Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NovoEight
turoctocog alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NovoEight 250 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoEight 500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoEight 1000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoEight 1500 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoEight 2000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni NovoEight 3000 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni


turoctocog alfa (fattur VIII tal-koagulazzjoni tal-bniedem (rDNA))


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu NovoEight u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoEight

  3. Kif għandek tuża NovoEight

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen NovoEight

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu NovoEight u għalxiex jintuża


    NovoEight fih is-sustanza attiva turoctocog alfa, fattur VIII tal-koagulazzjoni tal-bniedem. Il-fattur VIII huwa proteina li tinstab b’mod naturali fid-demm biex jgħinu jagħqad.


    NovoEight jintuża biex jikkura u jipprevjeni episodji ta’ ħruġ ta’ demm f’pazjenti b’emofilja A (defiċjenza

    tal-fattur VIII mit-twelid) u jista’ jintuża f’kull grupp t’età.


    F’pazjenti b’emofilja A, il-fattur VIII ikun nieqes jew ma jkunx qed jaħdem sewwa. NovoEight jissostitwixxi dan il-‘fattur VIII’ li ma jkunx qed jaħdem sewwa jew ikun nieqes u jgħin id-demm biex jagħqad minn fejn ikun ħiereġ.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża NovoEight Tużax NovoEight:

    • jekk inti allerġiku għas-sustanza attiva jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)

    • jekk inti allerġiku għall-proteini tal-ħamster.


      Tużax NovoEight jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk għandek xi dubju, kellem lit- tabib tieħek qabel tuża din il-mediċina.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża NovoEight


      Hemm ċans rari li inti jista’ jkollok reazzjoni anafilattika (reazzjoni allerġika qawwija f’daqqa) għal

      NovoEight. Sinjali bikrija ta’ reazzjonijiet allerġiċi huma raxx, ħorriqija, feriti, ħakk mifrux, nefħa fix- xofftejn u fl-ilsien, tbatija biex tieħu n-nifs, tħarħir, tagħfis fis-sider, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali, u sturdament.


      Jekk iseħħ xi wieħed minn dawn is-sintomi, waqqaf l-injezzjoni immedjatament u kkuntattja lit-tabib tiegħek.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti taħseb li l-ħruġ ta’ demm tiegħek mhuwiex qed jiġi kkontrollat bid-doża li qed tingħata, minħabba li jista’ jkun hemm diversi raġunijiet għal dan. Xi persuni li jkunu qed jużaw din il- mediċina jistgħu jiżviluppaw antikorpi għall-fattur VIII (magħrufa wkoll bħala inibituri tal-fattur VIII). Inibituri tal-fattur VIII jagħmlu NovoEight inqas effettiv biex jipprevjeni u jikkontrolla l-ħruġ tad-demm. Jekk dan jiġri inti jista’ jkollok bżonn doża ta’ NovoEigħt ogħla jew ikollok bżonn mediċina differenti biex tikkontrolla l-ħruġ tad-demm. Iżżidx id-doża totali ta’ NovoEight biex tikkontrolla l-ħruġ ta’ demm tiegħek mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti kont diġà ġejt ikkurat/a bi prodotti tal-fattur VIII, speċjalment jekk kont żviluppajt inibituri, minħabba li hemm riskju akbar li dan jerġa’ jiġri.


      L-iżvilupp ta’ inibituri (antikorpi) hija komplikazzjoni magħrufa li tista’ sseħħ waqt it-trattament bil- mediċini kollha ta’ Fattur VIII. Dawn l-inibituri, speċjalment f’livelli għoljin, ma jħallux it-trattament jaħdem tajjeb u inti jew it-tifel/tifla tiegħek se tiġu segwiti mill-viċin għall-iżvilupp ta’ dawn l-inibituri. Jekk id-demm tiegħek jew tat-tifel/tifla tiegħek mhuwiex ikkontrollat tajjeb b’NovoEight, kellem minnufih lit- tabib tiegħek.


      Mediċni oħra u NovoEight

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat- tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      NovoEight m’għandu l-ebda influwenza fuq il-ħila tiegħek li ssuq u tħaddem magni.


