Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Dukoral
cholera vaccine (inactivated, oral)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


DUKORAL, suspensjoni u trab li jfexfex għal suspensjoni għal użu orali

Vaċċin kontra l-kolera (inattivat, orali)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża dan il-vaċċin peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F'dan il-fuljett:

  1. X’inhu Dukoral u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Dukoral

  3. Kif għandek tuża Dukoral

4. Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen Dukoral

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X'inhu Dukoral u għalxiex jintuża


    Dukoral huwa vaċċin orali għal kontra l-kolera li jistimula d-difiża immunoloġika ta’ l-imsaren. Il-

    vaċċin jipproteġi l-adulti u tfal mill-età ta’ sentejn kontra l-kolera.


    Dukoral jikkawża lil ġismek jipproduċi l-protezzjoni tiegħu stess kontra l-kolera. Wara li jitlaqqam, ġismek jagħmel sustanzi msejħin antikorpi, li jiġġieldu l-batterji tal-kolera u t-tossin li jikkawżaw dijarrea.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Dukoral Tużax Dukoral

    • jekk inti allerġiku għal xi sustanzi li jinsabu fil-vaċċin jew għal formaldehyde (elenkati fis-

      sezzjoni 6).

    • jekk għandek xi problema akuta fl-istonku jew infezzjoni bid-deni (vaċċinazzjoni għandha tiġi

      differita).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Dukoral

    • jekk qed tieħu xi kura medika li taffettwa lis-sistema immunitarja

    • jekk għandek marda fis-sistema immunitarja (inkluż infezzjoni tal-HIV).

      Il-vaċċin jista’ jagħtik livell ta’ protezzjoni aktar baxx minn dak li jipprovdi lil nies b’sistemi immunitarji b’saħħithom.


      Il-vaċċin ma jagħtix protezzjoni sħiħa u huwa importanti li wieħed jaderixxi mal-parir tad-dieta u

      iġjene biex jevita mard b’dijarea.

      Tfal

      Tagħtix dan il-vaċċin lil tfal iżgħar minn sentejn minħabba li l-protezzjoni ma ġietx studjata f’dan il- grupp.


      Mediċini oħra u Dukoral

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Tiħux mediċina oħra minn siegħa qabel sa siegħa wara li tieħu l-vaċċin.


      Dukoral mal-ikel u xorb

      Evita li tiekol u tixrob minn siegħa qabel sa siegħa wara l-vaċċinazzjoni.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-vaċċin..


      Sewqan u tħaddim ta' magni

      Ma hemm ebda raġuni l-għala wieħed għandu jissuspetta li DukoralDukoral jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.


      Dukoral fih sodium

      Dukoral fih madwar 1.1 g ta’ sodium f’ kull doża. Dan għandu jitqies f’pazjenti li jikkontrollaw l- ammont ta’ sodium li jieħdu fid-dieta.


  3. Kif għandek tuża Dukoral


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

    Adulti u tfal mill-età ta' 6 snin: Il-vaċċinazzjoni primarja hija ta’ 2 dożi meħudin oralment (mill-ħalq) għallinqas ġimgħa 1 (sa 6 ġimgħat) minn xulxin.

    • Ħu l-ewwel doża mhux aktar tard minn ġimagħtejn qabel titlaq għall-vjaġġ tiegħek.

    • Ħu t-tieni doża għallinqas ġimgħa wara l-ewwel doża u għallinqas ġimgħa qabel il-vjaġġ tiegħek.

      Biex il-protezzjoni tibda, hemm bżonn ta’ madwar ġimgħa 1 wara l-aħħar doża.

      Għal ħarsien kontinwu, vaċċinazzjoni mill-ġdid hija rakkomandata fi żmien sentejn. Jekk ħadt l-aħħar doża tal-vaċċin inqas minn sentejn ilu, doża waħda ġġedded il-protezzjoni tiegħek. Jekk qabżu s- sentejn mill-aħħar doża tal-vaċċinazzjoni li tkun ħadt, il-vaċċinazzjoni primarja (2 dożi) għandha tiġi ripetuta.


      Tfal mill-età ta' bejn 2 sa inqas minn 6 snin: Il-vaċċinazzjoni primarja hija ta’ 3 dożi meħudin oralment (mill-ħalq) għallinqas ġimgħa 1 (sa 6 ġimgħat) ’il bogħod minn xulxin. Nofs l-ammont biss tas-soluzzjoni baffer għandha titħallat mal-vaċċin.

    • Agħti l-ewwel doża lit-tifel/tifla tiegħek mhux aktar tard minn 3 ġimgħat qabel titlaq għall- vjaġġ tiegħek.

    • Agħti t-tieni doża lit-tifel/tifla tiegħek għallinqas ġimgħa wara l-1 doża.

    • Agħti t-tielet doża għallinqas ġimgħa wara t-tieni doża u għallinqas ġimgħa qabel il-vjaġġ tiegħek.

Biex il-protezzjoni tibda, hemm bżonn ta’ madwar ġimgħa 1 wara l-aħħar doża.

Għal ħarsien kontinwu, vaċċinazzjoni mill-ġdid hija rakkomandata fi żmien 6 xhur. Jekk ikunu għaddew inqas minn 6 xhur mill-aħħar vaċċinazzjoni, doża waħda ġġedded il-protezzjoni. Jekk ikunu qabżu sitt xhur mill-aħħar vaċċinazzjoni, il-vaċċinazzjoni primarja (3 dożi) għandha tiġi ripetuta.


