Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Preotact
parathyroid hormone (rDNA)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Preotact 100 mikrogramm trab u solvent g ħal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal- lest

Ormon tal-paratirojde


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Preotact u għal xiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Preotact

  3. Kif għandek tuża Preotact

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Preotact

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Preotact u għal xiex jintuża


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Preotact jintuża biex tiġi ttrattata l-osteoporożi f’nisa fil-fażi ta’ wara l-menopawsa f’riskju għoli ta’ ksur. L-osteoporożi hija marda li twassal biex l-għadam jirqaq u jsir fraġli. Hija komuni l-aktar f’nisa li qabżu l-menopawsa. Il-marda tavvanza b’mod gradwali u għalhekk, għall-ewwel, inti tista’ ma tħoss l-ebda sintomi. Iżda jekk ikollok l-osteoporożi, din tagħmlek aktar suxxettibbli li tikser l-għadam, speċjalment fis-sinsla tiegħek, ġenbek u l-polz. Tista’ tikkawża wkoll uġigħ fid-dahar, telf tat-tul, u dahar mgħawweġ.


    Preotact inaqqas ir-riskju li tikser l-għadam tas-sinsla minħabba li jżid il-kwalità u s-saħħa ta’ l- għadam tiegħek.

    Intwera li Preotact inaqqas ir-riskju ta’ ksur għal ġenbejk.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Preotact


    Tużax Preotact:

    • Jekk int allerġiku/a għall-ormon tal-paratirojde jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina

      elenkata fis-sezzjoni 6;

    • jekk ser ikollok jew għamilt terapija bir-radjazzjoni għall-iskeletru;

    • jekk għandek kanċer tal-għadam;

    • jekk tbati minn livelli għolji ta’ kalċju fid-demm tiegħek jew disturbi oħra fil-metaboliżmu

      tal-kalċju u l-fosfru;

    • jekk għandek mard ieħor ta’ l-għadam (inkluż l-iperparatirojdiżmu jew il-marda ta’ Paget);

    • jekk għandek livelli għoljin ta’ alkaline phosphatase (enzima li tiġi prodotta mill-organiżmu:

      tista’ tkun sinjal għal ċertu kundizzjonijiet mediċi marbuta mal-għadam u l-fwied);

    • jekk tbati minn problemi serji fil-kliewi;

    • jekk tbati minn mard serju tal-fwied;


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tuża Preotact jekk inti

    • għandek livell għoli ta’ kalċju fl-awrina tiegħek

    • tbati minn ħaġar fil-kliewi

    • tieħu mediċina għall-qalb (eż. digosxin magħruf ukoll bħala diġitalis)


      Kejl tal-livelli tal-kalċju fid-demm u/jew fl-awrina


      It-tabib tiegħek se jiċċekkja r-rispons tiegħek għall-kura f’intervalli regolari. It-tabib tiegħek ser jagħmillek testijiet tad-demm sabiex ikejjel il-livell ta’ kalċju fid-demm tiegħek u/jew fl-awrina, fl-1, it-3 u s-6 xahar wara l-bidu tat-trattament tiegħek bi Preotact.


      Tfal u adolexxenti


      Preotact m’għandux jintuża fi tfal jew adolexxenti li għadhom m’għalqux 18-il sena.


      Mediċini oħra u Preotact:


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini

      oħra.


      Għandek tuża Preotact b’attenzjoni jekk qed tirċievi mediċina għall-qalb (eż. digoxin magħruf ukoll

      bħala diġitalis).


      Tqala u treddigħ

      Staqsi lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina Tużax Preotact jekk inti tqila jew qiegħda tredda’.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Sewqan u tħaddim ta’ magni:


      Jekk tħossok storduta, inti m’għandekx issuq jew tħaddem magni qabel ma tħossok aħjar.


      Pretact fih anqas minn 1 mmol ta’ sodju (23 mg) għal kull doża.

      Dan ifisser li prattikament huwa “mingħajr sodju”.


  3. Kif għandek tuża Preotact


    Dejjem għandek tuża Preotact skond il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek

    mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Dożaġġ


    Id-doża rakkomandata ta’ Preotact hija 100 mikrogramma kuljum.


    It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tieħu kalċju u vitamina D supplimentari. It-tabib tiegħek se

    jgħidlek kemm għandek tieħu kuljum.


    Metodu ta’ kif għandu jingħata


    Qabel ma tintuża għall-ewwel darba, il-mediċna fil-pinna mimlija għal-lest ta’ Preotact għandha titħallat (jekk jogħġbok irreferi għall-“Istruzzjonijiet dwar l-użu”.)


    Wara li tkun għamilt dan, il-pinna mimlija għal-lest ta’ Preotact hija lesta biex tintuża u l-mediċina

    hija lesta biex tiġi injettata ġoż-żaqq (taħt il-ġilda).


    Meta ma tkunx qed tużha, poġġi l-pinna mimlija għal-lest lura ġol-friġġ..

