DuoTrav
travoprost, timolol
travoprost/timolol
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu DuoTrav u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tuża DuoTrav
Kif għandek tuża DuoTrav
Effetti sekondarji possibli
Kif taħżen DuoTrav
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
DuoTrav soluzzjoni ta’ qtar għall-għajnejn huwa taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi (travoprost u timolol). Travoprost huwa analogu ta’ prostaglandin li jaħdem billi jżid il-ħruġ ta’ fluwidu milwiem mill-għajn, u dan ibaxxi l-pressjoni. Timolol huwa mblokkatur tar-riċetturi beta li jaħdem billi jnaqqas il- produzzjoni ta’ likwidu fl-għajn. Iż-żewġ sustanzi jaħdmu flimkien biex ibaxxu l-pressjoni ġewwa l- għajn.
DuoTrav qtar għall-għajnejn jintuża għal kura ta’ pressjoni għolja fl-għajn fl-adulti, inkluż l-anzjani. Din il-pressjoni għolja tista’ twassal għall-marda li tissejjaħ glawkoma.
jekk inti allerġiku għal travoprost, prostaglandins, timolol, imblokkaturi tar-riċetturi beta jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).
jekk għandek jew kellek fil-passat problemi respiratorji bħal ażżma, bronkite ostruttiva kronika severa (marda severa tal-pulmun li tista’ tikkawża tħarħir, diffikultà biex tieħu n-nifs u/jew
sogħla li ddum biha), jew tipi oħra ta’ problemi relatati man-nifs.
jekk għandek hay fever severa.
jekk għandek rata ta’ taħbit tal-qalb baxxa, insuffiċjenza tal-qalb jew disturb fir-ritmu tal-qalb (taħbit tal-qalb irregolari).
jekk il-wiċċ ta’ għajnejk huwa mċajpar.
Jekk xi wieħed minn dawn japlika għalik, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża DuoTrav jekk għandek jew kellek fil-passat
marda tal-koronarji tal-qalb (sintomi jistgħu jinkludu uġigħ fis-sider jew tagħfis. qtugħ ta’ nifs jew tifga), insuffiċjenza tal-qalb, pressjoni baxxa.
disturbi fir-rata tal-qalb bħal qalb tħabbat bil-mod.
problemi fin-nifs, ażżma jew marda ostruttiva kronika tal-pulmun.
marda ta’ ċirkolazzjoni ħażina tad-demm (bħal marda ta’ Raynaud jew sindrome ta’ Raynaud).
dijabete (peress li timolol jista’ jgħatti sinjali u sintomi ta’ zokkar baxx fid-demm).
attività żejda tal-glandola tat-tirojde (peress li timolol jista’ jgħatti sinjali u sintomi ta’ marda tat-tirojde).
mijastenija gravis (debbulizza newromuskolari kronika).
kirurġija tal-katarretti.
infjammazzjoni fl-għajnejn.
Jekk teħtieġ tagħmel xi tip ta’ operazzjoni, għid lit-tabib tiegħek li qed tuża DuoTrav peress li timolol jista’ jbiddel l-effetti ta’ xi mediċini użati waqt il-loppju.
Jekk ikollok xi reazzjoni allerġika severa (raxx fil-ġilda, ħmura u ħakk fl-għajn) waqt li qed tuża DuoTrav, tkun xi tkun il-kawża, trattament bl-adrenalina jista’ ma’ jkunx daqshekk effettiv. Għalhekk, meta tkun se tirċievi xi trattament ieħor, huwa importanti li tgħid lit-tabib li qed tuża DuoTrav.
DuoTrav jista’ jbiddel il-kulur tal-ħabba tal-għajn (il-parti kkulurita ta’ għajnejk). Din il-bidla tista tkun permanenti.
DuoTrav jista’ jżid it-tul, il-ħxuna, il-kulur u/jew in-numru ta’ xagħar ta’ l-għajnejn u jista’ jikkawża tkabbir ta’ xagħar mhux tas-soltu fuq il-kappell tal-għajn.
