Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Vokanamet
canagliflozin, metformin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Vokanamet 50 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita Vokanamet 50 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita Vokanamet 150 mg/850 mg pilloli miksijin b’rita Vokanamet 150 mg/1,000 mg pilloli miksijin b’rita


canagliflozin/metformin hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Vokanamet u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vokanamet

  3. Kif għandek tieħu Vokanamet

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Vokanamet

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Vokanamet u għalxiex jintuża


    Vokanamet fih żewġ sustanzi attivi differenti, canagliflozin u metformin. Dawn huma żewġ mediċini li jaħdmu flimkien b’modi differenti biex ibaxxu l-livelli ta’ glukożju (zokkor) fid-demm u jistgħu jgħinu biex jevitaw mard tal-qalb f’adulti b’dijabete tat-tip 2.


    Din il-mediċina tista’tintuża waħedha jew flimkien ma’ mediċini oħra li inti tista’ tkun qed tuża biex tikkura d-dijabete tat-tip 2 tiegħek (bħal insulina, inibitur ta’ DPP-4 [bħal sitagliptin, saxagliptin, jew linagliptin], xi sulphonylurea [bħal glimepiride jew glipizide], jew pioglitazone) li jbaxxu l-livelli taz- zokkor fid-demm. Jista’ jkun li inti diġà qed tieħu waħda jew aktar minn dawn biex tikkura d-dijabete tat-tip 2 tiegħek. Vokanamet jintuża meta z-zokkor fid-demm tiegħek ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod xieraq b’metformin waħdu jew flimkien ma’ mediċini oħra għad-dijabete. Jekk inti diġà qed tieħu kemm canagliflozin kif ukoll metformin bħala pilloli separati, Vokanamet jista’ jissostitwixxihom f’pillola waħda.


    Huwa importanti li tkompli ssegwi l-pariri dwar id-dieta u l-eżerċizzju mogħtija mit-tabib jew mill- infermier tiegħek.


    X’inhi dijabete tat-tip 2?

    Dijabete tat-tip 2 hija kundizzjoni li fiha l-ġisem tiegħek ma’ jagħmilx insulina biżżejjed, u l-insulina li l-ġisem tiegħek jipproduċi ma taħdimx kif suppost. Il-ġisem tiegħek jista’ wkoll jipproduċi wisq

    zokkor. Meta jiġri dan, iz-zokkor (glukożju) jakkumula fid-demm. Dan jista’ jwassal għal

    kundizzjonijiet mediċi serji bħal ma huma mard tal-qalb, mard tal-kliewi, telf tad-dawl, u amputazzjoni.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vokanamet


    Tiħux Vokanamet

    • jekk inti allerġiku għal canagliflozin, metformin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)

    • jekk inti għandek problemi fil-fwied

    • jekk għandek funzjoni tal-kliewi imnaqqsa b’mod sever

    • jekk għandek dijabete mhux ikkontrollata, b’pereżempju, ipergliċemija severa (glucose għoli

      fid-demm), dardir, rimettar, dijarea, telf mgħaġġel fil-piż, aċidożi lattika (ara "Riskju ta’ aċidożi lattika" hawn taħt) jew ketoaċidożi. Ketoaċidożi hija kundizzjoni fejn sustanzi msejħa ‘korpi ta’

      ketoni’ jakkumulaw fid-demm u jistgħu jwasslu għal prekoma dijabetika. Sintomi jinkludu wġigħ fl-istonku, teħid ta’ nifs mgħaġġel u fil-fond, ngħas jew in-nifs tiegħek jiżviluppa riħa ta’

      frott mhux tas-soltu.

    • jekk inti għandek infezzjoni qawwija

    • jekk tlift ħafna ilma minn ġismek (deidratazzjoni), eż. minħabba dijarea li damet jew li kienet qawwija, jew jekk inti rremettejt ħafna drabi wara xulxin

    • jekk għandek pre-koma tad-dijabete

    • jekk dan l-aħħar tak attakk tal-qalb jew għandek problemi severi biċ-ċirkulazzjoni tad-demm, bħal ‘xokk’ jew diffikultà bit-teħid tan-nifs

    • jekk tixrob l-alkoħol b’mod eċċessiv (kuljum jew inkella minn żmien għal żmien)

    • jekk inti għandek jew dan l-aħħar kellek insuffiċjenza tal-qalb.


