Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Privigen
human normal immunoglobulin (IVIg)

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Privigen 100 mg/ml (10%) soluzzjoni għall-infużjoni

immunoglobulina normali umana (IVIg)


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


tas saħħa. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Privigen u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma jingħata Privigen

  3. Kif għandek tuża Privigen

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Privigen

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


1. X’inhu Privigen u għalxiex jintuża X’inhu Privigen

Privigen jappartjeni għall-klassi ta’ mediċini msejħa immunoglobulini normali umani. L- immunoglobulini huma magħrufa wkoll bħala antikorpi u huma proteini tad-demm li jgħinu lill- ġismek jiġġieled l-infezzjonijiet.


Kif jaħdem Privigen


Privigen fih immunoglobulini li ġew ippreparati mid-demm ta’ nies b’saħħithom. Il-mediċina taħdem eżattament bl-istess mod bħall-immunoglobulini preżenti b’mod naturali fid-demm uman.


Għalxiex jintuża Privigen


Privigen jintuża għall-trattament tal-adulti u t-tfal (0 sa 18-il sena) fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:


  1. Biexiżidil-livellibaxxib’modanormalita’immunoglobulinafid-demmtiegħekgħallivelli normali (terapijata’sostituzzjoni):

    1. Pazjenti li jitwieldu b’ħila mnaqqsa jew li ma jkunux kapaċi jipproduċu immunoglobulini

      (immunodefiċjenzi primarji (PID)).

    2. Pazjenti b’immunodefiċjenza akkwiżita (SID - secondary immunodeficiency) li jsofru minn infezzjonijiet severi jew rikorrenti, trattament mhux effettiv kontra l-mikrobi u falliment ippruvat ta’ antikorp speċifiku jew livell fis-serum ta’ <4 g/l.


  2. Biex jiktrattament ċertidisturbiinfjammatorji(immunomodulazzjoni).Hemm5 gruppi:

    1. Pazjenti li m’għandhomx biżżejjed plejtlits fid-demm (tromboċitopenija immuni primarja (ITP) u li huma f’riskju għoli li jitilfu demm jew li ser jagħmlu operazzjoni fil-ġejjieni qarib.

    2. Pazjenti bis-sindrome ta’ Guillain Barré. Din hi marda akuta kkaratterizzata minn infjammazzjoni tan-nervituri periferali li tikkawża dgħjufija severa tal-muskoli, l-aktar fil-riġlejn u fid-dirgħajn.

    3. Pazjenti bil-marda ta’ Kawasaki. Din hi marda akuta li primarjament taffettwa l-aktar tfal żgħar. Hi kkaratterizzata minn infjammazzjoni tal-vini jew arterji tad-demm fil-ġisem kollu.

    4. Pazjenti li jbatu minn polinewropatija demajelinanti infjammatorja kronika (CIDP). Din hija marda kronika li hija kkaratterizzata minn infjammazzjoni tan-nervituri periferali li tikkawża dgħufija fil-muskoli u/jew tnemnim l-aktar fis-saqajn u l-parti ta’ fuq tar-riġlejn jew dirgħajn.

    5. Pazjenti b’newropatija multifokali motorja (MMN - multifocal motor neuropathy). Din hija marda tan-nervituri motorji li tagħmel progress bil-mod bi dgħjufija fid-dirgħajn u r- riġlejn


  1. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Privigen


    Aqra din is-sezzjoni bl-attenzjoni. L-informazzjoni li qed tingħata għandha tkun ikkunsidrata minnek u mit-tabib tiegħek qabel ma tingħata Privigen.


    TIĦUX Privigen

    • jekk inti allerġiku għal immunoglobulini umani, jew għal proline.

    • jekk tkun żviluppajt antikorpi kontra immunoglobulini tat-tip IgA fid-demm.