Travoprost jista’ jiġi assorbit mill-ġilda u għalhekk m’għandux jintuża minn nisa tqal jew li qed jippruvaw joħorġu tqal. Jekk il-mediċina tiġi f’kuntatt mal-ġilda għandha titneħħa minnufih permezz ta’ ħasil.
DuoTrav m’għandux jintuża minn tfal u adoloxxenti b’età inqas minn 18-il sena.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inklużi mediċini miksuba mingħajr riċetta tat-tabib.
DuoTrav jista’ jaffetwa jew jiġi affetwat minn mediċini oħra li qed tuża, nkluż qtar għall-għajnejn oħra għall-kura tal-glawkoma. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża jew bi ħsiebek tuża mediċini li jbaxxu l-pressjoni tad-demm, mediċini għall-qalb inkluż quinidine (użat għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-qalb u ċertu tipi ta’ malarja), mediċini għall-kura tad-dijabete jew l-antidepressanti fluoxetine jew paroxetine.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Tużax DuoTrav jekk inti tqila sakemm it-tabib tiegħek ma jikkunsidrax dan neċessarju. Jekk tista’ toħroġ tqila għandek tuża kontraċezzjoni adegwata waqt li qed tuża l-mediċina.
Tużax DuoTrav jekk qed tredda’. DuoTrav jista’ joħroġ fil-ħalib tiegħek.
Għandek mnejn issib li l-vista tiegħek tkun imċajpra għal xi ħin wara li tuża DuoTrav. DuoTrav jista’ jikkawża wkoll alluċinazzjonijiet, sturdament, nervi jew għeja f’xi pazjenti.
M’għandekx tagħmel użu minn għodda jew tħaddem magni qabel ma l-effett ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi jitlaq.
Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rakkomandata hija qatra waħda ġo l-għajn jew għajnejn affettwati darba kuljum filgħodu jew filgħaxija. Uża fl-istess ħin kuljum.
Uża DuoTrav f’għajnejk it-tnejn biss jekk qallek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Uża DuoTrav biss bħala qtar għall-għajnejn.
1 2 3 4
Eżatt qabel ma’ tuża l-flixkun għall-ewwel darba, iftaħ il-pakkett ta’ protezzjoni (stampa 1), neħħi l-flixkun u ikteb id-data ta’ meta ftaħt il-pakkett fuq it-tikketta fl-ispazju pprovdut.
Kun żgur li għandek mera disponibbli.
Aħsel idejk.
Neħħi l-għatu tal-flixkun billi ddawwar.
Żomm il-flixkun wiċċu ’l isfel bejn subgħajk il-kbir u s-swaba l-oħra.
Itfa rasek lura. B’seba’ nadif, niżżel il-kappell t’isfel ta’ għajnejk sakemm ikun hemm ‘spazju’ bejn il-kappell t’għajnejk u l-għajn tiegħek. Il-qatra se tmur hawn (stampa 2).
Ġib il-qattara tal-flixkun viċin tal-għajn. Jekk jgħin uża l-mera.
Tmisx għajnejk jew il-kappell tal-għajn, il-postijiet tal-madwar jew superfiċji oħra bil-qattara tal-flixkun. Dan jista’ jinfetta l-qtar.
Agħfas il-flixkun bil-mod biex tinżel qatra waħda ta’ DuoTrav kull darba (stampa 3). Jekk qatra ma tidħolx fl-għajnejk, erġa’ pprova.
Wara li tuża DuoTrav, agħfas b’subgħajk il-kantuniera ta’ għajnejk, in-naħa ta’ imnieħrek għal żewġ minuti (stampa 4). Dan jgħin biex iwaqqaf lil DuoTrav milli jidħol fil-bqija tal-ġisem.
Jekk għandek tuża DuoTrav fiż-żewġt għajnejn, irrepeti l-passi ta’ hawn fuq għall-għajnek l- oħra.
Agħlaq l-għatu tal-flixkun tajjeb immedjatament wara l-użu.
Uża biss flixkun wieħed qabel ma tiftaħ ieħor. Tiftaħx il-pakkett ta’ protezzjoni qabel ikollok bżonn tuża l-flixkun.
