz tal- ħalib tas-sider.


      Sewqan u tħaddim ta' magni


      Tista’ tħossok għajjien meta tieħu Nevirapine Teva. Uża l-kawtela meta tipparteċipa f’attivitajiet bħal sewqan, u l-użu ta’ kwalunkwe għodda jew magni. Jekk tħossok għajjien, għandek tevita xogħol potenzjalment perikoluż bħal sewqan jew li tuża kwalunkwe għodda jew magni.


      Nevirapine Teva fih il-lactose u sodium

      Din il-mediċina fiha lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif gћandek tieћu Nevirapine Teva


    Inti qatt m’għandek tieħu Nevirapine Teva waħdu. Dejjem għandek tieħdu mill-anqas ma’ żewġ mediċini antiretrovirali oħra. It-tabib tiegħek ser jirrakomanda l-aħjar mediċini għalik.


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Doża:


    image

    Id-doża li tingħata hija ta’ pillola waħda ta' 200 mg kuljum għall-ewwel 14-il jum ta' trattament (perjodu “inizjali”). Wara 14-il jum, id-doża rakkomandata hi ta’ pillola waħda ta’ 200 mg darbtejn kuljum.


    Huwa importanti ħafna li tieħu pillola waħda ta’ Nevirapine Teva kuljum għall-ewwel 14-il jum (il- perjodu ‘inizjali’). Jekk ikollok xi raxx f’dan il-perijodu, iżżidx id-doża imma kkonsulta t-tabib tiegħek.


    Il-perijodu “inizjali” ta’ 14-il jum intwera li jnaqqas ir-riskju ta’ raxx fuq il-ġilda.


    Peress li Nevirapine Teva għandu dejjem jittieħed ma’ mediċini antiretrovirali oħra tal-HIV, inti għandek issegwi l-istruzzjonijiet għal mediċini l-oħra b’attenzjoni. Dawn huma mogħtija fil-fuljetti ta’ tagħrif għal dawk il-mediċini.


    Għandek tibqa' tieħu l-pilloli Nevirapine Teva sakemm ikun qallek it-tabib tiegħek.


    Kif spjegat fit-taqsima ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’, hawn fuq, it-tabib tiegħek għandu jissorvelja t- testijiet tal-fwied tiegħek jew jara għal xi effetti mhux mixtieqa bħal raxx. Skond ir-riżultati, it-tabib tiegħek jista' jiddeċiedi jekk għandux iwaqqaf il-kura tiegħek ta’ Nevirapine Teva. It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jibdiek mill-ġdid fuq doża aktar baxxa.


    Il-pilloli Nevirapine Teva jittieħdu mill-ħalq biss. Tomgħodhomx il-pilloli. Tista' tieħu Nevirapine

    Teva mal-ikel jew waħedhom.

    Jekk tieħu aktar Nevirapine Teva milli suppost għandek:


    M'għandekx taqbeż id-doża li t-tabib tiegħek ikun kitiblek u mfissra f'dan il-fuljett. Attwalment, hemm biss ftit tagħrif fuq l-effetti ta' doża eċċessiva b'Nevirapine Teva. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk tieħu aktar Nevirapine Teva milli suppost.


    Jekk tinsa tieħu Nevirapine Teva


    Ipprova tinsiex milli tieħu xi doża. Jekk tinduna li ma ħadtx d-doża li suppost ħadt fi żmien 8 sigħat minn meta suppost ħadtha, ħu d-doża li tkun insejt tieħu kemm jista’ jkun malajr. Jekk ikunu għaddew iktar minn 8 sigħat mill-ħin li fih suppost ħadt id-doża, ħu biss id-doża li jmissek tieħu fil-ħin skedat.


    Jekk tieqaf tieħu Nevirapine Teva:

    Intwera li jekk tieħu d-dożi kollha fil-ħinijiet xierqa:

    • tiżdied l-effettività tal-kombinazzjoni ta’ mediċini antiretrovirali tiegħek.

