Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Slentrol
dirlotapide

15

awtorizzat

ħ

li

ċ

Prodott


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Slentrol 5mg/ml soluzzjoni orali għall-klieb


  1. ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjonigħat-tqegħidfis-suq:


    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve Il-Belġju


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:


    Pfizer Service Company Hoge Wei 10

    1930 Zaventem Belġju

    Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve Il-Belġju


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Slentrol 5mg/ml soluzzjoni orali għall-klieb Dirlotapide


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Dirlotapide 5mg/ml ippreżentat bħala soluzzjoni ta’ kulur bejn trasparenti u safra pallida.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Bħala għajnuna fl-immaniġġjar tal-problema ta' piż żejjed u obeżità fil-klieb. It-tabib veterinarju tiegħek ser jidentifika l-piż li int għandek tipprova tilħaq u jispjegalek kif Slentrol għandu jintuża bħala parti mill-programm totali tal-maniġment tal-piż li jinkludi wkoll tibdil approprijat fid-dieta u attività fiżika.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fi klieb li għadhom qed jikbru. Tużax waqt it-tqala jew fi żmien il-ħalib.

    Tużax fi klieb li l-fwied tagħhom ma jkunx qed jaħdem tajjeb.

    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-ingredjent attiv jew għal xi wieħed mill-ingredjenti l- oħra.

    Tużax fi klieb fejn il-piż żejjed jew l-obeżità kien kaġun ta’ marda sistematika konkomitanti bħal

    ngħidu aħna ipotirojdiżmu jew iperadrenokortiċiżmu.

    Tużax fil-qtates minħabba r-riskju li jiżviluppaw lipidożi epatika


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Xi klieb għandhom mnejn ikollhom każi wieħed jew aktar ta’ rramettar, xi kultant flimkien ma' sinjali ta’ għejja, nuqqas ta’ interess fl-ikel jew dijarea, li jerġgħu jseħħu kultant matul il-kors tat-trattament.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Dawn is-sinjali normalment bdew matul l-ewwel xahar tat-trattament (madwar 30% tal-klieb urew ta’ l-anqas każ wieħed ta’ rramettar u sa 12% urew xi wħud mis-sinjali l-oħra) u naqsu l-ħin kollu matul il-kors tat-trattament. Xi klieb (inqas minn 10%) esperjenzaw każi ripetuti ta' rramettar (p.e medja ta’ aktar minn darba waħda kull 20 ġurnata). Jekk il-kelb tiegħek ibati minn każi ripetuti ta’ rramettar, dijarea, jew tnaqqis sinifikanti ta’ aptit u telf eċċessiv fil-piż, int għandek tkellem lit-tabib veterenarju li għandu mnejn jagħtik parir biex twaqqaf it-terapija.


    Elevazzjonijiet sporadiċi u mhux qawwija ta’ ALT (alanine aminotransferase) sa 4 darbiet il-firxa ogħla tar-referenza u mhux assoċjati mal-leżjonijiet istopatoloġikali fil-fwied jew tibdil notevoli f’parametri oħra tal-fwied għandhom mnejn ikunu osservati f'xi klieb matul il-kors tat-trattament.


    F’każijiet rari, ġew rappurtati bidliet fl-imġieba bħal ħatfa għall-ikel, jew rari ħafna rapporti ta’ aggressività assoċjati mall-ikel fi klieb ittrattati b’Slentrol. Il-kura għandha titwaqqaf.jekk dawn il- bidliet iseħħu.


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Parir lil Sid il-Kelb


    Il-veterinarju ser jeżamina l-kelb tiegħek fil-bidu tat-trattament u jirrakkomanda doża inizjali. Il-veterenarju ser jagħtik parir meta l-aġġustamenti tad-doża jsiru neċessarji.


