Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Rilonacept Regeneron (previously Arcalyst)
rilonacept

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Rilonacept Regeneron 80 mg/ml trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

rilonacept


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Rilonacept Regeneron u għal xiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Rilonacept Regeneron

  3. Kif għandek tuża Rilonacept Regeneron

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Rilonacept Regeneron

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

1. X’inhu Rilonacept Regeneron u għal xiex jintuża


Rilonacept Regeneron jintuża għall-kura ta’ adulti u adolexxenti li għandhom 12-il sena jew iżjed, b’sintomi severi ta’ Sindromu ta’ Riħ Familjali Awtoinfjammatorju (FCAS) u s-Sindromu ta’ Muckle-Wells (MWS).


Rilonacept Regeneron jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ interleukin. Rilonacept Regeneron jimblokka l-attività ta’ sustanzi li jinkludu interleukin-1 beta (IL-1 beta). F’pazjenti bil- CAPS, il-ġisem jipproduċi ammonti eċċessivi ta’ IL-1 beta. Dan jista’ jwassal għal sintomi bħal deni, uġigħ ta’ ras, għeja kbira, raxx tal-ġilda, jew uġigħ fil-ġogi u l-muskoli. Billi jimblokka l-attività ta’ IL-1 beta, Rilonacept Regeneron iwassal għal titjib f’dawn is-sintomi.


Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kif Rilonacept Regeneron jaħdem, jew għaliex ingħatatlek riċetta għal din il-mediċina, staqsi lit-tabib tiegħek.


2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Rilonacept Regeneron


Tużax Rilonacept Regeneron:


Fiż-żewġ każijiet it-tabib tiegħek ser jikkalkula l-volum korrispondenti li għandu jiġi injettat. Id-doża ta’ Rilonacept Regeneron għandha mnejn tkun trid tiġi aġġustata kif it-tifel jew it-tifla tkun qed tikber. Kellem lit-tabib tiegħek qabel tagħmel xi aġġustamenti fid-doża.


Kif għandek tinjetta Rilonacept Regeneron

Rilonacept Regeneron jiġi injettat taħt il-ġilda (b’mod subkutaneju). L-ewwel injezzjoni ta’ Rilonacept Regeneron għandha tingħata taħt is-superviżjoni ta’ professjonist imħarreg fil-qasam tal-kura tas- saħħa. Inti jew il-persuna li tkun tieħu ħsiebek ser tirċievu taħriġ adegwat dwar kif għandkom tħalltu t- trab (tħollu biex tagħmel soluzzjoni), kif tippreparaw id-doża, u tagħtu l-injezzjoni.


Jekk jogħġbok aqra s-sezzjoni “ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU TAT-TRAB TA’ RILONACEPT REGENERON GĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INJEZZJONI” fit-tarf ta’ dan il-fuljett. Jekk ikollok xi mistoqsijiet, ikkuntattja lit-tabib, lill-infermiera jew lill-ispiżjar tiegħek.


Jekk tuża Rilonacept Regeneron aktar milli suppost

Jekk b’mod aċċidentali tinjetta aktar Rilonacept Regeneron mid-doża rakkomandata għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


Jekk tinsa tuża Rilonacept Regeneron

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Jekk tinsa tieħu doża ta’ Rilonacept Regeneron u tiftakar wara ftit jiem, injettaha hekk kif tiftakar.

Id-doża li jmiss għandha tiġi injettata fil-ħin regolari li jkun imiss fuq l-iskeda. M’għandekx tinjetta doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. M’għandekx tinjetta Rilonacept Regeneron aktar ta’ spiss minn darba fil-ġimgħa.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Għandek tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk iseħħ xi wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin waqt li tkun qed tuża Rilonacept Regeneron:


    • Infezzjonijiet serji. Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa sintomi ta’ infezzjoni waqt li tkun qiegħed tiġi kkurata/a b’Rilonacept Regeneron bħal:

      • deni li jdum iktar minn 3 ijiem, jew kwalunkwe sintomi oħrajn possibbilment marbuta ma’

        infezzjoni, bħal sogħla fit-tul, uġigħ ta’ ras jew ħmura lokalizzata li jdumu; sħana jew nefħa fil-ġilda tiegħek.

        Għandek twaqqaf il-kura b’Rilonacept Regeneron jekk tiżviluppa infezzjoni severa.