      NovoEight fih sodium

      Din il-mediċina fiha 30.5 mg sodium (komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir/ta’ fuq il-mejda) f’kull kunjett rikostitwit. Dan huwa ekwivalenti għal 1.5% tal-ammont massimu rrakkomandat ta’ sodium li jista’ jittieħed mid-dieta għal adult.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk inti qiegħed fuq dieta ta’ sodium ikkontrollat.


  3. Kif għandek tuża NovoEight


    Kura b’NovoEight tinbeda minn tabib li għandu esperjenza fil-kura ta’ pazjenti bl-emofilja A. Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib se jikkalkulalek id-doża tiegħek. Din tiddependi fuq il-piż tiegħek u għal-liema raġuni qed tintuża l- mediċina.


    Prevenzjoni għall-ħruġ tad-demm

    Id-doża ta’ NovoEight is-soltu tkun minn 20 sa 50 unità internazzjonali (IU) għal kull kg ta’ piż tal-ġisem. L- injezzjoni tingħata kull 2 sa 3 ijiem. F’xi każijiet, speċjalment f’pazjenti iżgħar, jistghu jkunu meħtieġa injezzjonijiet aktar frekwenti jew dożi akbar.


    Kura tal-ħruġ tad-demm

    Id-doża ta’ NovoEight tiġi kkalkulata skont il-piż tal-ġisem tiegħek u l-livelli tal-fattur VIII li jridu jinkisbu.

    Il-mira tal-livelli tal-fattur VIII tiddependi fuq il-qawwa u l-post tal-ħruġ tad-demm.


    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

    NovoEight jista’ jintuża fi tfal ta’ kull età. Fi tfal (taħt l-età ta’12-il sena) jistgħu jkunu meħtieġa dożi ogħla jew injezzjonijiet aktar frekwenti. Adolexxenti (’il fuq minn 12-il sena) jistgħu jużaw l-istess doża tal-adulti.


    Kif jingħata NovoEight

    NovoEight jingħata bħala injezzjoni ġo vina. Ara ‘Istruzzjonijiet dwar kif għandek tuża NovoEight’ għal aktar informazzjoni.


    Jekk tuża NovoEight aktar milli suppost

    Jekk inti tuża NovoEight aktar milli suppost, għid lit-tabib tiegħek jew mur mill-ewwel fi sptar.


    Jekk tinsa tuża NovoEight

    Inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk inti qbiżt doża u ma tafx kif se tpatti għaliha.


    Jekk tieqaf tuża NovoEight

    Jekk tieqaf tuża NovoEight inti jista’ jkun li ma tibqax protett kontra l-ħruġ tad-demm jew id-demm li jkun ħiereġ jista’ ma jiqafx. Tiqafx tuża NovoEight mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina.


    Jekk iseħħu reazzjonijiet allerġiċi qawwija, f’daqqa waħda (reazzjonijiet anafilattiċi) (rari ħafna), l-injezzjoni għandha titwaqqaf immedjatament. Inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok wieħed minn dawn is-sintomi bikrija:


    • tbatija biex tieħu n-nifs, qtugħ ta’ nifs jew tħarħir

    • tagħfis fis-sider

    • nefħa fix-xofftejn u fl-ilsien

    • raxx, ħorriqija, ġrieħi jew ħakk mifrux

    • tħossok strodut/a jew tintilef minn sensik

    • pressjoni baxxa (ikollok ġilda pallida u kiesħa, qalb tħabbat b’rata mgħaġġla)


      Sintomi qawwija, inkluż tbatija biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs u wiċċ jew idejn ħomor jew minfuħin jeħtieġu kura ta’ emerġenza fil-pront.


      Jekk ikollok reazzjoni allerġika qawwija, it-tabib tiegħek jista’ jibdillek il-mediċina tiegħek.


      Għal tfal li ma ġewx ikkurati preċedentement b’mediċini ta’ Fattur VIII, il-formazzjoni ta’ antikorpi inibitorji tista’ tkun komuni ħafna (aktar minn pazjent 1 minn kull 10); madankollu, pazjenti li rċevew kura preċedentement b’Fattur VIII (aktar minn 150 ġurnata ta’ kura) ir-riskju mhuwiex komuni (anqas minn pazjent 1 minn kull 100). Jekk dan iseħħ lilek jew lit-tifel/tifla tiegħek , il-mediċini jistgħu ma jaħdmux sew

      u inti jew it-tifel/tifla tiegħek jistgħu jkollhom fsada persistenti. Jekk jiġri hekk, għandek tikkuntattja minnufih lit-tabib tiegħek.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • testijiet tad-demm li juru tibdil fil-mod kif jaħdem il-fwied