    Parir lill-Veterinarju


    Id-doża rrakkomandata inizjali ta’ Slentrol hi 0.05mg/kg (0.01 ml/kg) li jittieħed mill-ħalq. Wara ġimgħatejn ta’ terapija, il-volum tad-doża inizjali għandu jkun irduppjat. Wara l-ewwel 4 ġimgħat inizjali tat-terapija, l-aġġustament tad-doża jsiru kull xahar skond l-effett hekk kif inhu deskritt f’sezzjoni 9.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Parir lil Sid il-Kelb


    Iġbed il-prodott mediċinali veterinarju mill-flixkun permezz ta’ l-istrument tad-dożaġġ li ġie fornut u agħti l-prodott mediċinali veterinarju darba kuljum direttament fil-ħalq jew poġġi fuq ammont żgħir ta' l-ikel. Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jingħata ma' jew mingħajr ikel. Biex tkun żgur li jingħata d-dożaġġ korrett matul il-perijodu tat-trattament is-sid għandu jikseb il-parir ta’ veterinarju responsabbli rigward kull aġġustament ta’ dożaġġ ta’ kull xahar.


    Parir lill-Veterinarju


    Il-klieb għandu jsirilhom eżami fiżiku qabel ma jibda t-trattament, u l-punteġġ mixtieq tal-piż tal- ġisem u jew tal-kondizzjoni tal-ġisem ikun identifikat.


    Id-dożaġġ rrakkomandat inizjali tal-prodott mediċinali veterinarju hu 0.05 mg/kg tal-piż inizjali tal- ġisem kull ġurnata (0.01 ml/kg/kuljum). Wara ġimgħatejn ta’ terapija, id-doża inizjali (numru ta’ ml mogħtija) għandha tkun miżjuda b’100% (irdupjata). Wara l-ewwel 4 ġimgħat inizjali ta’ terapija, il-

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    klieb għandhom jintiżnu kull xahar matul it-trattament bil-prodott mediċinali veterinarju u l- aġġustamenti tad-doża jsiru kull xahar skond l-effett kif deskritt hawn taħt.


    image

    Fit-tmiem ta’ kull xahar tat-terapija, il-persentaġġ ta’ telf fil-piż tal-ġisem għandu jkun iddeterminat. Jekk it-telf fil-piż tal-ġisem minn meta ntiżen (li għandu jsir kull xahar) ix-xahar li għadda kien 3% tal-piż tal-ġisem kull xahar (ekwivalenti għal 0.1% tal-piż tal-ġisem kull ġurnata); id-doża (numru ta’ ml mogħti) għandu jibqa’ l-istess. Jekk it-telf fil-piż tal-ġisem minn meta ntiżen (li għandu jsir kull xahar) ix-xahar li għadda kien <3% tal-piż tal-ġisem kull xahar, id-doża għandha tkun miżjuda mingħajr l-ebda aġġustament għall-piż kurrenti tal-ġisem tal-kelb. L-ewwel darba li jkun hemm bżonn ta’ żjieda kondizzjonali, id-doża għandha tiżdied by 100% (irduppjata). F’żjidiet kondizzjonali meħtieġa sussegwenti, id-doża għandha tkun miżjuda b’50% (il-volum tad-doża għandu jkun miżjud għall-1.5 darba tal-volum mogħti fix-xahar ta' qabel) sad-doża massima tal-prodott mediċinali veterinarju ta' 0.2 ml/kg tal-piż kurrenti tal-ġisem. Dawn l-aġġustamenti għandhom jitkomplew sakemm il-mira tal-piż stabbilita fil-bidu tat-terapija tintlaħaq.


    image

    Għalkemm ma kien osservat fl-ebda esperimenti kliniċi, fil-każ fejn it-telf fil-piż tal-ġisem minn meta ntiżen (li għandu jsir kull xahar) ix-xahar li għadda kienet ta’ 12% fix-xahar (ekwivalenti għal 0.4% tal-piż tal-ġisem kull ġurnata), id-doża għandha tkun imnaqqsa b’25%.


    Skond studji kliniċi, telf medju fil-piż ta’ minn madwar minn 18 sa 20% wara sitt xhur ta’ terapija tat- telf ta’ piż jista’ jkun antiċipat.