    • jekk tbati mill-iperprolinemija tat-tip I jew II (disturb ġenetiku li jikkawża livelli għoljin ta’ proline amino acid fid-demm). Dan hu disturb estremament rari. Hu magħruf li ftit familji biss fid-dinja għandhom din il-marda.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Liema ċirkustanzijżidur-riskjulijkollokeffettisekondarji?

      Għid lit-tabib jew lill-professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa tiegħek qabel il-trattament jekk kwalunkwe wieħed miċ-ċirkustanzi elenkati hawn taħt japplika għalik:

    • Inti tirċievi din il-mediċina f’dożi għoljin jew fl-ewwel ġurnata jew fuq firxa ta’ diversi ġranet u għandek grupp tad-demm A, B, jew AB u/jew għandek kundizzjoni ta’ infjammazzjoni

      sottostanti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ġie rrappurtat b’mod komuni li l-immunoglobulini jżidu r-

      riskju ta’ tkissir ta’ ċelluli ħomor tad-demm (emolisi).

      • Jekk għandek piż żejjed, inti anzjan, għandek id-dijabete, tkun ilek fis-sodda minħabba l-mard għal żmien twil, għandek pressjoni għolja, jekk il-volum tad-demm tiegħek hu baxx wisq (ipovolemija), jekk għandek problemi bil-vini/arterji tad-demm (mard vaskulari), jekk tbati minn żieda fit-tendenza għal emboli fid-demm (trombofilja jew episodji trombotiċi), jekk tbati minn marda jew kundizzjoni li tikkawża li d-demm tiegħek jeħxien (demm iperviskuż). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-immunoglobulini jistgħu jżidu r-riskju ta’ attakk tal-qalb (infart kardijaku), puplesija, emboli tad-demm fil-pulmun (emboliżmu fil-pulmun), jew imblokk ta’ vina tad- demm fir-riġel, għalkemm dan iseħħ biss b’mod rari ħafna.

      • Int għandek id-dijabete. Għalkemm Privigen ma fihx zokkor, jista’ jiġi ddilwit b’soluzzjoni

        speċjali ta’ zokkor (5% glucose), li tista’ taffettwa l-livell ta’ zokkor fid-demm tiegħek.

      • Int għandek jekk jew diġà kellek problemi fil-kliewi jew tieħu mediċini li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi (prodotti mediċinali nefrotossiċi). F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-immunoglobulini jistgħu jżidu r-riskju ta’ telf mgħaġġel serju tal-funzjoni tal-kliewi (insuffiċjenza akuta tal-kliewi) għalkemm dan iseħħ b’mod rari ħafna. It-telf tal-funzjoni tal-kliewi b’riżultat fatali seħħ f’każijiet iżolati relatati mal-emolisi.


        X’tipta’monitoraġġ humeħtieġmatull-infużjoni?

        Għas-sigurtà personali tiegħek, il-trattament bi Privigen ser issir taħt is-superviżjoni tat-tabib tiegħek jew ta’ professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa. Normalment, int ser tkun osservat mill-qrib matul l-infużjoni kollha u għal mill-inqas 20 minuta wara. F’ċerti ċirkustanzi, jista’ jkun hemm bżonn ta’ prekawzjonijiet speċjali. Eżempji ta’ ċirkustanzi bħal dawn huma:

      • jekk qed tirċievi Privigen b’rata għolja ta’ infużjoni jew

      • qed tirċievi Privigen għall-ewwel darba jew wara intervall twil fil-trattament (eż. diversi xhur). F’dawn il-każijiet, inti ser tkun osservat mill-qrib matul l-infużjoni kollha u għal mill-inqas siegħa wara.

        Meta jista’ jkun hemm bżonn li titnaqqas jew titwaqqaf l-infużjoni?

    • Inti tista’ tkun allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal immunoglobulini mingħajr ma tkun taf.