      Twissijiet u prekawzjonijiet Riskju ta’ aċidożi lattika

      Vokanamet jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika, b’mod partikulari jekk il-kliewi tiegħek ma jkunux qed jaħdmu sew. Ir-riskju li wieħed jiżviluppa

      aċidożi lattika jiżdied ukoll b’dijabete mhux ikkontrollata, infezzjonijiet serji, sawm fit-tul jew konsum ta’ alkoħol, deidratazzjoni (ara aktar informazzjoni hawn taħt), problemi fil-fwied u

      kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi li fihom xi parti tal-ġisem jkollha provvista ta’ ossiġnu mnaqqsa (bħal mard tal-qalb sever u akut).

      Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.


      Waqqaf b’mod temporanju it-teħid ta’ Vokanamet jekk għandek kundizzjoni li tista’ tkun assoċjata ma’ deidratazzjoni (telf sinifikanti ta’ fluwidi tal-ġisem) bħal rimettar sever, dijarea, deni, esponiment għal sħana jew jekk tixrob inqas fluwidu min-normal. Kellem lit-tabib tiegħek għal aktar istruzzjonijiet.


      Waqqaf it-teħid ta’ Vokanamet u kellem tabib jew mur fl-eqreb sptar immedjatament jekk ikollok xi wħud mis-sintomi ta’ aċidożi lattika, għax din il-kundizzjoni tista’ twassal għal koma. Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu:

    • rimettar

    • uġigħ fl-istonku (uġigħ addominali)

    • bugħawwieġ fil-muskoli

    • sensazzjoni ġenerali li ma tiflaħx flimkien ma’ għeja severa

    • diffikultà biex tieħu n-nifs

    • temperatura tal-ġisem u taħbit tal-qalb imnaqqsa


      Aċidożi lattika hija emerġenza medika u għandha tiġi ttrattata fi sptar.


      Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Vokanamet, u matul it-trattament:

    • dwar dak li tista’ tagħmel biex tevita d-deidrazzjoni (ara sezzjoni 4 għal sinjali ta’ deidratazzjoni).

    • jekk inti għandek dijabete tat-tip 1 minħabba li Vokanamet m’għandux jintuża biex jikkura din il-kundizzjoni.

    • jekk ikollok telf ta’ piż f’daqqa, tħossok imdardar/ra jew tirremetti, ikollok uġigħ fl-istonku, għatx eċċessiv, teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond, konfużjoni, xejra ta’ ngħas jew għeja mhux normali, nifs b’riħa ħelwa, togħma ħelwa jew togħma ta’ metall f’ħalqek jew riħa differenti fl- awrina jew fl-għaraq tiegħek, kellem tabib jew mur fl-eqreb sptar immedjatament. Dawn is- sintomi jistgħu jkunu sinjal ta’ “ketoaċidożi tad-dijabete” – problema rari iżda serja, li xi drabi tkun ta’ theddida għall-ħajja li jista’ jkollok mid-dijabete minħabba żieda fil-livelli ta’ “sustanzi marbuta mal-keton” fl-awrina jew fid-demm, li jidhru fit-testijiet. Ir-riskju li tiżviluppa ketoaċidożi tad-dijabete jista’ jiżdied minn sawm fit-tul, konsum eċċessiv ta’ alkoħol, deidratazzjoni, tnaqqis f’daqqa fid-doża tal-insulina, jew żieda fil-ħtieġa tal-insulina minħabba operazzjoni serja jew mard serju.

    • jekk inti qatt kellek mard serju tal-qalb jew jekk inti għaddietek puplesija

    • jekk inti qiegħed fuq mediċini biex ibaxxulek il-pressjoni (mediċini kontra l-pressjoni għolja) jew qatt kellek pressjoni baxxa. Aktar informazzjoni hija mogħtija taħt f’“Mediċini oħra u Vokanamet”.

    • jekk kellek amputazzjoni fir-riġel.

    • Huwa importanti li tiċċekkja saqajk b’mod regolari u ssegwi xi pariri oħra li ngħatajt mill- professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek dwar il-kura tas-saqajn u idratazzjoni xierqa. Inti għandek tavża lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota xi feriti jew telf ta’ kulur, jew jekk ikollok xi sensittività jew uġigħ f’saqajk. Xi studji jindikaw li t-teħid ta’ canagliflozin jista’ jkun li kkontribwixxa għar-riskju ta’ amputazzjoni fir-riġel (l-aktar amputazzjoni ta’ saba tas-sieq

      jew ta’ nofs is-sieq).

    • Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa taħlita ta' sintomi ta' wġigħ, sensittività, ħmura, jew nefħa tal-ġenitali jew taż-żona bejn il-ġenitali u l-anus flimkien ma' deni jew sensazzjoni li ma tiflaħx. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjal ta' infezzjoni rari iżda serja jew saħansitra ta' periklu għall-ħajja, msejħa fasciitis nekrotika tal-perineum jew kankrena ta' Fournier li teqred it-tessut ta' taħt il-ġilda. Il-kankrena ta' Fournier trid tiġi ttrattata immedjatament.

    • jekk inti għandek sinjali ta’ infezzjoni bil-ħmira fil-ġenitali bħal irritazzjoni, ħakk, tisfija jew riħa mhux tas-soltu.

    • jekk għandek infezzjoni bid-deni serja fil-kliewi jew fl-apparat tal-awrina. It-tabib jista’ jitolbok tieqaf tieħu Vokanamet sakemm jgħaddilek.


      Funzjoni tal-kliewi

      Il-kliewi tiegħek se jiġu ttestjati b’test tad-demm qabel tibda u waqt it-trattament b’Vokanamet. It- tabib tiegħek se jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek mill-inqas darba fis-sena jew aktar ta’ spiss jekk inti anzjan/a u/jew jekk għandek funzjoni tal-kliewi li qed tmur għall-agħar.


      Kirurġija

      Jekk għandek bżonn kirurġija maġġuri għandek tieqaf tieħu Vokanamet matul u għal xi żmien wara l- proċedura. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Vokanamet mill-ġdid.


      It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk għandekx bżonn xi kura oħra biex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek waqt li tkun waqaft tieħu Vokanamet. Huwa importanti li inti ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek b’attenzjoni.


      Glukożju fl-awrina

      Minħabba l-mod kif jaħdem canagliflozin, l-awrina tiegħek se tagħti riżultat pożittiv għaz-zokkor (glukożju) waqt li inti tkun fuq din il-mediċina.


      Tfal u adolexxenti

      Vokanamet mhuwiex rrakkomanadat għal tfal u adoloxxenti ta’ taħt it-18-il sena, minħabba li mhijiex disponibbli data f’dawn il-pazjenti.


      Mediċini oħra u Vokanamet

      Jekk għandek bżonn tieħu injezzjoni ta’ mezz ta’ kuntrast li fih il-jodju fid-demm tiegħek, pereżempju f’kuntest ta’ X-ray jew skan, inti trid tieqaf tieħu Vokanamet qabel jew fil-ħin tal-injezzjoni. It-tabib

      tiegħek se jiddeċiedi meta għandek tieqaf u meta għandek tibda t-trattament tiegħek b’Vokanamet mill-ġdid.


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tkun ser tieħu xi mediċina oħra. Dan minħabba li din il-mediċina tista’ taffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħra. Barra minn hekk, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod li bih taħdem din il-mediċina. Jista’ jkollok bżonn testijiet tal-glucose fid-demm u tal-funzjoni tal-kliewi aktar ta’ spiss, jew it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża ta’ Vokanamet. Huwa importanti ħafna li wieħed isemmi dan li ġej:

    • insulina jew xi sulphonylurea (bħal glimepiride jew glipizide) għad-dijabete – it-tabib tiegħek jista’ jkun irid inaqqaslek id-doża biex jevita li l-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jitbaxxa wisq (ipogliċemija)

    • mediċini li jżidu l-produzzjoni tal-awrina (dijuretiċi)

    • St. John’s wort (mediċina magħmula mill-ħxejjex li tintuża biex tikkura depressjoni)

    • carbamazepine, phenytoin, jew phenobarbital (mediċini li jintużaw biex jikkontrollaw l- aċċessjonijiet)

    • efavirenz jew ritonavir (mediċina li tintuża biex tikkura infezzjoni bl-HIV)

    • rifampicin (antibijotiku li jintuża biex jikkura t-tuberkulożi)

    • cholestyramine (mediċina li tintuża biex tnaqqas il-livelli tal-kolesterol fid-demm).