    It-tul tat-trattament bil-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jaqbeż 12-il xahar u d-doża tal- prodott mediċinali veterinarju m’għandhiex taqbeż massimu ta’ 0.2 ml /kg tal-piż kurrenti tal-ġisem (1 mg/kg dirlotapide).

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


    TABELLA TAL-PROGRESS TAD-DOŻA MATUL IT-TELF TAL- PIŻ

    Livell ta’ doża

    Trigger għaż-żjieda

    Volum li għandu jingħata f’ml

    1 (bidu)

    Mhux applikabbli

    Doża 1 = Doża tal-bidu = BW Inizjali x 0.01 ml/kg

    2 (ġurnata awtomatika 14 żjieda)

    Mhux applikabbli (sistematiku)

    Doża 2 = Doża 1 x 2

    3 (kondizzjonali)

    L-ewwel darba fix-xahar meta ntiżen meta t-telf fil-piż tal- ġisem kien < 3% fix-xahar minn meta intiżen l-aħħar

    Doża 3 = Doża 2 x 2

    4 (kondizzjonali)

    It-tieni darba fix-xahar meta ntiżen meta t-telf fil-piż tal- ġisem kien < 3% fix-xahar minn meta intiżen l-aħħar

    Doża 4 = Doża 3 x 1.5

    5 (kondizzjonali)

    It-tielet darba fix-xahar meta intiżen meta t-telf fil-piż tal- ġisem kien < 3% fix-xahar minn meta intiżen l-aħħar

    Doża 5 = Doża 4 x 1.5

    6 (kondizzjonali)

    Ir-raba' darba fix-xahar meta ntiżen meta t-telf fil-piż tal- ġisem kien < 3% fix-xahar minn meta intiżen l-aħħar

    Doża 6 = Doża 5 x 1.5


    telf tal-piż fil-ġisem fix-xahar ta’ 3% = 0.7% fil-ġimgħa = 0.1% kuljum

    L-aktar doża baxxa u validata għall-strument tad-dożaġġ hi 0.05 ml. Din hi d-doża inizjali għal kelb ta’ 5 kg.


  10. PERIJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Aħżen fil-kontenitur oriġinali sabiex tipproteġi mid-dawl.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-flixkun. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 3 xhur


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Parir lil Sid il-Kelb:


    Tqala u Treddigħ:

    Slentrol m’għandux jintuża matul it-tqala u meta jkunu qed jaħilbu.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Ma sarux studji tal-fertilità fl-ispeċi li fuqhom ser jintuża l-prodott - l-użu fil-klieb tar-razza għandhom ikun soġġetti għall-analiżi ta’ riskju-benefiċċju mill-veterinarju tiegħek.


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar il-kompattibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien b’mod fiżiku ma prodotti mediċinali veterinarji oħra.


    Prekawzjonijietspeċjaliligħandhomjittieħdumill-persuna li tamministra l-prodottmediċinali veterinarju lill-klieb

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jitħallatx ma’ l-ilma. L-istrument tad-dożaġġ mill-ħalq li

    jintuża għall-kejl tad-doża għandu mnejn jitnaddaf bl-ilma imma jrid jitnixxef qabel ma jerġa' jintuża.


    Fi studji kliniċi, annimali kkurati malajr reġgħu ħxienu wara t-tmiem tat-trattament meta d-dieta ma kinitx ristretta. Biex tevita din iż-żjieda mill-ġdid fil-piż, matul it-trattament jew tal-anqas fi tmiem tat- trattament, għandu jkun implimentat reġimen approprijat ta’ ikel u ta’ l-eżerċizzju biex tkun aċċertata

    ż-żamma fil-piż tal-ġisem fuq firxa ta' żmien twil.


    Aħsel idejk wara li tużah. F'każ li xxerdu fuq il-ġilda, aħsel kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju minnufih bis-sapun u l-ilma. Slentrol għandu mnejn jikkawża irritazzjoni fl-għajnejn. Evita kuntatt ma’ l-għajnejn. Fil-każ ta’ esponiment aċċidentali għall-għajnejn, ifflaxxja l-għajnejn minnufih bl-ilma nadif.