    • Reazzjonijiet allerġiċi. Jekk tiżviluppa sinjali ta’ reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) waqt il- kura b’Rilonacept Regeneron (bħal għafis tas-sider, tħarħir, problemi biex tieħu n-nifs, sturdament sever jew ħass ħażin, nefħa tax-xofftejn, jew raxx matul jew wara l-injezzjoni), tibqax tieħu Rilonacept Regeneron u għid lit-tabib tiegħek minnufih.


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jaffettwaw utent 1 jew aktar f’10)

      • Reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni (bħal ħmura, nefħa, ħakk, u tbenġil fis-sit tal-injezzjoni).

      • Infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat respiratorju

      • Infezzjoni tas-sinus

      • Uġigħ ta’ ras


    Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn utent 1 sa 10 f’kull 100)

    • Infezzjoni virali

    • Bronkite

    • Infezzjoni fil-ġilda, fl-għajnejn, jew fil-widnejn

    • Għeja kbira

    • Żieda fil-pressjoni tad-demm

    • Pnewmonja

    • Infezzjoni fl-istonku/fl-imsaren

    • Sturdament

    • Fwawar

    • Reazzjoni allerġika

    • Ansjetà

    • Ma tkunx kapaċi torqod (insomnja)


      Effetti sekondarji mhux komuni (li jaffettwaw minn utent 1 sa 10 f’kull 1,000)

    • Meninġite

    • Infjammazzjoni fl-għajnejn (irite)


    Jista’ jseħħ ukoll tibdil fil-livelli tal-kolesterol fid-demm jew fl-għadd tad-demm tiegħek. Dawn ser jiġu mmonitorjati mit-tabib tiegħek.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi kwalunkwe effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


  2. Kif taħżen Rilonacept Regeneron


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun u fuq it-tikketta tal- kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ. Tagħmlux fil-friża.


    Żomm il-kunjetti fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Wara li tipprepara s-soluzzjoni ta’ Rilonacept Regeneron, l-aħjar hu li tużaha minnufih għax ma fihiex preservattiv. Jekk ikun hemm bżonn, il-prodott jista’ jinżamm fit-temperatura tal-kamra, iżda għandu jintuża fi żmien 3 sigħat mit-taħlit.


    Is-soluzzjoni hi viskuża, ċara u bla kulur jew ta’ lewn isfar ċar. Qabel l-injezzjoni, is-soluzzjoni għandha tiġi eżaminata bl-attenzjoni għal kwalunkwe tibdil fil-kulur jew frak. Jekk ikun hemm tibdil fil-kulur jew frak fis-soluzzjoni, il-prodott m’għandux jintuża.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Rilonacept Regeneron

    • Is-sustanza attiva hi rilonacept. Kull kunjett bit-trab fih 220 mg ta’ rilonacept. Wara r- rikostituzzjoni, kull millilitru ta’ soluzzjoni jkun fih 80 mg ta’ rilonacept.


    • Is-sustanzi l-oħra fit-trab huma glycine, arginine hydrochloride, histidine, histidine hychloride monohydrate, polyethylene glycol 3350 u sucrose. Is-solvent hu ilma għall-injezzjonijiet.


      Kif jidher Rilonacept Regeneron u l-kontenut tal-pakkett


    • Rilonacept Regeneron hu pprovdut bħala trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’kunjett tal-

      ħġieġ. It-trab hu ta’ lewn minn abjad sa offwajt.


    • Is-solvent hu pprovdut f’kunjett tal-plastik trasparenti (LDPE) ta’ 5 ml li fih 5 ml ta’ ilma għall injezzjonijiet. Is-solvent hu likwidu mingħajr kulur.


Kull pakkett fih:


4 kunjetti bit-trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni 4 kunjetti bis-solvent

8 siringi ta’ 3 ml li jintremew wara li jintużaw

8 labriet ta’ qies 27 ta’ ½ pulzier li jintremew wara li jintużaw


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Regeneron UK Limited 40 Bank Street

E14 5DS London Ir-Renju Unit


Manifattur

Brecon Pharmaceuticals Ltd Wye Valley Business Park Hay-on-Wye

HR3 5PG Hereford

Ir-Renju Unit


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi


Din il-mediċina ngħatat ‘approvazzjoni kondizzjonali’. Dan ifisser li għad trid tinstab aktar evidenza dwar din il-mediċina.