      Ara sezzjoni 3, “Kif għandek tieħu din il-mediċina”.

    • digoxin jew digitoxin (mediċini li jintużaw għal ċerti problemi tal-qalb). Il-livell ta’ digoxin jew digitoxin fid-demm tiegħek jista’ jkollu bżonn jiġi ċċekkjat jekk dawn jittieħdu ma’ Vokanamet.

    • dabigatran (mediċina li traqqaq id-demm biex tnaqqas ir-riskju li jifforma tagħqid tad-demm)

    • mediċini li fihom l-alkoħol. Ara s-sezzjoni, “Vokanamet ma’ alkoħol”.

    • cimetidine (mediċina użata biex tikkura problemi fl-istonku)

    • kortikosterojdi (jintużaw biex jikkuraw varjetà ta’ kundizzjonijiet, bħal infjammazzjoni qawwija fil-ġilda jew fl-ażma) li jingħataw mill-ħalq, bħala injezzjoni jew li jinġibdu man-nifs

    • agonisti ta’ beta 2 (bħal salbutamol jew terbutaline) li jintużaw għall-kura tal-ażma.

    • mediċini użati biex jittrattaw l-uġigħ u l-infjammazzjoni (NSAID u inibituri ta’ COX-2, bħal ibuprofen u celecoxib)

    • ċerti mediċini għat-trattament ta’ pressjoni għolja (inibituri ta’ ACE u antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II


      Vokanamet ma’ alkoħol

      Evita konsum eċċessiv ta’ alkoħol waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina peress li dan jista’ jżid ir- riskju ta’ aċidożi lattika. Ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Canagliflozin, wieħed mis-sustanzi ta’ Vokanamet, m’għandux jintuża waqt it-tqala. Kellem lit-tabib tiegħek dwar l-aħjar mod biex tikkontrolla z-zokkor fid-demm tiegħek mingħajr Vokanamet malli tkun taf li inti tqila.


      M’għandekx tieħu din il-mediċna jekk inti qed tredda’. Kellem lit-tabib tiegħek dwar jekk tiqafx tieħu din il-mediċina jew tiqafx tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Vokanamet m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq vettura, rota, u tuża għoddod jew tħaddem magni. Madankollu, kienu rrappurtati sturdament jew mejt, li jistgħu

      jaffettwaw il-ħila biex issuq vettura, rota, jew tuża għoddod jew tħaddem magni.


      Meta tieħu Vokanamet ma’ mediċini oħra għad-dijabete msejħa sulphonylureas (bħal glimepiride jew glipizide) jew mal-insulina jista’ jiżdied ir-riskju li jkollok livell baxx ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija). Is-sinjali jinkludu vista mċajpra, tnemnim fix-xufftejn, rogħda, għaraq, tidher musfar/a,

      bidla fil-burdata, jew tħossok ansjuż/a jew konfuż/a. Dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq vettura, rota jew tuża kwalunkwe għodod jew magni. Għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ikollok xi sinjali ta’ zokkor baxx fid-demm.


      Vokanamet fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, li tista’ tgħid hija bażikament ‘bla sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Vokanamet


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    • Id-doża ta’ Vokanamet hija pillola waħda darbtejn kuljum.

    • Il-qawwa ta’ Vokanamet li se tieħu tvarja skont il-kondizzjoni tiegħek u l-ammont ta’ canagliflozin u metformin meħtieġ biex jikkkontrollalek iz-zokkor fid-demm tiegħek.

    • It-tabib se jordnalek il-qawwa tad-doża li hija l-aħjar għalik.


      Kif għandek tieħu din il-mediċina

    • Ibla’ l-pillola sħiħa mal-ilma.

    • L-aħjar li tieħu l-pillola tiegħek ma’ ikla. Dan inaqqaslek iċ-ċans ta’ taqlib fl-istonku.

    • Ipprova ħu l-pillola fl-istess ħin kuljum. Dan jgħinek biex tiftakar toħdha.

    • Jekk it-tabib tiegħek ordnalek din il-mediċina flimkien ma’ kwalunkwe mediċina biex tbaxxi l- kolesterol bħal cholestyramine inti għandek tieħu din il-mediċina mill-inqas siegħa qabel jew minn 4 sigħat sa 6 sigħat wara l-mediċina li tbaxxi l-kolesterol.