Is-suspensjoni fornuta fi flixkun tal-ħġieġ ta’ doża waħda hija suspensjoni bajdanija. Kull flixkun jiġi f’pakkett ta’ qartas wieħed li fih trab effervexxenti bojod ta’ sodium hydrogen carbonate. Il-trab effervexxenti għandhu jiddewwbu f’tazza ilma friska, u s-soluzzjoni buffer li tirriżulta għandha

titħallat mas-suspensjoni. Huwa importanti li tuża s-soluzzjoni buffer, minħabba li din tipproteġi lill- vaċċin kontra l-aċidu gastriku.


Ixrob it-taħlita kollha fi żmien sagħtejn wara li tħallat mas-soluzzjoni buffer.


Struzzjonijiet għall-użu:


image


  1. Biex tipprepara s-soluzzjoni buffer, dewweb il-trab li jfexfex f’tazza ilma frisk (madwar 150 ml)

    billi tħawwad bil-mod.

    Ma għandek tuża ebda likwidu ieħor.

    Għal tfal ta’ bejn 2 sa inqas minn 6 snin: armi nofs is-soluzzjoni buffer.


  2. Ħawwad is-suspensjoni Dukoral® tal-vaċċin (flixkun 1 = doża 1).


  3. Ferra’ l-kontenut tal-flixkun tas-suspensjoni Dukoral® fit-tazza tas-soluzzjoni buffer (ara 1).

Ħawwad bil-mod.


4. Ixrob it-taħlita kollha fi żmien sagħtejn. Evita l-ikel u x-xorb minn siegħa qabel sa siegħa wara t- taħlita.


Jekk tieħu Dukoral aktar milli suppost

Jekk tieħu d-dożi inqas minn ġimgħa l-bogħod minn xulxin, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

Minħabba li kull flixkun ta’ Dukoral fih biss doża waħda, mhuwiex probabbli li tittieħed doża eċċessiva.

Jekk ħadt aktar minn doża waħda f’ħin partikolari, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew

lill-infermier tiegħek.


Jekk tinsa tieħu Dukoral.

Tista’ tieħu t-tieni doża ta’ Dukoral sa 6 ġimgħat wara l-ewwel doża (tfal minn sentejn sa inqas minn

6 snin iridu jieħdu 3 dożi). Jekk ikunu għaddew aktar minn 6 ġimgħat, ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-vaċċin, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, Dukoral tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Ikkuntattja tabib minnufih jekk tesperjenza l-effetti sekondarji serji li ġejjin:

    • dijarrea severa b’telf ta’ ilma mill-ġisem

    • reazzjonijiet allerġiċi severi li jikkawżaw nefħa tal-wiċċ jew tal-griżmejn u qtugħ ta’ nifs


      Effetti sekondarji oħrajn:

      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

    • Dijarea, uġigħ fl-istonku, brim fl-istonku, stonku jgerger, stonku minfuħ, gass fl-istonku, skonfort ġenerali ta’ l-istonku

    • Uġigħ ta’ ras


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

    • Deni

    • Sensazzjoni li ma tħossokx tajjeb, tħossok stordut/a

    • Dardir (tħossok ma tiflaħx), rimettar, nuqqas t’aptit / kważi aptit ta’ xejn

    • Irritazzjoni b’nefħa ġewwa l-imnieħer u sogħla.


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000)

    • Raxx

    • Uġigħ fil-griżmejn, tnaqqis fis-sens ta’ togħma

    • Għejja, tħossok għajjien/a

    • Issir għarqan/a, tertir

    • Uġigħ fil-ġogi

    • Diffikultà biex torqod


      Effetti sekondarji oħrajn (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-data disponibbli)

    • Sintomi bħal tal-influwenza, disturbi tan-nifs, tertir, uġigħ ġenerali, dgħjufija

    • Ħorriqija, ħakk

    • Nefħa tal-glandoli limfatiċi

    • Nuqqas ta’ sensazzjoni jew tingiż

    • Pressjoni tad-demm għolja


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  2. Kif taħżen Dukoral


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax Dukoral wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi

    tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar. Aħżen fi friġġ (2°C – 8°C). Tagħmlux fil-friża.


    Il-prodott fil-flixkun u qartas mhux miftuħ, maħżun fil-kartuna ta’ barra, huwa stabbli f’temperaturi sa 25oC għal perjodu ta’ 14-il jum. Fi tmiem dan il-perjodu, il-prodott għandu jintuża jew jintrema.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Dukoral:

sodium, sodium citrate u essenza tat-tut.


Kif jidher Dukoral u l-kontenut tal-pakkett:

Dukoral jiġi bħala suspensjoni u trab li jfexfex għal suspensjoni orali. Is-suspensjoni hija ta’ lewn

bajdani li jiġi fornut fi flixkun. Il-trab li jfexfex huma bojod b’togħma ta’ lampun fornuti f'qartas.


Dukoral issibu f’pakketti ta’ 1, 2 u 20 doża. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq Valneva Sweden AB, 105 21 Stokkolma, l-Iżvezja. infodukoral@valneva.com


l-Manifattur

Valneva Sweden AB, Gunnar Asplunds allé 16, SE-171 69 Solna, l-Iżvezja.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS


.


Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.