    • reazzjonijiet (ħmura u ħakk) madwar is-sit fejn tkun injettajt il-mediċina

      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10) f’pazjenti li ma kinux ikkurati prċedentement b’mediċini ta’ Fattur VIII

    • il-ġilda tiħmar

    • infjammazzjoni tal-vini

    • demm fl-ispazji ta’ bejn il-ġogi

    • demm fit-tessut tal-muskoli

    • sogħla

    • ħmura madwar is-sit fejn ikun hemm il-kateter

    • rimettar.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • tħossok għajjien/a

    • uġigħ ta’ ras

    • tħossok stordut/a

    • tbati biex torqod (insomnja)

    • qalb tħabbat tgħaġġel

    • żieda fil-pressjoni

    • raxx

    • deni

    • tħoss is-sħana

    • ebusija tal-muskoli

    • uġigħ fil-muskoli

    • uġigħ fir-riġlejn u d-dirgħajn

    • nefħa fir-riġlejn u fis-saqajn

    • mard tal-ġogi

    • tbenġil

    • attakk tal-qalb


      Effetti sekondarji fit-tfal u fl-adolexxenti

      L-effetti sekondarji osservati fit-tfal kienu l-istess bħal dawk osservati fl-adulti.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen NovoEight


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketti tal-kunjett u s-siringa mimlija għal-lest wara ‘JIS’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.

    Żomm il-kunjett fil-kartun ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Qabel ma jiġi rikostitwit, it-trab ta’ NovoEight jista’ jinżamm f’


    • temperatura tal-kamra (≤ 30°C) għal perijodu wieħed ta’ mhux aktar minn 9 xhur

      jew

    • ’il fuq minn temperatura tal-kamra (30°C sa 40°C) għal perijodu wieħed ta’ mhux aktar minn 3 xhur Ladarba l-prodott ikun inħareġ mill-friġġ, il-prodott m’għandux jerġa’ jitqiegħed fil-friġġ.

      Jekk jogħġbok fuq il-kartuna tal-prodott niżżel id-data ta’ meta beda jinħażen u t-temperatura tal-ħażna.


      Ladarba tkun irrikostitwixxejt NovoEight huwa għandu jintuża mill-ewwel. Jekk inti ma tistax tuża s- soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight immedjatament, hija għandha tintuża fi żmien:

    • 24 siegħa meta jinħażen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C

    • 4 sigħat meta jinħażen f’≤ 30°C għall-prodott li nżamm għal perijodu wieħed li ma kienx itwal minn 9 xhur f’temperatura tal-kamra (≤ 30°C)

    • 4 sigħat meta jinħażen sa 40°C, għall-prodott li nżamm għal perijodu wieħed li ma kienx itwal minn

    3 xhur f’temperatura aktar ’il fuq minn dik ta’ kamra (30°C sa 40°C)


    Aħżen il-prodott irrikostitwit fil-kunjett. Jekk ma tintużax mill-ewwel il-mediċina tista’ ma tibqax sterili u tista’ tikkawża infezzjoni. Taħżinx is-soluzzjoni mingħajr ma tieħu parir mingħand it-tabib tiegħek.


    It-trab fil-kunjett jidher bħala trab abjad jew kemxejn isfar. Tużax it-trab jekk il-kulur ikun inbidel.


    Is-soluzzjoni rrikostitwita tkun ċara għal ftit tkanġi. Tużax din il-mediċina jekk inti tinnota li hija mdardra jew fiha xi frak li jidher.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih NovoEight


Wara r-rikostituzzjoni bis-solvent fornut (soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride) is- soluzzjoni għall-injezzjoni ppreparata jkun fiha 62.5, 125, 250, 375, 500 jew 750 IU turoctocog alfa f’kull ml

rispettivament (abbażi tal-qawwa ta’ turoctocog alfa, i.e. 250, 500, 1000, 1500, 2000 jew 3000 IU).