      It-tabib tiegħek jista’ jordnalek Vokanamet flimkien ma’ mediċinali oħra li tbaxxi l-glukożju. Ftakar ħu l-mediċini kollha kif qallek it-tabib tiegħek biex tikseb l-aħjar riżultati għal saħħtek.


      Dieta u eżerċizzju

      Biex tikkontrolla d-dijabete tiegħek, inti xorta għandek bżonn issegwi l-pariri tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek dwar id-dieta u l-eżerċizzju. B’mod partikolari, jekk inti qed issegwi dieta tad- dijabete għall-kontroll tal-piż, kompli segwiha waqt li inti tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Jekk tieħu Vokanamet aktar milli suppost

      Minħabba li Vokanamet fih metformin, jekk tieħu aktar minn din il-mediċina, inti tista’ ġġarrab aċidożi lattika. Jekk jiġrilek dan, inti jista’ jkollok bżonn trattament l-isptar immedjatament, minħabba li aċidożi lattika tista’ twassal għal koma. Sintomi ta’ aċidożi lattika jinkludu rimettar, uġigħ fl- istonku, bugħawwieġ fil-muskoli, tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali b’għejja severa, jew diffikultà

      biex tieħu n-nifs. Sintomi oħra huma tnaqqis fit-temperatura tal-ġisem u fit-taħbit tal-qalb. Ieqaf ħu din il-mediċina immedjatament u kkuntattja tabib jew l-eqreb sptar minnufih (ara sezzjoni 2). Hu l-pakkett

      tal-mediċina miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Vokanamet

    • Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk ikun wasal il-ħin għad-doża li jkun imiss, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.

    • M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Vokanamet

      Il-livell taz-zokkor fid-demm tiegħek jista’ jogħla jekk inti tieqaf tieħu din il-mediċina. Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr mal-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ieqaf ħu Vokanamet immedjatament u kellem tabib jew mur fl-eqreb sptar immedjatament jekk għandek xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin:


    Reazzjoni allerġika severa (rari, tista’ taffettwa sa’ persuna 1 minn kull 1,000

    Sinjali possibbli ta’ reazzjoni allerġika severa jistgħu jinkludu:

    • nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fil-ħalq, jew fil-gerżuma li jista’ jwassal għal diffikultà biex tieħu n- nifs jew biex tibla’.


      Aċidożi lattika (rari ħafna, tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000)

      Vokanamet jista’ jikkawża effett sekondarju rari ħafna, iżda serju ħafna li jissejjaħ aċidożi lattika (ara s-sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”). Jekk jiġri dan, inti trid tieqaf tieħu Vokanamet u tkellem

      tabib jew tmur fl-eqreb sptar immedjatament, għax aċidożi lattika tista’ twassal għal koma.


      Ketoaċidożi tad-dijabete (rari, tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

      Dawn huma s-sinjali ta’ ketoaċidożi tad-dijabete (ara wkoll sezzjoni 2):

      • żieda fil-livelli ta’ “sustanzi marbuta mal-keton” fl-awrina jew fid-demm tiegħek

      • telf ta’ piż f’daqqa

      • tħossok imdardar jew tirremetti

      • uġigħ fl-istonku

      • għatx eċċessiv

      • teħid tan-nifs mgħaġġel u fil-fond

      • konfużjoni

      • xejra ta’ ngħas jew għeja mhux tas-soltu

      • nifs b’riħa ħelwa, togħma ħelwa jew togħma ta’ metall f’ħalqek jew riħa differenti fl- awrina jew fl-għaraq tiegħek.


        Dan jista’ jseħħ irrispettivament mill-livell tal-glukożju fid-demm tiegħek. It-tabib jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf it-trattament b’Vokanamet b’mod temporanju jew permanenti.


        Deidratazzjoni (mhux komuni, tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 100)

    • telf ta’ wisq fluwidu minn ġismek (deidratazzjoni). Din tiġri iktar ta’ spiss f’persuni anzjani (li għandhom minn 75 sena ’l fuq), persuni bi problemi fil-kliewi, u persuni li qed jieħdu pilloli tal- “pipi” (dijuretiċi).