Uża DuoTrav għat-tul ta’ żmien li qallek it-tabib tiegħek.
Jekk tuża DuoTrav aktar milli suppost, laħlaħ b’ilma sħun. Tużax aktar qtar sakemm ikun il-ħin għad- doża tas-soltu li jmiss.
Jekk tinsa tuża DuoTrav, kompli bid-doża li jmiss kif ippjanat. M’għandekx tuża doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Id-doża m’għandhiex tkun aktar minn qatra waħda kuljum fl-
għajn(ejn) affetwata(i).
Jekk tieqaf tuża DuoTrav mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek, il-pressjoni ġewwa għajnejk ma tkunx ikkontrollata u dan jista’ jwassal għal telf tal-vista.
Jekk qed tuża qtar ta’ l-għajnejn oħra flimkien ma’ DuoTrav, ħalli mill-anqas 5 minuti bejn l- applikazzjoni ta’ DuoTrav u tal-qtar ieħor.
Jekk tilbes lentijiet tal-kuntatt rotob tużax il-qtar waqt li għandek il-lentijiet f’għajnejk. Wara li tuża l- qtar stenna 15-il minuta qabel terġa’ tilbes il-lentijiet tiegħek.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Ġeneralment tista’ tkompli tuża l-qtar, sakemm l-effetti ma jkunux ta’ natura serja. Jekk qed tinkwieta, kellem tabib jew spiżjar. Twaqqafx l-uża ta’ DuoTrav mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.
Effetti fl-għajn Ħmura fl-għajn.
Effetti fl-għajn
Infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn bi ħsara fis-superfiċje , uġigħ fl-għajn, vista mċajpra, vista
mhux normali, għajn tinħass xotta, skomdu fl-għajn, sinjali u sintomi ta’ irritazzjoni fl-għajn (eż. ħruq, tingiż).
Effetti fl-għajn
Infjammazzjoni tas-superfiċje tal-għajn, infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn, nefħa tal-konġuntiva, żjieda fit-tkabbir tax-xagħar tal-għajnejn, infjammazzjoni tal-ħabba tal-għajn, infjammazzjoni tal- għajn, sensittività għad-dawl, vista mnaqqsa, għajnejn jinħassu għajjiena, allerġija fl-għajn, nefħa fl-
għajn, żjieda fil-produzzjoni tad-dmugħ, ħmura fil-kappell tal-għajn, bidla fil-kulur tal-kappell tal- għajn, ġilda tiskura (madwar l-għajn).
Effetti sekondarji ġenerali
Reazzjoni allerġika għas-sustanza attiva, sturdament, uġigħ ta’ ras, żjieda jew tnaqqis fil-pressjoni tad- demm, qtugħ ta’ nifs, tkabbir eċċessiv ta’ xagħar, taqtir wata l-griżmejn, infjammazzjoni tal-ġilda u
ħakk, tnaqqis fir-rata ta’ taħbit tal-qalb.
Effetti fl-għajn
Superfiċje tal-għajn tirqaq, infjammazzjoni tal-glandoli tal-kappell tal-għajn, kanali tad-demm maqsuma fl-għajn, qxur fil-kappell tal-għajn, xagħar tal-għajnejn ippożizzjonat ħażin, tkabbir mhux normali tax-xagħar tal-għajnejn.
Effetti sekondarji ġenerali
Nervi, rata irregolari ta’ taħbit tal-qalb, telf ta’ xagħar, disturbi fil-vuċi, diffikultà biex tieħu n-nifs,
sogħla, irritazzjoni fil-griżmejn, ħorriqija, testijiet tad-demm tal-fwied mhux normali, bidla fil-kulur tal-ġilda, għatx, għeja, skomdu fil-parti ta’ ġewwa tal-imnieħer, awrina kkulurita, uġigħ fl-idejn u s- saqajn.
Effetti fl-għajn
Il-kappell tal-għajn baxx (jagħmel l-għajn tibqa’ nofsa magħluqa), għajnejn fil-ħofra (l-għajnejn jidhru
aktar imdaħħla ’l ġewwa), bidliet fil-kulur tal-ħabba tal-għajn (parti kkulurita tal-għajn).