      Madankollu, reazzjonijiet allerġiċi veri huma rari. Huma jistgħu jseħħu anki jekk tkun diġà rċivejt immunoglobulini umani u kont ittollerajthom tajjeb. Jistgħu jiġru partikularment jekk tkun żviluppajt antikorpi kontra immunoglobulini tat-tip IgA. F’dawn il-każijiet rari,

      reazzjonijiet allerġiċi bħal tnaqqis għal għarrieda fil-pressjoni tad-demm jew xokk jistgħu jseħħu (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

    • F’każijiet rari ħafna tista’ sseħħ ħsara akuta fil-pulmun marbuta mat-trasfużjoni (TRALI - transfusion-related acute lung injury) wara li wieħed jirċievi immunoglobini. Dan iwassal għal akkumulazzjoni ta’ fluwidu li ma tkunx ġejja mill-qalb fl-ispazji tal-arja tal-pulmun (edima fil- pulmun mhux ġejja mill-qalb). Inti tagħraf TRALI minn diffikultà severa biex tieħu n-nifs

      (distress respiratorju), ġilda fil-blu (ċjanożi), livell baxx b’mod mhux normali ta’ ossiġnu fid- demm (ipossja),tnaqqis fil-pressjoni tad-demm (pressjoni baxxa) u żieda fit-temperatura tal- ġisem (deni). Is-sintomi b’mod tipiku jidhru matul jew fi żmien 6 sigħat wara li wieħed jirċievi t-trattament.

      Għid lit-tabib jew il-professjonist tal-trattament tas-saħħa tiegħek immedjatament jekk

      tinnota reazzjonijiet bħal dawn matul l-infużjoni ta’ Privigen. Hu jew hi se jiddeċiedu jekk titnaqqasx ir-rata tal-infużjoni jew titwaqqafx l-infużjoni kompletament.


      Testijiettad-demm

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek dwar il-trattament tiegħek bi Privigen qabel tagħmel xi testijiet tad-demm.


      Wara li tingħata Privigen, ir-riżultati ta’ ċerti testijiet tad-demm (testijiet serologiċi) jistgħu ma jkunux tajbin għal ċertu żmien.


      Informazzjonidwar is-sigurtàrigwardl-infezzjonijiet

      Privigen hu magħmul minn plażma tad-demm uman (din hi l-parti likwida tad-demm).

      Meta l-mediċini jkunu magħmulin minn demm jew plażma umana, jittieħdu ċerti miżuri biex jiġi evitat li jgħaddu xi infezzjonijiet lil pazjenti. Dawn jinkludu

      • l-għażla bir-reqqa ta’ donaturi tad-demm u tal-plażma, biex ikun żgurat li dawk li qegħdin f’riskju li jkollhom infezzjonijiet ikunu esklużi,

      • l-ittestjar ta’ kull għotja u taħlita ta’ plażma minn donaturi differenti għal sinjali ta’

        virus/infezzjonijiet.

      • l-inklużjoni ta’ miżuri fl-ipproċessar tad-demm jew tal-plażma, li jistgħu jiddiżattivaw jew ineħħu l-viruses

      Minkejja dawn il-miżuri, meta l-mediċini ppreparati minn demm jew plażma umana jingħataw, il-

      possibbiltà li tgħaddi xi infezzjoni ma tistax tiġi eskluża għal kollox. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe viruses mhux magħrufa jew ġodda, u għal tipi oħrajn ta’ infezzjonijiet.


      Il-miżuri li jittieħdu huma kkunsidrati li huma effettivi għal viruses enveloped bħall-virus ta’ l- immunodefiċjenza umana, il-virus ta’ l-epatite B u l-virus ta’ l-epatite Ċ u għall-viruses non-enveloped ta’ l-epatite A u l-viruses B19.


      Immunoglobulini ma kinux assoċjati ma’ infezzjonijiet ta’ epatite A jew parvovirus B19, possibbilment minħabba li l-antikorpi kontra dawn l-infezzjonijiet, li huma fil-prodott, huma , protettivi.


    • Hu rrakkomandat bil-qawwa li kull darba li tingħata doża ta’ Privigen, l-isem u n-numru tal-lott tal-prodott ikunu rreġistrati, sabiex jinżamm rekord tal-lottijiet li jintużaw.