      Sinjali possibbli ta’ deidratazzjoni huma:

      • itik mejt jew tħossok stordut/a

      • tintilef minn sensik (ħass ħażin) jew tħossok stordut/a jew iħossok ħażin meta tqum bilwieqfa

      • ħalq xott ħafna jew iwaħħal, tħossok bil-għatx ħafna

      • tħossok dgħajjef ħafna jew għajjien

      • tgħamel ftit jew ma tagħmilx awrina

      • qalb tħabbat tgħaġġel.


        Għid lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk inti għandek xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:

        Ipogliċemija (komuni ħafna, tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm (ipogliċemija) – meta tieħu din il-mediċina mal-insulina jew xi sulphonylurea (bħal glimepiride jew glipizide).

      Sinjali possibbli ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm huma:

      • vista mċajpra

      • xufftejn iniggżu

      • rogħda, għaraq, tidher musfar

      • bidla fil-burdata jew tħossok ansjuż/a jew konfuż/a.


        It-tabib tiegħek se jgħidlek kif tikkura livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm u x’għandek tagħmel jekk ikollok xi wieħed mis-sinjali t’hawn fuq.


        Infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina (komuni, jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

    • Dawn huma sinjali ta’ infezzjoni severa fl-apparat tal-awrina, eż.:

      • deni u/jew tkexkix ta’ bard

      • tħoss ħruq meta tagħmel l-awrina

      • uġigħ f’dahrek jew fil-ġenb ta’ qaddek.


        Għalkemm mhux komuni, jekk tara demm fl-awrina tiegħek, għid lit-tabib tiegħek immedjatament.


        Effetti sekondarji oħra meta tieħu canagliflozin waħdu:

        Komuni ħafna (tista’ taffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

    • infezzjoni bil-ħmira fil-vaġina.


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

    • raxx jew ħmura fil-pene jew fil-ġilda li tixxammar (infezzjoni bil-ħmira)

    • tibdil fl-għamil tal-awrina (inkluż tagħmel l-awrina b’mod aktar frekwenti jew f’ammonti akbar, bżonn urġenti li tagħmel l-awrina, bżonn li tagħmel l-awrina bil-lejl)

    • stitikezza

    • tħossok bil-għatx

    • tħossok imdardar/ra (nawsja)

    • testijiet tad-demm jistgħu juru tibdil fil-livelli tax-xaħam fid-demm (kolesterol) u żidiet fl- ammont ta’ ċelloli ħomor tad-demm fid-demm tiegħek (ematokrit).


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

    • raxx jew ġilda ħamra – dawn jistgħu jkunu bil-ħakk u jinkludu ħotob imqabbża, tnixxija ta’ fluwidu jew infafet

    • ħorriqija

    • testijiet tad-demm jistgħu juru tibdil marbut mal-funzjoni tal-kliewi (żieda fil-kreatinina jew fil- urea) jew żieda fil-potassium

    • testijiet tad-demm jistgħu juru żieda fil-livell ta’ fosfat fid-demm tiegħek

    • ksur fl-għadam.

    • insuffiċjenza tal-kliewi (l-aktar bħala konsegwenza ta’ wisq telf ta’ fluwidu mill-ġisem tiegħek)

    • amputazzjonijiet fir-riġel (l-aktar ta’ saba’ tas-sieq) speċjalment jekk inti qiegħed f’riskju kbir ta’ mard tal-qalb

    • fimosi – diffikultà biex tiġbed il-ġilda l-isfel minn madwar ir-ras tal-pene

    • reazzjonijiet fil-ġilda wara esponiment għad-dawl tax-xemx.


      Mhux magħrufa (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • fasciitis nekrotika tal-perineum jew kankrena ta' Fournier, infezzjoni serja tat-tessut artab tal- ġenitali jew taż-żona bejn il-ġenitali u l-anus.


      Effetti sekondarji meta tieħu metformin waħdu li ma kinux deskritti għal canagliflozin:

    • komuni ħafna: tħossok imdardar/ra (nawsja), tirremetti, dijarea, uġigħ fl-istonku, u telf t’aptit

    • komuni: togħma ta’ metall (disturb fit-togħma)

    • rari ħafna: tnaqqis fil-livelli ta’ vitamina B12 (jista’ jikkawża anemija - għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm), disturbi fit-test tal-funzjoni tal-fwied, epatite (problema fil-fwied), u ħakk.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Vokanamet


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30oC.