L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini tirrevedi informazzjoni ġdida dwar din il-mediċina mill-anqas

kull sena u dan il-fuljett jiġi aġġornat jekk neċessarju.


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (EMA):


Dan il-fuljett huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE/ŻEE fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini.

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-UŻU TAT-TRAB TA’ RILONACEPT REGENERONGĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INJEZZJONI


Ara wkoll sezzjoni 3, “Kif tinjetta Rilonacept Regeneron.” Aqra dawn l-istruzzjonijiet mill-bidu sat-tmiem qabel ma tibda. Fornimenti meħtieġa:

  1. oġġetti li ġejjin huma inklużi f’kull pakkett dożat ta’ Rilonacept Regeneron:


    • 8 siringi sterili ta’ 3 ml

    • 8 labar sterili li jintremew wara li jintużaw (daqs 27, ½ pulzier)

    • 4 kunjetti ta’ trab ta’ Rilonacept Regeneron

    • 4 kunjetti ta’ ilma sterili (solvent)


      Ser ikollok bżonn takkwista wkoll dawn l-oġġetti mingħand l-ispiżjar tiegħek, li mhumiex inklużi fil-pakkett dożat ta’ Rilonacept Regeneron:


    • Biċċiet bl-alkoħol

    • Garzi

    • Reċipjent li ma jittaqqabx għar-rimi ta’ labar, siringi u kunjetti użati. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar dawn il-fornimenti.

Linji gwida ġenerali meta tagħti injezzjoni ta’ Rilonacept Regeneron:


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


PASS 1: Kif tipprepara għall-injezzjoni


  1. Aħsel idejk sew.


  2. Poġġi l-oġġetti li ġejjin fuq wiċċ nadif u ċatt (ara Figura 1):

    • 2 siringi sterili ta’ 3 ml li jintremew wara li jintużaw:

      • waħda tintuża biex iżżid l-ilma sterili (solvent) mat-trab ta’ Rilonacept Regeneron

      • waħda tintuża għall-injezzjoni

    • 2 labar sterili li jintremew wara li jintużaw (qies 27, ½ pulzier)

      • waħda tintużabiex iżżid l-ilma sterili (solvent) mat-trab ta’ Rilonacept Regeneron

      • waħda tintuża għall-injezzjoni

    • 1 kunjett bit-trab ta’ Rilonacept Regeneron.

    • 1 kunjett t’ilma sterili (solvent)

    • 3 biċċiet bl-alkoħol

    • 1 garża

    • 1 kontenitur li ma jittaqqabx għar-rimi ta’ labar, siringi u kunjetti użati

image


awtorizz


Labar bl-għatjien


Biċċiet bl- alkoħol


Siringi Kunjett b’Rilonacept Regeneron

Kunjett bis-solvent (ilma sterili għall- injezzjonijiet



a

t

Garża Kontenitur li ma jittaqqabx


Figura 1


PASS 2: Kif tipprepara l-kunjett bit-trab ta’ Rilonacept Regeneron


  1. Neħħi l-għatu tal-plastik minn fuq il-kunjett b’Rilonacept Regeneron.


  2. Naddaf in-naħa ta’ fuq tal-kunjett b’Rilonacept Regeneron b’biċċa bl-alkoħol ġdida li ma ntużatx qabel, billi timsaħ f’direzzjoni waħda madwar in-naħa ta’ fuq.


  3. Poġġi l-kunjett fil-ġenb.


Prodott mediċinali li m’għadux

PASS 3: Kif timla siringa bl-ilma sterili għal injezzjoni (solvent)


  1. Qaċċat ix-xifer tal-plastik fin-naħa ta’ fuq tal-kunjett li fih l-ilma sterili għall-injezzjoni (solvent).


  2. Iftaħ il-karta li fiha tkun imgeżwra l-labra ta’ qies 27 billi tissepara x-xfarijiet. Poġġi l-labra bl-għatu fuq wiċċ nadif. Iftaħ il-karta li fiha tkun imgeżwra siringa billi tissepara x-xfarijiet.


