Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Duloxetine Mylan
duloxetine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Duloxetine Mylan 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin Duloxetine Mylan 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin duloxetine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tkellem mat-tabib tiegħek jekk tbati minn pressjoni għolja fid-demm jew minn mard tal-qalb. It-tabib se jgħidlek jekk għandekx tieħu Duloxetine Mylan.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Li ġejjin huma raġunijiet għaliex Duloxetine Mylan jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Duloxetine Mylan jekk:

Jekk f’xi kwalunkwe mument kellek xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek, tkellem mat- tabib tiegħek jew mur minnufih l-isptar.


Tista’ tkun ta’ għajnuna li tgħid lil xi ħadd li jiġi minnek jew lil xi ħabib tal-qalb li inti qed/a tbati mid- depressjoni jew li għandek xi problema ta’ ansjetà, u għidilhom biex jaqraw dan il-fuljett. Tista’ tgħidilhom biex jgħidulek jekk jaħsbux li d-depressjoni u l-ansjetà tiegħek m’humiex sejrin għall- agħar jew jekk huma inkwetati dwar tibdil fl-imġiba tiegħek.


Użu fit-tfal jew adolexxenti taħt it-tmintax-il sena

Normalment Duloxetine Mylan m’għandux jintuza fit-tfal u f’adolexxenti taħt it-tmintax-il sena. Għandek tkun taf ukoll li pazjenti taħt it-18 għandhom riskju ogħla ta’ effetti sekondarji bħal tentattiv ta’ suwiċidju, ħsibijiet suwiċidali u ostilità (l-iżjed aggressjoni, imġiba konfrontali u rabja) meta jieħdu dan it-tip ta’ medicini. Madankollu, it-tabib tiegħek jista’ jordna Duloxetine Mylan lil pazjenti taħt it- 18 għax jiddeċiedi/tiddeċiedi li huwa fl-aħjar interess għalihom. Jekk it-tabib ordna Duloxetine Mylan għal pazjent taħt it-18 u tixtieq xi spjegazzjonijiet, jekk jogħġbok erġa’ mur għand it-tabib tiegħek. Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk jiżviluppaw jew jiggravaw xi sintomi li ssemmew hawn fuq, meta pazjenti taħt it-18 ikunu qegħdin jieħdu Duloxetine Mylan. Barra minn hekk, f’dan il-grupp ta’ età, l- effetti tas-sigurtà fit-tul ta’ Duloxetine Mylan għadhom ma ġewx ippruvati, f’dak li għandu x’jaqsam

l-iżvilupp tal-ġisem, il-maturazzjoni, u l-iżvilupp kemm konjittiv kif ukoll tal-mod ta’ komportament.


Mediċini oħra u Duloxetine Mylan

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk ta’ mingħajr riċetta.


Is-sustanza l-aktar importanti f’Duloxetine Mylan, duloxetine, hija użata f’medicini oħra għal kundizzjonijiet oħra:


Rappurtar tal-effetti sekondarji

image

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  1. Kif taħżen Duloxetine Mylan


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

    Pakketti tal-fliexken biss:

    Uża fi żmien 6 xhur wara li tiftħu.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Duloxetine Mylan

Is-sustanza attiva hi duloxetine.

Kull kapsula fiha 30 mg jew 60 mg ta’ duloxetine (bħala hydrochloride).


Is-sustanzi l-oħra huma :

Kontenut tal-kapsula: Sferi taz-zokkor (sucrose, maize starch), hypromellose, Macrogol, Crospovidone, talc, sucrose, hypromellose phthalate, diethyl phthalate


Qoxra tal-kapsula: Brilliant blue (E133), yellow iron oxide (172) (60 mg biss), titanium dioxide (E171), gelatin u linka tad-deheb li tista’ tittiekol (30 mg biss) jew linka bajda li tista’ tittiekol (60 mg biss).

Linka tad-deheb li tista’ tittiekol: shellac, propylene glycol, strong ammonia solution, yellow iron oxide (E172).

Linka bajda li tista’ tittiekol: shellac, propylene glycol, sodium hydroxide, povidone, titanium dioxide (E171).


Kif jidher Duloxetine Mylan u l-kontenut tal-pakkett

Duloxetine Mylan issibu bħala kapsula gastro-reżistenti, iebsa. Kull kapsula ta’ Duloxetine Mylan fiha pritkuni ta’ duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċtu ta’ l-istonku.