    Tużax Vokanamet jekk il-pakkett fih xi ħsara jew għandu sinjali ta’ tbagħbis.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Vokanamet


Vokanamet huwa disponibbli fi fliexken HDPE li ma jistgħux jinfetħu mit-tfal. Id-daqsijiet tal- pakketti huma kartun ta’ 20 u 60 pillola u kartun b’ħafna ta’ 180 pillola (3 fliexken li fihom 60 pillola l-wieħed).

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Janssen-Cilag International NV Turnhoutseweg 30

B-2340 Beerse

Il-Belġju


Manifattur Janssen-Cilag SpA Via C. Janssen Borgo San Michele 04100 Latina

L-Italja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Mundipharma BV Tél/Tel: +32 15 45 11 80

info@mundipharma.be

Lietuva

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Tel: +370 5 278 68 88

lt@its.jnj.com


България

ТП Мундифарма Гезелшафт М.Б.Х. Тел.: +359 2 962 13 56

mundipharma@mundipharma.bg

Luxembourg/Luxemburg

Mundipharma BV Tél/Tel: +32 15 45 11 80

info@mundipharma.be


Česká republika

Mundipharma GesmbH. Austria - organizační složka ČR

Tel: +420 222 318 221

office@mundipharma.cz

Magyarország Janssen-Cilag Kft. Tel.: +36 1 884 2858

janssenhu@its.jnj.com


Danmark Mundipharma A/S Tlf: +45 45 17 48 00

mundipharma@mundipharma.dk

Malta

AM MANGION LTD. Tel: +356 2397 6000


Deutschland

Janssen-Cilag GmbH Tel: +49 2137 955-955

jancil@its.jnj.com

Nederland

Mundipharma Pharmaceuticals B.V. Tel: +31 33 450 82 70

info@mundipharma.nl


Eesti

UAB "JOHNSON & JOHNSON" Eesti filiaal Tel: +372 617 7410

ee@its.jnj.com

Norge

Mundipharma AS Tlf: +47 67 51 89 00

post@mundipharma.no


Ελλάδα

Janssen-Cilag Φαρμακευτική Α.Ε.Β.Ε. Tηλ: +30 210 80 90 000

Österreich

Mundipharma Gesellschaft m.b.H. Tel: +43 1 523 25 05 -0

office@mundipharma.at

España

Mundipharma Pharmaceuticals, S.L. Tel: +34 91 3821870

infomed@mundipharma.es

Polska

Mundipharma Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 866 87 12

biuro@mundipharma.pl


France

Janssen-Cilag

Tél: 0 800 25 50 75 / +33 1 55 00 40 03

medisource@its.jnj.com

Portugal

Mundipharma Farmacêutica Lda Tel: +351 21 90 13 162

Portugal.regulatory@mundipharma.pt


Hrvatska

Johnson & Johnson S.E. d.o.o. Tel: +385 1 6610 700

jjsafety@JNJCR.JNJ.com

România

Johnson & Johnson România SRL Tel: +40 21 207 1800


Ireland

Janssen Sciences Ireland UC Tel: +353 1 800 709 122

Slovenija

Johnson & Johnson d.o.o. Tel: +386 1 401 18 00

Janssen_safety_slo@its.jnj.com


Ísland

Janssen-Cilag AB Sími: +354 535 7000

janssen@vistor.is

Slovenská republika Mundipharma Ges.m.b.H.-o.z. Tel: +421 2 6381 1611

mundipharma@mundipharma.sk


Italia

Mundipharma Pharmaceuticals Srl Tel: +39 02 3182881

infomedica@mundipharma.it

Suomi/Finland

Mundipharma Oy

Puh/Tel: +358 9 8520 2065

info@mundipharma.dk


Κύπρος

Mundipharma Pharmaceuticals Ltd Τηλ: +357 22 815656

Drug.Safety@mundipharma.com.cy

Sverige

Mundipharma AB

Tel: +46 31 773 75 30

info@mundipharma.se


Latvija

UAB "JOHNSON & JOHNSON" filiāle Latvijā Tel: +371 678 93561

lv@its.jnj.com

United Kingdom (Northern Ireland) Mundipharma Pharmaceuticals Limited Tel: +353 1 2063800


Dan il-fuljett kien approvat f’ {xahar SSSS}.


/.