  3. Waħħal in-naħa esposta ta’ fuq tal-kunjett tal-ilma sterili man-naħa ta’ fuq ta’ siringa billi ddawwar is-siringa fuq il-kunjett tal-ilma sterili (solvent) (ara Figura 2).

    image


    Figura 2

  4. Żomm il-kunjett bl-ilma sterili (solvent) f’id waħda u s-siringa fl-id l-oħra. B’attenzjoni aqleb l- kunjett ta’ taħt fuq. Waqt li żżomm is-siringa fil-livell t’għajnejk, bil-mod imbotta l-planġer tas- siringa lura sal-linja ta’ 2.5 ml sabiex l-ilma sterili (solvent) imur minn ġol-kunjett għal ġos- siringa (ara Figura 3).


    awtorizzat

    image


    Figura 3



    adu m’għ

    li


    inali

    ċ

    x

  5. Neħħi l-kunjett mis-siringa. Żomm il-bettija tas-siringa b’id waħda u dawwar il-labra ta’ qies 27 mat-tarf tas-siringa bl-id l-oħra sakemm tissikka (ara Figura 4).


    image

    Figura 4


    Prodott medi

  6. Dawwar is-siringa b’tali mod li l-labra tkun tipponta dritt ’il fuq.. Iġbed l-għatu ’l barra. Ara ma tobromx il-labra jew l-għatu kif tkun qed toħroġha. Tektek bil-mod is-siringa sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilgħu fin-naħa ta’ fuq tas-siringa (ara Figura 5).


    image


    Figura 5

  7. Ippunta s-siringa u l-labra ’l fuq. L-ilma sterili għandu jkun fuq il-linja ta’ 2.3 ml (ara Figura 6).

Jekk hemm aktar ilma sterili fis-siringa, imbagħad imbotta s-siringa sabiex tisforza l-ilma sterili sakemm l-ilma jilħaq il-linja ta’ 2.3 ml.


image


Figura 6


m’għadux awtorizzat

PASS 4: Kif tħoll it-trab ta’ Rilonacept Regeneron bl-ilma sterili għall-injezzjoni (solvent)


  1. B’id waħda, żomm il-kunjett bit-trab ta’ Rilonacept Regeneron fuq wiċċ sod.


  2. Bl-id l-oħra, ħu s-siringa bl-ilma sterili (is-solvent) u daħħal bil-mod il-labra dritt ’l isfel miċ- ċentru tat-tapp tal-lastku tal-kunjett bit-trab ta’ Rilonacept Regeneron. Imbotta l-planġer tas- siringa dritt ’l isfel sabiex l-ilma sterili (is-solvent) tas-siringa jinżel ġol-kunjett (ara Figura 7).



    li nali

    Prodott mediiċ

    image


    Figura 7


  3. Neħħi s-siringa u l-labra mit-tapp u armi s-siringa mwaħħla mal-labra u l-kunjett bl-ilma sterili (solvent) fil-kontenitur li ma jittaqqabx. Tippruvax tpoġġi l-għatu tal-labra lura f’postu fuq il- labra.


  4. Żomm il-kunjett li jkun fih it-taħlita ta’ trab u ilma sterili (solvent) mill-ġenb (mhux b’mod vertikali) bis-saba’ l-kbir tiegħek u saba’ fin-naħa ta’ fuq u fin-naħa t’isfel tal-kunjett, u ċaqlaq malajr il-kunjett lura u ’l quddiem (min-naħa għall-oħra) għal madwar minuta.


  5. Poġġi l-kunjett lura fuq il-mejda u ħalli l-kunjett joqgħod għal madwar minuta.


  6. Iċċekkja l-kunjett biex tara jekk hemmx frak jew ċapep ta’ trab li jkunu għadhom ma nħallux.

  7. Jekk it-trab ikun għadu ma nħallx kompletament, ċaqlaq il-kunjett malajr lura u ’l quddiem għal 30 sekonda oħra. Ħalli l-kunjett joqgħod għal madwar minuta.


  8. Irrepeti Pass 7 sakemm it-trab jinħall kompletament u s-soluzzjoni tkun ċara.


  9. Is-soluzzjoni ta’ Rilonacept Regeneron maħlul għandha tkun likwidu magħqud, ċar, bla kulur jew ta’ lewn isfar ċar. Tużax is-soluzzjoni jekk ikollha tibdil fil-kulur jew tkun imċajpra, jew jekk ikun fiha l-frak (ara Figura 8).