    Tagħrif importanti għal meta tuża Preotact

    • Injetta lilek innifsek bi Preotact ftit wara li to ħroġ il-pinna mimlija għal-lest mill-friġġ

    • Erġa’ poġġi l-pinna mimlija għal-lest ta’ Preotact fil-friġġ immedjatament wara li tużaha.

      Tħawwadx il-pinna mimlija għal-lest (la qabel u lanqas wara l-injezzjoni) billi dan jista’ jeqred l-effett tal-mediċina

    • Uża labra ġdida għal kull injezzjoni u armi l-labra wara kull użu

    • Qatt m’għandek taħżen il-pinna mimlija għal-lest tiegħek bil-labra mwaħħla

    • Dejjem waħħal labra ġdida qabel ma tuża.

    • Qatt m’għandek taqsam il-pinna mimlija għal-lest tiegħek ma’ ħaddieħor.


      Għal struzzjonijiet dwar kif għandek tuża l-pinna mimlija għal-lest, jekk jogħġbok aqra l- “Istruzzjonijiet dwar l-użu”.


      Tul tal-kura


      Kompli uża Preotact għaż-żmien kollu li qallek it-tabib tiegħek – normalment mhux aktar minn 24 xahar.


      Jekk tuża Preotact aktar milli suppost


      Jekk, bi żball, tinjetta aktar minn doża waħda ta’ Preotact f’jum wieħed, ikkuntattja minnufih lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


      Jekk tinsa tuża Preotact


      Jekk tinsa tieħu Preotact (jew ma tistax tieħu Preotact fil-ħin tas-soltu tiegħek), ħudu mill-aktar fis possibbli f’dik il-ġurnata.

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Qatt m’għandek tinjetta aktar minn doża waħda fl-istess ġurnata.

      M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Preotact:


      Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk qed tikkonsidra li twaqqaf it-trattament bi Preotact qabel ma ttemm il- perjodu preskritt.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, Preotact jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 f’10);

    • livell ogħla ta’ kalċju fid-demm,

    • livell ogħla ta’ kalċju fl-awrina,

    • dardir.


      Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 f’kull 10):

    • uġigħ fid-dahar,

    • stitikezza, dijarea

    • saħħa anqas fil-muskoli, bugħawwieġ fil-muskoli, sturdament,

    • ħmura (eritema) fuq il-ġilda fil-post tal-injezzjoni,

    • taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari,

    • uġigħ ta’ ras,

    • uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn (estremitajiet),

    • taqlib fl-istonku, rimettar

    • għeja.


      Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna 1 f’100):

    • uġigħ addominali,

    • influwenza,

    • żieda fil-livell ta’ aċidu uriku fid-demm,

    • żieda fil-livell ta’ alkaline phosphatase fid-demm,

    • irritazzjoni tal-ġilda fil-post tal-injezzjoni,

    • nuqqas t’ aptit,

    • disturb tax-xamm, u disturb tat-togħma.


      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


  5. Kif taħżen Preotact


    Żommu din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-pinna mimlija għal-lest u fuq il- kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Qabel tħallat


    • Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

    • Tagħmlux fil-friża.

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Żomm Preotact protett mid-dawl.


      Wara t-taħlit

    • Aħżen fi friġġ (2-8°C).

    • Tagħmlux fil-friża.

    • Għandek iżżomm il-pinna mimlija għal-lest għal massimu ta’ 28 ġurnata fi friġġ. M’għandekx tuża din il-mediċina għal aktar minn 28 jum wara li tkun tħalltet.

    • Tista’ żżomm il-pinna mimlija għal-lest sa 7 ijiem barra mill-friġġ (taħt temperatura ta’ 25°C)

      matul il-perjodu t’użu ta’ 28 jum

    • M’għandekx tuża din il-mediċina jekk ma nżammetx maħżuna b’mod korrett, anke jekk ma

      tintużax.

    • M’għandekx tuża din il-mediċina jekk tinduna li saret imdardra jew ħadet il-kulur.


      Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

      għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Preotact

Is-sustanza attiva hija l-ormon tal-paratirojde. Kull pinna mimlija lesta fiha 1.61 mg ta’ ormon

tal-paratirojde li jikkorispondi għal 14-il doża. Wara r-rikostituzzjoni, kull doża ta’ 71.4 mikrolitru fiha 100 mikrogrammi ta’ ormon tal-paratirojde.


Is-sustanzi l-oħra huma:

It-trab fih


Kif jidher Preotact u l-kontenut tal-pakkett


Preotact huwa trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest. Preotact jiġi f’pinna mimlija għal-lest. L-ewwel kompartiment fih 1.61 mg ta’ trab u t-tieni kompartiment fih 1.13 ml ta’ solvent.

Preotact jiġi f’pakketti ta’ 2 pinen mimlijin għal-lest. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

NPS Pharma Holdings Limited Grand Canal House

1 Grand Canal Street Upper

Dublin 4 L-Irlanda


Manifattur

Nycomed Danmark ApS Langebjerg 1

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

DK-4000 Roskilde Id-Danimarka


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS


il-Mediċini: https://www.ema.europa.eu.