Effetti sekondarji ġenerali
Raxx, insuffiċjenza tal-qalb, uġigħ fis-sider, puplesija, ħass ħazin, depressjoni, ażżma, żjieda fir-rata tal-qalb, sensazzjoni ta’ tnemnim jew tingiż, palpitazzjonijiet, nefħa fil-parti t’isfel tar-riġlejn, togħma
ħażina.
DuoTrav huwa taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi, travoprost u timolol. Bħal mediċini oħra mogħtija fl- għajnejn, travoprost u timolol (imblokkatur tar-riċetturi beta) jiġu assorbiti fid-demm. Dan jista’ jikkawża effetti sekondarji simili għal dawk osservati meta mediċini li jimblokkaw ir-riċetturi beta jingħataw mill-ħalq jew permezz ta’ injezzjoni. L-inċidenza ta’ effetti sekondarja wara għoti fl- għajnejn hija aktar baxxa milli wara għoti mill-ħalq jew permezz ta’ injezzjoni.
L-effetti sekondarji mniżżla hawn taħt jinkludu reazzjonijiet osservati fil-klassi ta’ imblukkaturi tar- riċetturi beta wżati għall-kura ta’ kundizzjonijiet tal-għajn jew reazzjonijiet osservati bi travoprost biss:
Effetti fl-għajn
Infjammazzjoni tal-kappell tal-għajn, infjammazzjoni tal-korneja, distakk tas-saff taħt ir-retina li fih kanali tad-demm wara kirurġija ta’ filtrazzjoni li jista’ jikkawża disturbi fil-vista, tnaqqis fis- sensittività tar-retina, tħaffir tal-korneja (ħsara lis-saff ta’ barra tal-għajn, viżjoni doppja, tnixxija mill-
għajn, nefħa madwar l-għajn, ħakk fil-kappell tal-għajn, il-kappell tal-għajn idur il-barra flimkien ma’ ħmura, irritazzjoni u dmugħ eċċessiv, vista mċajpra (sinjal li l-lenti tal-għajn ittappnet), nefħa ta’ sezzjoni tal-għajn (uvea), ekżema tal-kappell tal-għajn, vista b’awreola, sensazzjoni fl-għajn imnaqqsa, pigmentazzjoni ġewwa l-għajn, ħabba tal-għajn dilatata, bidla fil-kulur tax-xagħar tal-għajnejn, ix- xagħar tal-għajnejn jinħass differenti, kamp viżiv mhux normali.
Effetti sekondarji ġenerali
Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika: sturdament b’sensazzjoni li kollox qed idur bik, żanżin
fil-widnejn.
Qalb u ċirkolazzjoni: qalb tħabbat bil-mod, palpitazzjonijiet, edima (akkumulazzjoni ta’ fluwidu), bidliet fir-ritmu jew fir-rata ta’ taħbit tal-qalb, insuffiċjenza konġestiva tal-qalb (marda tal-qalb bi qtugħ ta’ nifs jew nefħa tas-saqajn u tar-riġlejn minħabba akkumulazzjoni ta’ fluwidu), tip ta’ disturb fir-ritmu tal-qalb, attakk tal-qalb, pressjoni baxxa, fenomenu ta’ Raynaud, idejn u saqajn kesħin, forniment imnaqqas ta’ demm lejn il-moħħ.
Respiratorja: kostrizzjoni tal-passaġġi tal-arja fil-pulmun (primarjament f’pazjenti b’marda eżistenti minn qabel), imnieħer iqattar jew imblukkat, għatis (minħabba allerġija), diffikultà biex tieħu n-nifs, fsada mill-imnieħer, imnieħer xott.
Disturbi fis-sistema nervuża u disturbi ġenerali: diffikultà biex torqod (insomnja), inkubi, telf ta’ memeorja, alluċinazzjonijiet, nuqqas ta’ saħħa u enerġija, ansjetà (tensjoni emozzjonali eċċessiva).
Gastrointestinali: disturbi fit-togħma, tqalligħ, indiġestjoni, dijarea, ħalq xott, uġigħ addominali, rimettar u stitikezza.