    NOTA: Ikkuntattja lill-ispiżerija tiegħek biex tirrapporta kwalunkwe Rilonacept Regeneron li jkollu tibdil fil-kulur jew ikun fih il-frak.



    ad

    Ċar

    ux

    awtorizzat

    Fih tibdil fil- kulur/imċajpar


    image

    Figura 8


  10. Ikun aħjar li tmur għall-pass li jmiss u tinjetta l-mediċina immedjatament, wara li tħoll it-trab ta’ Rilonacept Regeneron fl-ilma sterili (solvent). Jekk ikun meħtieġ, il-prodott jista’ jinżamm fit- temperatura tal-kamra (20 sa 25°C) għal mhux inqas minn 3 sigħat. Żomm Rilonacept Regeneron ’il bogħod mid-dawl.


PASS 5: Kif tipprepara l-injezzjoni


Prodott mediċinali li m’għ

  1. Żomm il-kunjett bis-soluzzjoni fuq wiċċ sod u imsaħ in-naħa ta’ fuq tal-kunjett b’biċċa ġdida bl-alkoħol.


  2. Iftaħ karta li tkun imgeżwra li fiha labra ġdida, sterili u li tintrema wara li tintuża. Iftaħ karta li fiha siringa ġdida u li tintrema wara li tintuża. Waħħal il-labra sew mas-siringa mingħajr ma tneħħi l-għatu tal-labra.


  3. Żomm is-siringa wieqfa fil-livell tal-għajn. Bil-għatu tal-labra għadu fuqha, iġbed lura l-planġer fuq is-siringa sal-marka li hi ugwali għall-volum tas-soluzzjoni li t-tabib tiegħek ippreskriva għalik biex tinjetta, billi timla s-siringa bl-arja (ara Figura 9).


    image


    awtorizzat

    Figura 9



    m’għa li


    nali

  4. Neħħi l-għatu tal-labra u oqgħod attent/a li ma tmissx il-labra. Żomm il-kunjett fuq wiċċ ċatt u daħħal bil-mod il-labra dritt ’l isfel minn ġot-tapp. Imbotta l-planġer ’l isfel u injetta l-arja kollha ġol-kunjett (ara Figura 10).


    dux

    image


    Figura 10


    Prodott mediiċ

  5. Żomm il-kunjett f’id waħda u s-siringa fl-id l-oħra u aqleb bl-attenzjoni l-kunjett ta’ taħt fuq b’tali mod li l-labra tkun tipponta dritt ’il fuq. Żomm il-kunjett fil-livell t’għajnejk.


  6. Żomm it-tarf tal-labra fil-likwidu u iġbed il-planġer lura bil-mod sas-sinjal fuq is-siringa li jkun jaqbel mal-ammont ta’ mediċina li għalih ikun tak riċetta it-tabib tiegħek (ara Figura 11).


    image

  7. Tektek is-siringa bil-mod sakemm il-bżieżaq tal-arja li jkun hemm jitilgħu fin-naħa ta’ fuq tas- siringa. Imbagħad bil-mod u b’ġentilezza, imbotta l-planġer sabiex l-arja kollha tiġi mbottata minn ġol-labra.


  8. Iċċekkja biex taċċerta ruħek li jkun hemm l-ammont ta’ mediċina fis-siringa li għalih tak riċetta it-tabib tiegħek


  9. Armi l-kunjett fil-kontenitur li ma jittaqqabx, anki jekk ikun fadal xi mediċina fil-kunjett. Tużax il-kunjett ta’ Rilonacept Regeneron aktar minn darba.


  10. Żomm is-siringa u l-labra f’idejk, lesta għall-injezzjoni. Tmissx il-labra b’idejk u tħallihiex tmiss ma’ kwalunkwe superfiċje. Agħti l-injezzjoni kif deskritt f’Pass 6 hawn taħt.


PASS 6: Kif tagħti l-injezzjoni


  1. Rilonacept Regeneron jiġi injettat fit-tessut direttament taħt is-saffi tal-ġilda. Mhuwiex intenzjonat biex jingħata ġo xi muskolu, vina, jew arterja.


    Fejn għandek tinjetta


    Injetta f’post differenti kull darba sabiex iżżomm il-ġilda tiegħek b’saħħitha.


