Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ameluz
5-aminolevulinic acid hydrochloride

Fuljett ta’tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ameluz 78 mg/g ġel

5-aminolaevulinic acid


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Il-leżjonijiet ikkurati għandhom jiġu evalwati 3 xhur wara l-trattament. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi kemm irrispondiet tajjeb kull leżjoni fil-ġilda, u t-trattament jista’ jkun li jkollu jerġa’ jiġi ripetut f’dan iż-żmien.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. L-effetti sekondarji fis-sit fejn jiġi applikat iseħħu f’madwar 9 minn kull 10 utenti u jindikaw li ċ-ċelloli affettwati qed jirrispondu għall-kura.


    Ġeneralment, l-effetti sekondarji huma ta’ intensità ħafifa jew moderata, normalment iseħħu waqt it- tidwil jew jum 1 sa 4 ijiem wara. Madankollu f’xi każi dawn jistgħu jippersistu minn ġimgħa sa ġimagħtejn jew saħansitra iktar. F’xi każi rari jista’ jkun hemm bżonn tal-interruzzjoni jew tal-waqfien tat-tidwil. Wara aktar perjodi ta’ żmien estiżi, il-kura b’Ameluz ta’ spiss tirriżulta f’titjib kontinwu tal- parametri tal-kwalità tal-ġilda.


    L-effetti sekondarji elenkati hawn taħt ġew irrappurtati waqt l-użu ta’ Ameluz ma’ lampa li tagħti dawl aħmar. L-istudju ta’ Ameluz bl-użu ta’ dawl tax-xemx wera tipi simili ta’ effetti sekondarji; madankollu, b’intensità aktar baxxa. Ċerti reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni kienu osservati qabel l- użu tad-dawl.


    Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10

    • reazzjonijiet fuq is-sit tal-applikazzjoni

      • ħmura fil-ġilda

      • uġigħ (li jinkludi ħruq)

      • irritazzjoni

      • ħakk

      • nefħa fit-tessut ikkawżata minn fluwidu eċċessiv

      • skorċa

      • tqaxxir tal-ġilda

      • twebbis

      • sensazzjoni mhux normali bħal tingiż, tirżiħ jew tnemnim


        Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

    • reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni

      • vexxikuli

      • tnixxija ta’ materja

      • brix

      • reazzjoni oħra

      • skumdità

      • żieda fis-sensittività għall-uġigħ

      • fsada

      • sħana

    • uġigħ ta’ ras


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

    • reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni

      • bidla fil-kulur

      • ponot

      • ulċera

      • nefħa

      • infjammazzjoni

      • ekżema bl-infafet

      • reazzjoni allerġika1

    • infafet

    • ġilda xotta

    • nefħa f’tebqet il-għajn ikkawżata minn fluwidu żejjed, vista mċajpra jew indeboliment tal-vista

    • sens ta’ ħass mhux pjaċevoli, anormali

    • tertir ta’ bard

    • sħana, deni, fawra ta’ sħana

    • telf temporanju tal-memorja1

    • uġigħ

    • nervożiżmu

    • tnixxija tal-ferita

    • għeja

    • raxx, tikek ħomor jew vjola fuq il-ġisem

    • ulċera

    • nefħa

    • tiġbid fil-ġilda

    1 Dejta minn wara t-tqegħid fis-suq


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju kelllem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhumiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  2. Kif taħżen Ameluz


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tubu u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C).

    Żomm it-tubu magħluq sewwa wara l-ewwel ftuħ. Armi t-tubi 12 ġimgħat wara li jkun infetaħ. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Ameluz

disodium phosphate dihydrate, isopropyl alcohol, polysorbate 80, propylene glycol, ilma ppurifikat, sodium benzoate (E211), sodium dihydrogen phosphate dihydrate, soybean phosphatidylcholine, triglycerides medium-chain, xanthan gum. Ara sezzjoni 2.


Kif jidher Ameluz u l-kontenut tal-pakkett

Ameluz hu ġel abjad fl-isfar.

Kull kartuna fiha tubu tal-aluminju wieħed b’2 g ġel magħluq b’tapp bil-kamin tal-polyethylene.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Biofrontera Bioscience GmbH Hemmelrather Weg 201

51377 Leverkusen, Il-Ġermanja

Tel: +49 214 87632 66, Fax: +49 214 87632 90

E-mail: ameluz@biofrontera.com


L-Manifattur

Biofrontera Pharma GmbH Hemmelrather Weg 201

51377 Leverkusen, Il-Ġermanja

Tel: +49 214 87632 66, Fax: +49 214 87632 90

E-mail: ameluz@biofrontera.com


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Biofrontera Pharma GmbH Duitsland / Allemagne / Deutschland Tél/Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com

Ελλάδα

Biofrontera Pharma GmbH Γερμανία

Τηλ: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


България

Biofrontera Pharma GmbH Германия

Teл.: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Česká republika Biofrontera Pharma GmbH Německo

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Danmark Galenica AB Sverige

Tlf: +46 40 32 10 95

info@galenica.se


Deutschland

Biofrontera Pharma GmbH Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Eesti

Biofrontera Pharma GmbH Saksamaa

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com

España

Biofrontera Pharma GmbH sucursal en España Tel: 900 974943

ameluz-es@biofrontera.com


France

Biofrontera Pharma GmbH Allemagne

Tél: 0800 904642

ameluz-fr@biofrontera.com


Hrvatska

Biofrontera Pharma GmbH Njemačka

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Ireland

Biofrontera Pharma GmbH Germany

Tel: +49 214 87632 66

image

ameluz@biofrontera.com


Ísland Galenica AB Svíþjóð

Sími: +46 40 32 10 95

image

info@galenica.se

Italia

Biofrontera Pharma GmbH Germania

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Κύπρος

Biofrontera Pharma GmbH Γερμανία

Τηλ: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Latvija

Biofrontera Pharma GmbH Vācija

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Lietuva

Biofrontera Pharma GmbH Vokietija

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Luxembourg/Luxemburg Biofrontera Pharma GmbH Allemagne / Deutschland Tél/Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Magyarország Biofrontera Pharma GmbH Németország

Tel.: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Malta

Biofrontera Pharma GmbH Il-Ġermanja

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Nederland

Biofrontera Pharma GmbH Duitsland

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Norge Galenica AB Sverige

Tlf: +46 40 32 10 95

info@galenica.se

Österreich

Pelpharma Handels GmbH Tel: +43 2273 70 080

ameluz@pelpharma.at


Polska

medac GmbH Sp. z o.o. Oddział w Polsce

Tel.: +48 (0)22 430 00 30

image

kontakt@medac.pl


Portugal

Biofrontera Pharma GmbH Alemanha

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


România

Biofrontera Pharma GmbH Germania

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Slovenija

Biofrontera Pharma GmbH Nemčija

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Slovenská republika Biofrontera Pharma GmbH Nemecko

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Suomi/Finland Galenica AB Ruotsi

Puh/Tel: +46 40 32 10 95

info@galenica.se


Sverige

Galenica AB

Tfn: +46 40 32 10 95

image

info@galenica.se


United Kingdom (Northern Ireland)

Biofrontera Pharma GmbH Germany

Tel: +49 214 87632 66

ameluz@biofrontera.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

https://www.ema.europa.eu.