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU


PREOTACT


IL-PINNA MIMLIJA GĦAL-LEST


Il-pinna mimlija għal-lest ta' Preotact ġiet maħsuba speċjalment biex jagħmilha faċli għalik biex tieħu

l-kura għall-osteoporożi tiegħek.


Qabel ma tieħu l-ewwel injezzjoni tiegħek b' pinna mimlija għal-lest ġdida inti għandek iżżid labra u tħawwad il-mediċina billi ssegwi l-istruzzjonijiet f'dan il-fuljett. Ħallat biss pinna waħda fi kwalunkwe ħin.


Il-pinna mimlija għal-lest fiha mediċina għal 14-il jum.


Kull jum għandek tiċċekkja li l-mediċina hija ċara, żid labra ġdida, ħu l-injezzjoni fl-addome tiegħek u

mbagħad armi l-labra qabel ma terġa taħżen il-pinna mimlija għal-lest tiegħek fil-friġġ (2-8°C).


Il-pinna mimlija għal-lest qabel it-taħlita:


image

Buttuna li tirrilaxxa Kontatur tad-dożi


Buttuna

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

tal-injezzjoni


Il-qoxra tal-pinna


Il-parti ta’ quddiem Għatu


Il-pinna mimlija għal-lest wara t-taħlita:


image

image


Jekk jogħġbok aqra sew l-informazzjoni f'dawn il-kaxex - fihom tagħrif importanti għalik.


  1. istadji li għandek tgħaddi minnhom b'pinna ġdida mimlija għal-lest:

    • Żid labra

    • Ħallat il-mediċina

    • Neħħi l-arja residwali (ipprajmja l-pinna)

    • Ħu doża ta' kuljum jew aħżen il-pinna mimlija għal-lest tiegħek


  1. istadji li għandek tgħaddi minnhom għal kull waħda mill-14-il injezzjoni tiegħek:


    • Żid labra

    • Ħu l-injezzjoni ta' kuljum tiegħek

    • Aħżen il-pinna mimlija għal-lest


      image


      image

      Il-kontatur tad-dożi Il-labra

      image

      Il-pinna mimlija

      Indiċi

      għal-lest hi mimlija


      Għadd ta’ dożi li fadal


      Il-p-inna mimlija għal-lest hi vojta


      Labra

      Il-qoxra ta’ barra tal-labra


      Il-qoxra ta’ ġewwa tal-labra


      Meta inti tirċievi il-pinna mimlija għal-lest tiegħek l-kontatur tad-dożi juri biex juri li huwa mimli. Meta l-kontatur tad-dożi ikun fuq '0, il-pinna mimlija għal-lest hija vojta u inti trid tie ħu pinna ġdida mimlija għal-lest.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Meta żżid labra


      image

      Aħsel idejk b'ilma u sapun qabel ma tmiss il- pinna mimlija għal-lest.


      image

      Iġbed l-għadu min-naħa ta' quddiem tal-pinna mimlija għal-lest.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      image Qaxxar il-karta protettiva mill-għatu tal-labra.


      image

      image

      Żomm it-tarf ċar ta' quddiem tal-pinna mimlija għal-lest u invita l-labra sew ġot-tarf ċar ta' quddiem tal-pinna mimlija għal-lest.


      Oqgħod attent li ma tagħfasx l-buttuna tar-rilaxx safra waqt li inti tkun qed iżomm il-pinna mimlija għal-lest - jekk aċċidentalment inti tagħmel hekk, il-buttuna blu tal-injezzjoni ser toħroġ 'il barra. Timbuttax lura sakemm inti tkun mitlub tagħmel hekk f'dan il-fuljett.


      Biex tħallat il-mediċina


      image

      klikk” Ipponta l-labra dritt 'il fuq

      • Invita l-pinna mimlija għal-lest flimkien sakemm il- parti ċara ta' quddiem u l-korp tal-pinna jiltaqgħu. Inti ser tisma' u tħoss klikk fl-aħħar.


        image

        • Dawwar il-pinna mimlija għal-lest lura u 'l quddiem bil-mod għal xi ftit drabi biex tħallat il- mediċina.

        • Ħalliha toqgħod għal madwar minuta sakemm

          Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

          il-mediċina tkun tħalltet kompletament.

        • Iċċekkja li l-mediċina tkun ċara.


M'għandekx tħawwad il-pinna mimlija għal-lest


image

It-tħejjija għall-użu tal-pinna mimlija g ħal-lest - tneħħija tal-arja (ipprajmjar)


image

Agħfas il-buttuna tager-rilaxx safra biex tirrilaxxa l-buttuna tal-injezzjoni blu.


image

image


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

“klikk”


Iġbed iż-żewġ għotjien tal-labra 'l barra. Żomm l-għatu ta' barra tal-labra peress li ser ikollok bżonnu biex tneħħi l-labra wara

l-injezzjoni.


Ippunta l-labra 'l fuq u agħfas il-buttuna tal-injezzjoni blu sakemm tkun magħfusa kollha.

Għandek tisma "klikk" (ara stampa).

image

Dan ser jirrilaxxa ħafna mill-arja ġol-pinna mimlija għal-lest u jissejjaħ "ipprajmjar".