      Mediċini oħra u Privigen


      Għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

      L-użu fl-istess waqt ta’ mediċini li jżidu l-ħruġ tal-ilma mill-ġisem tiegħek (dijuretiċi tat-tip loop) għandu jiġi evitat matul it-trattament bi Privigen. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk għandekx tuża jew tkompli t-trattament b’dijuretiċi tat-tip loop.


      Tilqim

      Qabel kull tilqima għid lit-tabib li jagħtik it-tilqima dwar il-trattament tiegħek bi Privigen.


      Wara li tirċievi Privigen, l-effikaċja ta’ ċertu tilqim tista’ tonqos. It-tilqim affettwat hu tilqim b’virus ħaj attenwat, bħal tilqim kontra l-ħosba, il-gattone, il-ħosba Ġermaniża u l-ġidri r-riħ. Dan it-tilqim għandu jkun pospost għal mill-inqas 3 xhur wara l-aħħar infużjoni ta’ Privigen. Fil-każ tat-tilqim kontra l-ħosba, dan in-nuqqas ta’ effikaċja jista’ jippersisti sa sena. Għalhekk it-tabib li ser jagħtik it- tilqima għandu jiċċekkja l-effettività tat-tilqima tal-ħosba.


      Tqala u treddigħ


      Għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa jekk inti tqila, qed tippjana li jkollok tarbijajew qed tredda’. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk inti tistax tirċievi Privigen matul it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’.


      Madankollu, mediċini li fihom l-antikorpi, intużaw f’nisa tqal u nisa li kienu qed ireddgħu. L- esperjenza fuq żmien twil uriet li mhuma mistennija l-ebda effetti li jagħmlu ħsara matul it-tqala jew lit-tarbija tat-twelid.

      Jekk tirċievi Privigen waqt li tkun qed tredda’, l-antikorpi f’din il-mediċina ser jgħaddu fil-ħalib tas- sider. Għaldaqstant, it-tarbija tiegħek tista’ tirċievi wkoll dawn l-antikorpi li jipproteġu.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Il-pazjenti jista’ jkollhom effetti, bħal ngħidu aħna dardir jew rimettar matul il-trattament bi Privigen, li jistgħu jaffettwaw il-ħila biex issuq u tuża l-magni. Jekk jiġri dan, m’għandekx issuq jew tuża magni sakemm l-effetti jgħaddu.


      Privigen fih proline


      M’għandekx tieħdu jekk inti tbati minn iperprolinemija (ara wkoll sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Privigen”).

      Għid lit-tabib tiegħek qabel il-trattament.


      Kontenut ta’ sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 2.3 mg sodium (il-komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir / li jintuża mal-ikel) f’kull 100 ml. Dan huwa ekwivalenti għal 0.12% tal-ammont massimu rakkomandat ta’ sodium li għandu jittieħed kuljum mad-dieta minn adult.


  2. Kif għandek tuża Privigen


    Privigen hu intenzjonat biss għall-infużjoni ġo vina (infużjoni intravenuża). Normalment jingħata mit- tabib tiegħek jew minn professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa.

    It-tabib tiegħek ser jikkalkula d-doża korretta għalik u se jikkunsidra l-piż tiegħek, iċ-ċirkustanzi speċifiċi elenkati taħt sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet” u r-rispons għall-trattament. Il-kalkolu tad-doża għat-tfal u pazjenti żgħar mhuwiex differenti minn dak tal-adulti. Fil-bidu ta’ l-infużjoni, inti

    ser tirċievi Privigen b’rata baxxa ta’ infużjoni. Jekk inti tittolleraha tajjeb, it-tabib tiegħek jista’ jżid bil-mod ir-rata ta’ l-infużjoni.