    • tnaqqas iċ-ċansijiet li l-infezzjoni tal-HIV tiegħek ssir reżistenti għal mediċini antiretrovirali. Huwa importanti li tkompli tieħu Nevirapine Teva b'mod korrett, kif imfisser hawn fuq, sakemm it- tabib tiegħek ma jagħtikx struzzjonijiet biex tieqaf.


      Jekk tieqaf tieħu Nevirapine Teva għal aktar minn sebat ijiem it-tabib tiegħek għandu jagħtik parir biex tibda bil-perijodu ta' 14-il jum 'tal-bidu' (mfissra hawn fuq) mill-ġdid, qabel tibda bid-doża ta' żewġ pilloli kuljum.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Matul terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan hu parzjalment marbuta ma’ saħħa li terġa’ lura għan-normal u l-istil tal-ħajja, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm, xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestjak għal dawn it- tibdiliet.


    Kif imsemmi fit-taqsima ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’hawn fuq, l-effetti sekondarji l-aktar importanti ta’ Nevirapine Teva huma reazzjonijiet tal-ġilda u ħsara fil-fwied li jistgħu jkunu severi u ta’ periklu għal ħajja. Dawn ir-reazzjonijiet iseħħu prinċipalment fl-ewwel 18-il ġimgħa ta' kura b'Nevirapine Teva. Huwa għalhekk perijodu importanti li jinħtieġ monitoraġġ mill-qrib mit-tabib tiegħek.


    Jekk tosserva xi sintomi ta’ raxx, informa lit-tabib tiegħek minnufih.


    Meta jiżviluppa r-raxx dan hu normalment minn ħafif sa moderat. Madankollu, f'xi pazjenti raxx li jidher bħala nfafet fuq il-ġilda jista' jkun serju u ta' periklu għal ħajja (sindromu ta' Stevens-Johnson u nekroliżi epidermali tossika) u kien hemm anke imwiet li ġew irreġistrati. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kemm ta' raxx serju u raxx ħafif/moderat jseħħu fl-ewwel sitt ġimgħat ta' kura.


    Jekk tinnota xi sintomi ta' raxx u tħossok ukoll ma tiflaħx, għandek twaqqaf it-kura u żżur lit-tabib minnufih.


    Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva (allerġiji) jistgħu jseħħu. Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jidhru fil- forma ta' anafilassi (forma ta’ reazzjoni allerġika severa) b’sintomi bħal:

    • raxx

    • nefħa fil-wiċċ

    • diffikutà biex tieħu n-nifs (spażmu bronkjali)

    • xokk anafilattiku

      Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva jistgħu jseħħu wkoll bħala raxx ma’ effetti sekondarji oħra bħal:

    • deni

    • infafet fuq il-ġilda

    • pustumetti

    • infjammazzjoni tal-għajnejn

    • nefħa tal-wiċċ

    • nefħa ġenerali

    • qtugħ ta’ nifs

    • uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi

    • tnaqqis fl-għadd ta' ċelluli bojod tad-demm (granuloċitopenija)

    • wieħed iħossu marid b'mod ġenerali

    • problemi serji bil-fwied jew kliewi (insuffiċjenza tal-fwied jew tal-kliewi).


      Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi raxx jew xi effett kollaterali ieħor ta' reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (allerġija). Reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta' periklu għal ħajja.


      Funzjoni anormali tal-fwied ġiet irrapportata bit-teħid ta' Nevirapine Teva. Din tinkludi xi każijiet ta' infjammazzjoni tal-fwied (epatite), li tista’ tkun f’daqqa u intensa (epatite fulminanti) u insuffiċjenza tal-fwied li t-tnejn li huma jistgħu jkunu fatali.