    Li tibdel is-sit tal-injezzjoni jgħin biex tiġi evitata irritazzjoni u jippermetti li l-mediċina tiġi assorbita aħjar. Staqsi lit-tabib tiegħek kwalunkwe mistoqsijiet li jkollok dwar kif tibdel is-siti tal-injezzjoni.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Tinjettax f’ġilda li tkun sensittiva, ħamra jew iebsa. Jekk żona tkun sensittiva jew tinħass iebsa, agħżel sit ieħor għall-injezzjoni sakemm is-sensittività jew “l-ebusija” jisparixxu.


    • Għid lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe reazzjonijiet tal-ġilda, li jinkludu ħmura, nefħa, jew ebusija tal-ġilda.


    • Iż-żoni fejn tista’ tinjetta Rilonacept Regeneron jinkludu n-naħa tax-xellug u tal-lemin taż-żaqq, u l-koxox tax-xellug u tal-lemin. Jekk persuna oħra tkun ser tagħtik l-injezzjoni, in-naħa ta’ fuq tad-dirgħajn jistgħu jintużaw ukoll (ara Figura 12).


      (Tinjettax fiż-żona sa 5 ċm madwar iż-żokra)


      image

  2. Agħżel il-post għall-injezzjoni. Naddaf il-post b’moviment ċirkulari b’biċċa bl-alkoħol ġdida.

    Ibda min-nofs taż-żona u mbagħad ersaq lejn in-naħa ta’ barra. Ħalli l-alkoħol jinxef kompletament. M’għandekx tmiss din il-parti qabel l-injezzjoni.


  3. Żomm is-siringa f’id waħda, qisek qed iżżomm lapes.


  4. Bl-id l-oħra, oqros bil-mod parti mill-ġilda madwar iż-żona li inti tkun naddaft għall-injezzjoni



    a

  5. Uża moviment mgħaġġel, qisek qed tixħet dart, biex iddaħħal il-labra dritt ġol-ġilda (f’angolu ta’ 90°) (ara Figura 13a). Timbuttax ’l isfel fuq il-planġer waqt li tkun qed iddaħħal il-labra ġol- ġilda. Għal tfal żgħar jew persuni bi ftit xaħam taħt il-ġilda, jista’ jkollok bżonn li żżomm is- siringa u l-labra f’angolu ta’ 45° (ara Figura 13b).


    m’għdux

    awtorizzat

    image


    Figura 13a (Adulti)


    li


    nali

    Prodott mediiċ

    image


    Figura 13b (Tfal Żgħar, Pazjenti Irqaq)


  6. Wara li l-labra tkun iddaħħlet kompletament ġol-ġilda, erħi l-ġilda li tkun qed toqros.


  7. Bl-id libera tiegħek, żomm is-siringa qrib il-bażi tagħha. Iġbed il-planġer lura bil-mod. Jekk id- demm jidħol ġos-siringa, il-labra tkun daħlet ġo xi vina. Neħħi l-labra, u armi s-siringa u labra. Ibda mill-ġdid b’‘PASS 1: Kif tipprepara għall-injezzjoni’ billi tuża provvisti ġodda.


  8. Jekk ma jkun jidher l-ebda demm, injetta l-mediċina kollha fis-siringa b’rata bil-mod u stabbli, billi timbotta l-planġer ’l isfel kompletament. Tista’ ddum sa 30 sekonda biex tinjetta d-doża kollha.


  9. Iġbed il-labra ’l barra mill-ġilda, u żomm biċċa garża sterili fuq is-sit tal-injezzjoni għal diversi sekondi

  10. Terġax tpoġġi l-għatu tal-labra f’postu. Armi l-kunjetti, siringi u labar użati fil-kontenitur li ma jittaqqabx. Tirriċlikax il-kontenitur. Tarmix kunjetti, labar, jew siringi mal-iskart tad-dar.


  11. Żomm il-kontenitur li ma jittaqqabx fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Meta l-kontenitur ikun madwar żewġ terzi mimli, armi skont kif qalulek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  12. Biċċiet bl-alkoħol użati jistgħu jintremew mal-iskart tad-dar.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

--

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku u huwa disponibbli bħala fuljett li jista’ jinqata’ għalih:


Indikazzjoni


Rilonacept Regeneron hu indikat għall-kura ta’ Sindromi Perjodiċi Assoċjati ma’ Cryopyrin (CAPS) b’sintomi severi, li jinkludu Sindrome Awtoinfjammatorju ta’ Riħ Familjali (FCAS) u s-Sindrome ta’ Muckle-Wells (MWS), f’adulti u t-tfal li jkollhom 12-il sena jew iżjed.