Kif jidher NovoEight u l-kontenuti tal-pakkett

NovoEight huwa trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni. Kull pakkett ta’ NovoEight fih kunjett bi trab abjad jew kemxejn isfar, siringa ta’ 4 ml mimlija għal-lest b’soluzzjoni ċara u mingħajr kulur, lasta tal- planġer u adapter tal-kunjett.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Novo Nordisk A/S Novo Allé

DK-2880 Bagsværd, Id-Danimarka

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.

image


Istruzzjonijiet dwar kif għandek tuża NovoEight


AQRA DAWN L-ISTRUZZJONIJIET B’ATTENZJONI QABEL TUŻA NOVOEIGHT.


NovoEight huwa fornut bħala trab. Qabel l-injezzjoni (jingħata) huwa għandu jiġi rrikostitwit bis- solvent fornut fis-siringa. Is-solvent huwa soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride. NovoEight irrikostitwit għandu jiġi injettat ġol-vina tiegħek (injezzjoni ġol-vina). L-apparat f’dan il-pakkett qiegħed biex tirrikostitwixxi u tinjetta NovoEight.


Inti se jkollok bżonn ukoll sett tal-infużjoni (pajp irqiq u labra butterfly), mselħiet sterili bl-alkoħol, biċċiet ħoxnin tal-garża u stikk. Dan l-apparat mhuwiex inkluż fil-pakkett ta’ NovoEight.


Tużax l-apparat mingħajr taħriġ kif suppost mingħand it-tabib jew l-infermier tiegħek. Dejjem aħsel idejk u aċċerta ruħek li l-post madwarek ikun nadif.

Meta inti tipprepara u tinjetta mediċina direttament ġol-vini, huwa importanti li tuża teknika (asettika) nadifa u mingħajr mikrobi. Teknika mhux kif suppost tista’ tintroduċi mikrobi li jistgħu jinfettaw id-demm.


Tiftaħx l-apparat sakemm inti tkun lest biex tużaħ.


Tużax l-apparat jekk ikun waqa’ jew jekk ikollu xi ħsara. Minflok uża pakkett ġdid.


Tużax l-apparat jekk ikun skada. Minflok uża pakkett ġdid. Id-data ta’ skadenza hija stampata wara ‘EXP’ fuq il-kartuna ta’ barra, fuq il-kunjett, fuq l-adapter tal-kunjett, u fuq is-siringa mimlija għal- lest.


Tużax l-apparat jekk inti tissuspetta li huwa kkontaminat. Minflok uża pakkett ġdid. Tarmi l-ebda oġġett mill-pakkett sakemm tkun injettajt is-soluzzjoni rrikostitwita. L-apparat qiegħed biex jintuża darba biss.

Kontenut


Il-pakkett fih:


  • kunjett wieħed bit-trab NovoEight

  • adapter wieħed tal-kunjett

  • siringa waħda mimlija għal-lest bis-solvent

  • lasta waħda tas-siringa (imqegħda taħt is-siringa)


Deskrizzjoni fil-qosor

Kunjett bit-trab NovoEight Adapter tal-kunjett Siringa mimlija għal-lest bis-solvent Lasta tal-planġer


Għatu tal-plastik Għatu protettiv Tarf tas-siringa Planġer Kamin Tarf wiesa Tapp tal-gomma (taħt it-tapp tas-siringa) Skala

(taħt it-tapp tal-plastik)


Ponta Karta protettiva (taħt il-karta protettiva)

Tapp tas-siringa

1. Ipprepra l-kunjett u s-siringa

image


  • Oħroġ in-numru ta’ pakketti NovoEight li għandek bżonn.

  • Iċċekkja d-data ta’ skadenza.

  • Iċċekkja l-isem, il-qawwa u l-kulur tal- pakkett, biex tkun ċert li fih il-prodott it- tajjeb.

  • Aħsel idejk u xxutthom sewwa billi tuża xugaman nadif jew nixxifhom bl-arja.

  • Oħroġ il-kunjett, l-adapter tal-kunjett u s- siringa mimlija għal-lest minn ġol-kartuna. Ħalli l-lasta tal-planġer bla ma tmissha fil-kartuna.

  • Ġib il-kunjett u s-siringa mimlija għal- lest għat-temperatura tal-kamra. Tista’ tagħmel dan billi żżommhom f’idejk sakemm tħosshom sħan daqs idejk.







Tuża l-ebda mod ieħor biex issaħħan il-kunjett u s-siringa mimlija għal-lest


image


  • Neħħi l-għatu tal-plastik mill-kunjett.