    Meta l-prodott mediċinali veterinarju jinġibed ġos-sirinġa, agħtih minnufih.

    Meta l-prodott mediċinali veterinarju tpoġġa fuq l-ikel, warrab minnufih ikel li ma ittikilx biex tevita inġestjoni aċċidentali minn annimali oħra jew persuni fid-dar. L-inġestjoni tista’ jkun ta’ ħsara għat-tfal

    u nisa tqal.


    Fil-każ ta’ inġestjoni aċċidentali, fittex it-tabib mill-ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta’ informazzjoni li jkun fih ġewwa.


    Parir lill-Veterinarju:


    Il-funzjoni tal-fwied tal-klieb li huma ssuspettati li qed ibatu minn marda tal-fwied jew anormalità għandha tkun evalwata qabel ma jibda t-trattament bil-prodott mediċinali veterinarju. Klieb li juru li hemm sinjali ta’ anormalità tal-fwied m’għandhomx ikunu ttrattati bil-prodott mediċinali veterinarju.


    Kwalunkwe suspett kliniku ta’ mard jew anormalità tal-fwied matul it-trattament għandu jkun investigat permezz ta’ evalwazzjoni tal-funzjoni tal-fwied. Peress li l-prodott mediċinali veterinarju hu kontra-indikat f’każi ta’ anormalità tal-fwied, kwalunkwe indikazzjoni ta’ ħsara progressiva jew anormalità fil-fwied għandhom jirriżultaw fi twaqqif tat-trattament. Elevazzjonijiet sporadiċi u mhux qawwija ta’ alanini aminotransferasi (ALT) tas-serum sa erba’ darbiet ogħla l-firxa ta’ referenza m’għandhomx ikunu raġuni għala t-terapija għandha titwaqqaf fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni ta’ anormalità tal-fwied.


    Tqala u Treddigħ:

    Tużax fil-każ ta’ klieb matul it-tqala jew meta jkunu qed jaħilbu. Inibituri MTP (inibituri ta' proteini ta' transfer ta' microsomal trigylyceride) bħala klassi, għandhom il-potenzjal li jfixxklu l-iżvilupp tal-

    membrana li tagħlaq go fiha l-isfar tal-bajda u studji fil-laboratorji fuq firien u fniek pprovdew

    evidenza ta’ embrijuletalità, ħsara fit-tqala, u ħsara fl-iżvilupp.


    Matul it-trattament, peress li assorbiment ta’ l-ikel jonqos bħal meta jkun użat metodu mhux mediku tradizzjonali ta’ restrizzjoni tal-kaloriji, wieħed għandu joqgħod attent biex jiżgura li proteini, vitamini, aċidi tax-xaħam essenzjali u minerali li jingħataw bir-razzjon ta’ ikel ta’ kuljum jissodisfaw kondizzjonijiet minimali rrakkomandati biex tkun żgurata li qed jingħata forniment nutrit komplet u bbalanċjat,


    Fi studji kliniċi, annimali kkurati malajr reġgħu ħxienu wara t-tmiem tat-trattament meta d-dieta ma kinitx ristretta. Biex tevita din iż-żjieda ripetuta fil-piż, hu importanti li titma’ lill-annimali skond il-

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    bżonnijiet tal-manteniment ta’ l-enerġija. Mela, matul it-trattament jew mhux aktar tard mit-tmiem tat- trattament, għandu jkun implimentat reġimen approprijat ta’ ikel u ta’ l-eżerċizzju biex tkun aċċertata

    ż-żamma fuq firxa ta' żmien twil fil-piż tal-ġisem.


    Jekk ikun hemm rrammettar dijarea jew ta’ tnaqqis sinifikanti fl-aptit jew telf eċċessiv ta’ piż, it- trattament għandu jkun interott. Ir-reżoluzzjoni tar-reazzjonijiet avversi ser iseħħu fit wara s- sospenzzjoni tat-trattament. F’każ ta' telf eċċessiv fil-piż ta’ aktar min 12% kull xahar, il-volum tad- doża tal-prodott mediċinali veterinarju għandu jitnaqqas (b’25%).