      Għarraf lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi wieħed mis-sintomi kliniċi li ġejjin ta’ ħsara fil-fwied:

    • nuaqqas t’aptit

    • tħossok ma tiflaħx (tqalligħ)

    • rimettar

    • ġilda safra (suffejra)

    • uġigħ addominali


      L-effetti sekondarji deskritti hawn taħt inħassu minn pazjenti li ngħataw neviparine:


      Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni

    • raxx


      Komuni: jistgħujaffettwawsa1minnkull10persuni

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod (granuloċitopenija)

    • reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva)

    • uġigħ ta’ ras

    • tħossok ma tiflaħx (nawsea)

    • remettar

    • uġigħ ta’ żaqq

    • ippurgar maħlul (dijarea)

    • infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

    • tħossok għajjien (għeja kbira)

    • deni

    • testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna

    • reazzjoni allerġika kkaraterizzata b’raxx, nefħa tal-wiċċ, diffikultà biex tieħu n-nifs (spażmu bronkjal)i jew xokk anafilattiku

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija)

    • ġilda safranija (suffejra)

    • raxxijiet severi u li jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja (is-sindromu ta’ Stevens Johnson/nekrolisi epidermali tossika)

    • ħorriqija (urtikarja)

    • fluwidu taħt il-ġilda (anġjoedema)

    • uġigħ fil-ġogi (artralġja)

    • uġigħ fil-muskoli (mijalġja)

    • tnaqqis tal-phosphorus fid-demm

    • żieda fil-pressjoni tad-demm


      Rari: jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna

    • infjammazzjoni tal-fwied f’daqqa u intensa (epatite fulminanti)

    • reazzjoni minħabba l-mediċina b’sintomi sistemiċi (reazzjoni minħabba l-mediċina b’eosinofilija u sintomi sistemiċi)


      Il-każijiet li ġejjin ġew rapportati wkoll meta Nevirapine Teva ġie użat f'kombinazzjoni ma' mediċini

      antiretrovirali oħrajn:

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli l-ħomor tad-demm jew plejtlets

    • infjammazzjoni tal-frixa

    • tnaqqis jew sensazzjonijiet anoramli tal-ġilda.


      Dawn il-każijiet huma assoċjati b’mod komuni ma’ mediċini anti-retrovirali oħrajn u jista' jkun li jseħħu meta Nevirapine Teva jiġi użat flimkien ma' mediċini oħra; madankollu huwa x'aktarx improbabbli li dawn il-każijiet iseħħu minħabba kura b’Nevirapine Teva.


      Effetti sekondarji addizzjonali fit-tfal u l-adolexxenti

      Jista’ jkun hemm tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm (granuloċitopenija), li hu aktar komuni fit-tfal. Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija) li jista’ jkun relatat ma’ kura b’ nevirapine, huwa wkoll osservat aktar spiss fit-tfal. Bħal fil-każ ta’ sintomi tar-raxx, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih b’xi effetti sekondarji.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

      permezztas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

      sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Nevirapine Teva


Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara “EXP”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.


Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.


Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent


6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Nevirapine Teva:


Id-dehra ta’ Nevirapine Teva u d-daqs tal-pakkett:

Pilloli bojod, ovali, u mżaqqa fuq iż-żewġ naħat. Fuq naħa minnhom hemm intaljat “N”, sinjal imnaqqax u “200”. In-naħa l-oħra għandha sinjal imnaqqax. Is-sinjal imnaqqax qiegħed hemm biex il- pillola tinqasam faċilment u tkun tista’ tiblagħha aħjar u mhux biex tinqasam f’dożi indaqs.


Il-pilloli Nevirapine Teva jiġu f’folji, b’14 (Pakkett bil-kalendarju), 60 jew 120 pillola f’kull kartuna. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Teva B.V. Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifattur:


TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen,

L-Ungerija


Pharmachemie B.V. Swensweg 5,

Postbus 552,

2003 RN 2031 GA Haarlem

L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali

tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД

Teл: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Belgique/Belgien

Tél/Tel: +32 38207373


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland

L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400

Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar A.B.E.E. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos,

Lda.

Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf.

Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l.

Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar A.B.E.E.

Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland

Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f'{data}


/.