  • Imsaħ it-tapp tal-gomma b’imselħa sterili tal-alkoħol u ħallih jinxef bl-arja għal ftit sekondi qabel ma tużah biex taċċerta ruħek li kemm jista’ jkun huwa mingħajr mikrobi.

  • Tmissx it-tapp tal-gomma b’subgħajk minħabba li dan jista’ iferrex il-mikrobi.

Jekk l-għatu tal-plastik ikun qed jiċċaqlaq jew ikun nieqes, tużax il- kunjett.




2. Waħħal l-adapter tal-kunjett


  • Neħħi l-karta protettiva mill-adapter tal- kunjett.


Jekk il-karta protettiva mhijiex issiġillata kompletament jew jekk hija mqattgħa, tużax l-adapter tal-kunjett.


Tneħħix l-adapter tal-kunjett mill-għatu protettiv b’subgħajk. Jekk tmiss il-ponta tal-adapter, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.


image


image

image


  • Poġġi l-kunjett fuq wiċċ ċatt u sod.

  • Aqleb l-għatu protettiv, u qabbad l- adapter tal-kunjett billi tfaqqgħu fuq il- kunjett.



Ladarba jkun weħel, tneħħix l-adapter tal-kunjett minn mal-kunjett.

  • Agħfas ftit l-għatu protettiv bis-saba’ l- kbir u l-werrej kif qed jintwera.


Neħħi l-għatu protettiv mill-adapter tal- kunjett.


Taqlax l-adapter tal-kunjett minn mal- kunjett meta tkun qed tneħħi l-għatu protettiv.

3. Waħħal il-lasta tal-planġer mas-siringa


  • Aqbad il-lasta tal-planġer mit-tarf il- wiesa u oħroġha mill-kartuna. Tmissx il- ġnub jew il-kamin tal-lasta tal-planġer. Jekk inti tmiss il-ġnub jew il-kamin, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.

  • Waħħal il-lasta tal-planġer mill-ewwel mas-siringa billi ddawwarha lejn il-lemin ġol-planġer li hemm ġos-siringa mimlija għal-lest sakemm tħossha tissikka.


  • Neħħi t-tapp tas-siringa minn mas-siringa mimlija għal-lest billi tgħawwġu ’l isfel sakemm jitqaċċat mit-toqob.


Tmissx it-tarf tas-siringa li hemm taħt it-tapp tas-siringa. Jekk inti tmiss it-tarf tas-siringa, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.


Jekk it-tapp tas-siringa jkun qed jiċċaqlaq jew nieqes, tużax is-siringa mimlija għal-lest.

image


  • Invita sew is-siringa mimlija għal-lest mal-adapter tal-kunjett sakemm tħossha tissikka.

image


4. Irrikostitwixxi t-trab bis-solvent


  • Żomm is-siringa mimlija għal-lest ftit immejla bil-kunjett ippuntat ’l isfel.

  • Agħfas il-lasta tal-planġer biex tinjetta s- solvent kollu fil-kunjett.



image


  • Żomm il-lasta tal-kunjett magħfusa ’l isfel u dawwar il-kunjett bil-mod sakemm it-trab jinħall kollu.

  • Iċċekkja s-soluzzjoni rrikostitwita. Hija għanda tkun minn ċara sa kemxejn tkanġi (kemxejn mhux ċara). Jekk inti tinnota frak li jidher jew tibdil fil-kulur, tużahiex. Minflok uża pakkett ġdid.


Tħawwadx il-kunjett minħabba li dan itella’ r-ragħwa.



NovoEight huwa rrakkomandat biex jintuża immedjatament wara li jiġi rrikostitwit. Dan minħabba li jekk jitħalla, il-mediċina tista’ ma tibqax sterili u tista’ tikkawża infezzjonijiet.


Jekk inti ma tistax tuża s-soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight immedjatament, hija tista’ tintuża fi żmien 4 sigħat meta tinħażen f’temperatura tal-kamra jew sa 40°C u fi żmien 24 siegħa meta tinħażen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C. Aħżen il-prodott irrikostitwit fil-kunjett.


Tpoġġix soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight fil-friża u taħżinhiex fis-siringi. Taħżinx is-soluzzjoni mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.