    Doża eċċessiva sa 10 darbiet il-massimu tad-doża awtorizzata ta’ 1 mg/kg tal-piż kurrenti tal-ġisem għandha mnejn tipproduċi rramettar jew dijarea jew livelli ogħla ta’ ALT/AST (alanine aminotransferase/aspartate aminotransferase). Dawn is-sinjali ser jirrisolvu ruħhom waħedhom wara t- twaqqif tal-għoti tal-prodott.


    Interazzjonijiet ma’ tipi oħra ta’ mediċini ma ġewx speċifikament investigati. Mela, fil-każ ta’ klieb li qed jingħataw it-trattament flimkien mal-prodott mediċinali veterinarju, intererazzjonijiet bejn il- mediċini għandhom ikunu monitorjati bir-reqqa.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew ma’ l-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Fliexken tal-polipropilin ta' 20, 50 u 150 ml iffittjati b'adattament Press-in tal-polietilin ta' densità baxxa (LDPE) għall-flixkun u għatu li ma jistgħux jiftħuh it-tfal.

Flixken ta’ 20 ml huma ppakkjati b’żewġ strumenti tad-dożaġġ ta’ 1ml. Flixken ta’ 50 ml huma ppakkjati b’żewġ strumenti tad-dożaġġ ta’ 3ml. Flixken ta’ 150 ml huma ppakkjati b’żewġ strumenti tad-dożaġġ ta’ 10ml.


Mhux id-daqs kollha tal-pakketti jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tad-detentur tal-l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


België/Belgique/Belgien

Zoetis Belgium SA

Tél/Tel.: +32 (0)2 746 81 78

Lietuva

Zoetis Lietuva UAB Tel: +370 525 12029


Република България

Zoetis Luxembourg Holding Sarl

Teл: +359 2 970 41 72

Luxembourg

Zoetis Belgium SA

Tél/Tel.: +32 (0)2 746 81 78

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Česká republika

Zoetis Česká republika, s.r.o. Tel: +420 283 004 111

Magyarország Zoetis Hungary Kft. Tel: +361 488 3695


Danmark

Orion Pharma Animal Health Tlf: +45 49 12 67 65

Malta

Agrimed Limited Tel: +356 21 465 797


Deutschland

Zoetis Deutschland GmbH

Tel: +49 30 330063 0

Nederland

Zoetis B.V.

Tel: +31 (0)10 4064 600


Eesti

Zoetis Lietuva UAB Tel: +370 525 12029

Norge

Orion Pharma Animal Health Tlf: +47 40 0041 90


Ελλάδα

Zoetis Hellas S.A.

Τηλ.: +30 210 6785800

Österreich

Zoetis Österreich GmbH

Tel: +43 1 2701100 110


España

Zoetis Spain, S.L. Tel: +34 91 4909900

Polska

Zoetis Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 335 61 40


France

Zoetis France

Tél: +33 (0)1 58 07 46 00

Portugal

Zoetis Portugal, Lda.

Tel: +351 21 423 55 00


Hrvatska

Zoetis Netherlands Holdings BV

Tel: +385 1 644 1460

România

Zoetis România SRL

Tel: +40 21 207 17 70


Ireland

Zoetis Ireland Limited Tel: +353 (0) 1 467 6650

Slovenija

Zoetis Luxembourg Holding Sarl Tel: +386 (0) 1 52 11 670


Ìsland

Icepharma hf.

Sími: +354 540 80 00

Slovenská republika

Zoetis Luxembourg Holding Sarl, o.z.

Tel: +421 2 5939 6190


Italia

Zoetis Italia S.r.l.

Tel: +39 06 3366 8133

Suomi/Finland

Zoetis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 4300 40


Kύπρος

Zoetis Hellas S.A.

Τηλ.: +30 210 6785800

Sverige

Orion Pharma Animal Health Tel: +46 (0)8 623 64 40


Latvija

Zoetis Lietuva UAB

Tel: +370 525 12029

United Kingdom

Zoetis UK Limited

Tel: +44 (0) 845 300 8034