Pożoloġija

Adulti

Il-kura fl-adulti għandha tinbeda b’doża qawwija tal-bidu ta’ 320 mg. Id-dożaġġ għandu jitkompla b’injezzjoni ta’ 160 mg darba kull ġimgħa. Rilonacept Regeneron m’għandux jingħata iktar minn darba kull ġimgħa.


Popolazzjoni pedjatrika (minn 12 sa 17-il sena)

Il-kura għandha tinbeda b’doża qawwija tal-bidu ta’ 4.4 mg/kg, sa massimu ta’ 320 mg. Id-dożaġġ għandu jitkompla b’injezzjoni ta’ 2.2 mg/kg darba kull ġimgħa sa massimu ta’ 160 mg (ara Tabella 1). Id-dożaġġ fit-tfal irid jiġi aġġustat hekk kif it-tifel/tifla jikbru. Il-pazjent jew il-persuna li tkun qed tieħu ħsieb il-pazjent għandhom jingħataw parir biex ikellmu lit-tabib li jkun qed jagħti l-kura qabel ma jaġġustaw id-doża. L-esperjenza dwar l-użu fit-tfal hija limitata. Fil-programm kliniku għal CAPS, 8 adolexxenti li kellhom 12-17-il sena kienu kkurati għal mhux aktar minn 18-il xahar.


Popolazzjoni pedjatrika (tfal sa 12-il sena)

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

M’hemm l-ebda dejta disponibbli dwar l-użu ta’ Rilonacept Regeneron fi tfal taħt it-12 il-sena li jbatu bil-CAPS, u għalhekk Rilonacept Regeneron mhuwiex rakkomandat f’dan il-grupp ta’ età pedjatrika.


Pazjenti anzjani (65 sena jew iżjed)

Id-dejta disponibbli tindika li tibdil fid-doża mhuwiex meħtieġ ibbażat fuq età avvanzata. Madankollu, l-esperjenza klinika f’pazjenti li għandhom iktar minn 65 sena hi limitata, u għalhekk il-kawtela hi rakkomandata.


Indeboliment tal-kliewi

L-ebda aġġustament fid-doża mhu rrakkomandat f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi ħafif, moderat, jew sever, jew li għandhom mard tal-kliewi li jinsab fl-aħħar stadju. Madankollu, l-esperjenza klinika f’dawn il-pazjenti hi limitata.


Indeboliment tal-fwied

Rilonacept Regeneron ma ġiex studjat f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied.


Kif jingħata

Rilonacept Regeneron qiegħed biex jintuża taħt il-ġilda biss. Mhuwiex intenzjonat għal użu ġol-vini jew ġol-muskoli.


Id-doża tal-bidu għall-adulti għandha tingħata bħala żewġ injezzjonijiet ta’ 2 ml taħt il-ġilda (b’kollox 320 mg ta’ rilonacept) mogħtija fl-istess jum f’siti differenti. Id-dożi sussegwenti jingħataw bħala injezzjoni taħt il-ġilda ta’ 2 ml (160 mg ta’ rilonacept) darba fil-ġimgħa.


Għal pazjenti pedjatriċi, id-doża tingħata bħala injezzjoni waħda jew żewġ injezzjonijiet (għal doża qawwija tal bidu) taħt il-ġilda b’massimu ta’ injezzjoni waħda ta’ volum ta’ 2 ml.


Għall-konvenjenza, il-volum tad-doża li jikkorrispondi għall-injezzjoni ta’ kull ġimgħa f’pazjenti pedjatriċi, hu ppreżentat f’Tabella 1 hawn taħt.