Allerġija: żieda fis-sintomi ta’ allerġija, reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati inkluż nefħa taħt il-ġilda li tista’ sseħħ f’partijiet bħall-wiċċ u r-riġlejn, u jistgħu jimblokkaw il-passaġġ tal-arja li tista’ tikkawża diffikultà biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, raxx lokalizzat u ġeneralizzat, ħakk, reazzjoni allerġika severa f’daqqa ta’ periklu għal ħajja.
Ġilda: raxx fil-ġilda b’dehra bajda kulur il-fidda (raxx li jixbaħ il-psorijasi) jew psorijasi li tmur għall- agħar, ġilda titqaxxar, ix-xagħar jinħass mhux normali, infjammazzjoni tal-ġilda b’raxx bil-ħakk u ħmura, bidla fil-kulur tax-xagħar, telf tax-xagħar tal-għajnejn, ħakk, tkabbir anormali ta’ xagħar, ħmura tal-ġilda.
Muskolari: żjieda fis-sinjali u sintomi ta’ majastenija gravis (disturb fil-muskoli), sensazzjonijiet mhux tas-soltu ta’ tingiż, debbulizza/għeja fil-muskoli, uġigħ fil-muskoli mhux ikkawżat minn eżerċizzju, uġigħ fil-ġogi.
Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja: diffikultà u uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tnixxija involontarja tal-awrina.
Riproduzzjoni: disfunzjoni sesswali, libido mnaqqas.
Metaboliżmu: livelli baxxi ta’ zokkor fid-demm, żieda fil-markatur tal-kanċer tal-prostata.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji
direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonalimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żommu din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-flixkun u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Biex tipprevjeni r-riskju ta’ infezzjonijiet għandek tarmi l-flixkun erba’ ġimgħat wara li tkun ftaħtu l- ewwel darba. Kull darba li tibda flixkun ġdid ikteb id-data meta ftaħt il-flixkun fl-ispazji fuq it-tikketta tal-flixkun u l-kartuna.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanzi attivi huma travoprost u timolol. Kull mL ta’soluzzjoni fih 40 mikrogramma ta’ travoprost u 5 mg ta’ timolol (bħala timolol maleate).
Is-sustanzi l-oħra huma Polyquaternium-1, mannitol (E421), propylene glycol (E1520), polyoxyethylene hydrogenated castor oil 40, boric acid, sodium chloride, sodium hydroxide jew
disodium edetate, hydrochloric acid (biex jikontrolla l-pH), ilma ppurifikat. Jiġu miżjuda ammonti żgħar ta’ sodium hydroxide jew hydrochloric acid biex iżommu l-livelli ta’ l-acidita’ (livelli tal-pH) normali.
DuoTrav huwa likwidu (soluzzjoni ċara u mingħajr kulur) fornut fi flixkun tal-plastik ta’ 2.5 mL b’għatu tal-kamin. Kull flixkun huwa ppakkjat f’pakkett ta’ protezzjoni.
Pakketti ta’ 1, 3 jew 6 fliexken.
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Novartis Europharm Limited Vista Building
Elm Park, Merrion Road Dublin 4
L-Irlanda
Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25
D-90429 Nürnberg
Il-Ġermanja
S.A. Alcon-Couvreur N.V. Rijksweg 14
B-2870 Puurs
Il-Belġju
Novartis Farmacéutica, S.A.
Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona
Spanja
Siegfried El Masnou, S.A. Camil Fabra 58
El Masnou
08320 Barcelona Spanja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detenturtal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50
Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28
Novartis s.r.o.
Tel: +420 225 775 111
Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872
Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0
Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111
SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810
Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00
Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12
Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570
Novartis Farmacéutica, S.A.
Tel: +34 93 306 42 00
Novartis Poland Sp. z o.o.
Tel.: +48 22 375 4888
Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00
Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600
Novartis Hrvatska d.o.o.
Tel. +385 1 6274 220
Novartis Pharma Services Romania SRL
Tel: +40 21 31299 01
Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1
Novartis Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200
Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690
Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00
SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070
Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370