Tesponix is-soluzzjoni rrikostitwita ta’ NovoEight għal dawl dirett.

image


image

Jekk id-doża tiegħek teħtieġ aktar minn kunjett wieħed, irrepeti l-passi A sa J b’kunjetti, adapters tal- kunjetti u siringi mimlijin għal-lest addizzjonali sakemm ikollok id-doża meħtieġa.

  • Żomm il-lasta tal-planġer magħfusa kompletament ’il ġewwa.

  • Aqleb is-siringa bil-kunjett ta’ taħt fuq.

  • Tkomplix tagħfas il-lasta tal-planġer u ħalliha tersaq lura waħedha waqt li s- soluzzjoni rrikostitwita timla s-siringa.

  • Iġbed il-lasta tal-planġer kemxejn ’l isfel biex tiġbed is-soluzzjoni rrikostitwita ġos- siringa.

  • F’każ li inti għandek bżonn biss parti mid-doża sħiħa, uża l-iskala ta’ fuq is- siringa biex tara kemm se tiġbed mis- soluzzjoni rrikostitwita, skont kif qalulek it-tabib jew l-infermier tiegħek.

  • Filwaqt li tibqa’ żżomm il-kunjett ta’ taħt fuq, tektek is-siringa bil-mod biex jekk ikun hemm bżieżaq tal-arja jitilgħu fil- wiċċ.

  • Imbotta l-lasta tal-planġer bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilqu kollha.






Jekk, fi kwalunkwe ħin, ikun hemm wisq arja fis-siringa, injetta l-arja lura ġol- kunjett.




  • Ħoll l-adapter tal-kunjett minn mal- kunjett.

  • Tmissx it-tarf tas-siringa. Jekk inti tmiss it-tarf tas-siringa, jistgħu jiġu ttrasferiti mikrobi minn subgħajk.


image


5. Injetta s-soluzzjoni rrikostitwita


Issa NovoEight huwa lest biex jiġi injettat fil-vina tiegħek.


  • Injetta s-soluzzjoni rrikostitwita kif qalulek it-tabib jew l-infermier tiegħek.

  • Injetta bil-mod fuq perjodu ta’ 2 sa 5 minuti.

  • Tħallatx NovoEight ma’ xi infużjonijiet jew mediċini oħra li jingħataw ġol-vina.




Meta tinjetta NovoEight permezz ta’ konnetturi ta’ mingħajr labra għal kateters fil-vina (IV)


Kawtela: Is-siringa mimlija għal-lest hija magħmula mill-ħġieġ u maħluqa biex tkun kompatibbli mal- konnessjonijiet standard ta’ luer-lock. Xi konnessjonijiet ta’ mingħajr labra li fl-intern tagħhom għandhom biċċa metall ġejja għall-ponta mhumiex kompatibbli mas-siringa mimlija għal-lest. Din l- inkompatibbiltà tista’ tippreveni l-għoti tal-mediċina u/jew tirriżulta fi ħsara lill-konnettur ta’ mingħajr labra.


Meta tinjetta s-soluzzjoni permezz ta’ apparat li jagħti aċċess għall-vina ċentrali (CVAD) bħal kateter ġo vina ċentrali jew apparat taħt il-ġilda imqabbad ma’ kateter imqiegħed ġo vina (subcutaneous port)::

  • Uża teknika nadifa u mingħajr mikrobi (asettika). Segwi l-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal- konnettur tiegħek u tas-CVAD b’konsultazzjoni mat-tabib u man-ners tiegħek.

  • Meta tinjetta f’CVAD jista’ jkollok bżonn tuża siringa sterili tal-plastik ta’ 10 ml biex tiġbed is- soluzzjoni rrikostitwita. Dan għandu jsir eżatt wara l-pass J.

  • Jekk il-pajp tas-CVAD ikollu bżonn jitlaħlaħ qabel jew wara l-injezzjoni ta’ NovoEight, uża soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml sodium chloride.

Rimi


  • Wara l-injezzjoni, armi b’mod sigur is- soluzzjoni kollha ta’ NovoEight li ma ntużatx, is-siringa u s-sett tal-infużjoni, il- kunjett bl-adapter tal-kunjett u skart ieħor skont kif qallek l-ispiżjar tiegħek.


Tarmihomx mal-iskart domestiku

normali.


image



Iżżarmax l-apparat qabel ma tarmih. Terġax tuża l-apparat.