Tabella 1: Volum tad-doża ta’ Rilonacept Regeneron (wara r-rikostituzzjoni) skont il-piż tal-

ġisem għal pazjenti pedjatriċi li għandhom minn 12 sa 17-il sena


Medda ta’ piż (kg)

Volum tad-doża (ml)

23.6 sa 27.2

0.7

27.3 sa 30.8

0.8

30.9 sa 34.4

0.9

34.5 sa 38.1

1

38.2 sa 41.7

1.1

41.8 sa 45.4

1.2

45.5 sa 49.0

1.3

49.1 sa 52.6

1.4

52.7 sa 56.3

1.5

56.4 sa 59.9

1.6

60.0 sa 63.5

1.7

63.6 sa 67.2

1.8

67.3 sa 70.8

1.9

70.9 jew aktar

2


Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna


Aħżen fi friġġ. Tagħmlux fil-friża.


Żomm il-kunjetti fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Wara r-rikostituzzjoni, jekk ikun meħtieġ, il-prodott jista’ jinżamm fit-temperatura tal-kamra, iżda għandu jintuża fi żmien tliet sigħat mir-rikostituzzjoni, minħabba li ma fihx preservattiv.


Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni u l-għoti


Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni


Bl-użu ta’ teknika asettika, it-trab ta’ Rilonacept Regeneron għandu jiġi rikostitwit bi 2.3 ml ta’ solvent (ilma għall-injezzjonijiet) qabel l-għoti.


It-2.3 ml ta’ solvent għandhom jinġibdu mill-kunjett tas-solvent li jkun imwaħħal direttament għal ġos-siringa ta’ 3 ml u mbagħad jiġu injettati ġol-kunjett bit-trab għar-rikostituzzjoni, bl-użu tal-labra tal-qies 27, ta’ ½ pulzier (biex jinkiseb volum finali tar-rikostituzzjoni ta’ 2.75 ml). Imbagħad, il-labra

u s-siringa li jintużaw għar-rikostituzzjoni bis-solvent, għandhom jintremew u m’għandhomx jintużaw għall-injezzjonijiet taħt il-ġilda. Wara ż-żieda tas-solvent, il-kontenut tal-kunjett għandu jiġi rikostitwit billi wieħed iħawwad il-kunjett għal madwar minuta u mbagħad jitħalla joqgħod għal minuta. Is-soluzzjoni ta’ 80 mg/ml li tirriżulta hi biżżejjed biex tippermetti volum għal ġbid sa 2 ml għall-għoti taħt il-ġilda.


Is-soluzzjoni rikostitwita hi viskuża, ċara u bla kulur jew ta’ lewn isfar ċar. Qabel l-injezzjoni, is- soluzzjoni rikostitwita għandha tiġi eżaminata bl-attenzjoni għal kwalunkwe tibdil fil-kulur jew frak. Jekk ikun hemm tibdil fil-kulur jew frak fis-soluzzjoni, il-prodott m’għandux jintuża.


Istruzzjonijiet għall-għoti


Bl-użu ta’ teknika asettika, il-volum rakkomandat tad-doża, sa 2 ml (160 mg) tas-soluzzjoni, għandu jinġibed b’labra ġdida tal-injezzjoni ta’ qies 27 , u ½ pulzier, imwaħħla ma’ siringa ġdida ta’ 3 ml għal injezzjoni taħt il-ġilda.

Siti għal injezzjoni taħt il-ġilda, bħall-addome, il-koxxa, jew in-naħa ta’ fuq tad-driegħ, għandhom jinbidlu. L-injezzjonijiet qatt m’għandhom jingħataw f’siti li jkunu mbenġlin, ħomor, sensittivi, jew ibsin.


L-għoti inizjali ta’ Rilonacept Regeneron minn pazjent jew persuna li tkun qed tieħu ħsiebu għandu jsir taħt il-gwida ta’ persuna professjonali li tkun imħarrġa fil-qasam tal-kura tas-saħħa. Għall-għoti sussegwenti ta’ injezzjonijiet mill-pazjent stess, għandhom jiġu pprovduti istruzzjonijiet kif suppost tat-teknika adattata tal-injezzjoni, u l-ħila li tiġi applikata dik it-teknika għandha tiġi żgurata.


Rimi


Kull kunjett għandu jintuża għal doża waħda biss. Il-kunjett għandu jintrema wara li s-soluzzjoni tinġibed.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-pazjenti jew il-persuni li jieħdu ħsiebhom għandhom jingħataw istruzzjonijiet dwar il-proċedura adattata għar-rimi tal-kunjetti, labar, u siringi.