Duloxetine Mylan hu disponibbli f’2 qawwiet: 30 mg and 60 mg

Il-kapsuli Duloxetine Mylan 30 mg għandhom għatu blu opak u korp abjad opak, stampati b’linka tad- deheb b’MYLAN ’fuq ‘DL 30 ’kemm fuq l-għatu kif ukoll fuq il-korp.

Il-kapsuli Duloxetine Mylan 60 mg għandhom għatu blu opak u korp isfar opak, stampati b’linka bajda b’MYLAN ’fuq ‘DL 60 ’kemm fuq l-għatu kif ukoll fuq il-korp.


Duloxetine Mylan 30 mg hu disponibbli f’pakketti bil-folji li jkun fihom 7, 14, 28, 49, 98 u f’pakkett multiplu ta’ 98 li jkun fih 2 kartuniet, li kull waħda jkun fiha 49 kapsula, f’pakketti ta’ folji perforati li jkun fihom 7 x 1, 28 x 1, 30 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun fihom 30, 100, 250, 500 kapsula u dessikant. Tikolx id-dessikant.


Duloxetine Mylan 60 mg hu disponibbli f’pakketti bil-folji li jkun fihom 14, 28, 49, 84, 98 u f’pakkett multiplu ta’ 98 li jkun fih 2 kartuniet, li kull waħda jkun fiha 49 kapsula, f’pakketti ta’ folji perforati li jkun fihom 28 x 1, 30 x 1, u 100 x 1 kapsula u fi fliexken li jkun fihom 30, 100, 250 u 500 kapsula u dessikant. Tikolx id-dessikant.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

Mylan Pharmaceuticals Limited, Damastown Industrial Park, Mulhuddart, Dublin 15, DUBLIN, L- Irlanda


Manifatturi:

McDermott Laboratories Limited t/a Gerard Laboratories t/a Mylan Dublin, Unit 35/36 Baldoyle Industrial Estate, Grange Road, Dublin 13, L-Irlanda


Mylan Hungary Kft., Mylan utca 1, Komárom 2900, L-Ungerija

Mylan Germany GmbH, Zweigniederlassung Bad Homburg v. d. Hoehe, Benzstrasse 1, Bad Homburg

v. d. Hoehe, Hessen, 61352, Il-Ġermanja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 32 (0)2 658 61 00

Lietuva

Mylan Healthcare UAB Tel: +370 5 205 1288


България

Майлан ЕООД

Тел: +359 2 44 55 400

Luxembourg/Luxemburg

Mylan bvba/sprl

Tel: + 32 (0)2 658 61 00

(Belgique/Belgien)


Česká republika

Mylan Healthcare CZ s.r.o. Tel: +420 222 004 400

Magyarország

Mylan EPD Kft

Tel: + 36 1 465 2100


Danmark

Viatris ApS

Tlf: +45 28 11 69 32

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd. Tel: + 356 21 22 01 74


Deutschland

Viatris Healthcare GmbH Tel: +49 800 0700 800

Nederland

Mylan BV

Tel: +31 (0)20 426 3300


Eesti

BGP Products Switzerland GmbH Eesti filiaal

Tel: +372 6363 052

Norge

Viatris AS

Tlf: + 47 66 75 33 00


Ελλάδα

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ Τηλ: +30 210 993 6410

Österreich

Arcana Arzneimittel GmbH Tel.: +43 1 416 2418


España

Viatris Pharmaceuticals, S.L.U. Tel: + 34 900 102 712

Polska

Mylan Healthcare Sp. z o.o. Tel: + 48 22 546 64 00


France

Viatris Santé

Tél : +33 4 37 25 75 00

Portugal

Mylan, Lda.

Tel: + 351 21 412 72 56


Hrvatska

Mylan Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 23 50 599

România

BGP Products SRL Tel: + 40 372 579 000

Ireland

Mylan Ireland Limited Tel: +353 1 8711600

Slovenija

Mylan Healthcare d.o.o. Tel: + 386 1 23 63 180


Ísland

Icepharma hf

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika Viatris Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 32 199 100


Italia

Mylan Italia S.r.l

Tel: + 39 02 612 46921

Suomi/Finland

Viatris Oy

Puh/Tel: +358 20 720 9555


Κύπρος

Varnavas Hadjipanayis Ltd Tel: + 357 2220 770099403969

Sverige

Viatris AB

Tel: + 46 (0)8 630 19 00


Latvija

Mylan Healthcare SIA Tel: + 371 676 055 80

United Kingdom (Northern Ireland)

Mylan IRE Healthcare Limited Tel: +353 18711600


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f


.