    Jekk tieħu Privigen aktar milli suppost


    Għalhekk, hemm possibbiltà remota ħafna li doża eċċessiva tista’ sseħħ għax Privigen normalment

    jingħata taħt superviżjoni medika. Jekk, minkejja dan, int tirċievi iktar Privigen milli suppost, id- demm tiegħek jista’ jsir aktar magħqud (isir iperviskuż) li jista’ jżid ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad- demm. Dan jista’ jseħħ partikularment jekk inti pazjent li qiegħed f’riskju, per eżempju jekk inti anzjan jew jekk tbati minn marda tal-qalb jew tal-kliewi. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti taf li għandek problemi mediċi.


  3. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Effetti sekondarji possibbli jistgħu jitnaqqsu jew anki jkunu evitati jekk l-infużjoni ta’ Privigen tingħata b’rata baxxa. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jseħħu anki jekk fil-passat tkun diġà ngħatajt l-immunoglobulini umani u ttollerajthom tajjeb.


    F’każijiet rari u iżolati, l-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati bi preparazzjonijiet tal- immunoglobulina:

    • reazzjonijiet severi ta’ sensittività eċċessiva bħal tnaqqis għal għarrieda fil-pressjoni tad-demm jew xokk anafilattiku (eż. jista’ jkollok il-mejt, tħossok stordut, iħossok ħażin malli tqum bilwieqfa, ikollok kesħa fl-idejn u s-saqajn, tħoss taħbit tal-qalb mhux normali jew uġigħ fis- sider, jew ikollok vista mċajpra) anki jekk ma kienx hemm l-ebda sensittività eċċessiva meta ngħatajt infużjonijiet fil-passat,

      Għid lit-tabib jew lill-professjonist tal-trattament tas-saħħa tiegħek immedjatament jekk tinnota sinjali bħal dawn matul l-infużjoni ta’ Privigen. Hu jew hi se jiddeċiedu jekk

      titnaqqasx ir-rata tal-infużjoni jew iwaqqfux l-infużjoni kompletament.

    • formazzjoni ta’ emboli tad-demm li jistgħu jinġarru fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm (reazzjonijiet tromboemboliċi), u li jistgħu jirriżultaw f’eż. infart mijokardjali (eż. meta tħoss uġigħ f’daqqa f’sidrek jew qtugħ ta’ nifs),puplesija (eż. meta jkollok bidu għal għarrieda ta’ dgħufija fil- muskoli, ikollok telf ta’ sensazzjoni u/jew tal-bilanċ, tnaqqis f’kemm tkun attent jew diffikultà biex titkellem), emboli tad-demm fl-arterji tal-pulmun (eż. meta jkollok uġigħ fis-sider, diffikultà biex tieħu n-nifs jew bili bid-demm), trombożi tal-vini li ma jidhrux (eż. meta jkollok ħmura, tħoss is-sħana, uġigħ, sensittività, jew ikollok nefħa f’riġel wieħed jew f’riġlejk it-tnejn).

    • uġigħ fis-sider, skumdità fis-sider, teħid tan-nifs bl-uġigħ minħabba ħsara fil-pulmun marbuta mat-trasfużjoni (TRALI)

      Għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonist tal-trattament tas-saħħa tiegħek immedjatament jekk ikollok xi wieħed mis-sintomi t’hawn fuq. Kwalunkwe persuna li

      jkollha sintomi bħal dawn, għandha minnufih tittieħed fit-taqsima tal-emerġenza fi sptar

      għal evalwazzjoni u trattament.

    • meninġite mhux infettiva temporanja (meninġite asettika riversibbli),

      Għid lit-tabib jew lill-professjonist tal-trattament tas-saħħa tiegħek immedjatament jekk ikollok għonq iebes flimkien ma’ wieħed jew aktar mis-sintomi li ġejjin: deni, dardir,

      rimettar, uġigħ ta’ ras, sensittività anormali għad-dawl, disturbi mentali.

    • żieda fil-livell tal-krejatinina fid-demm,

    • proteinurja,

    • insuffiċjenza renali akuta

    • tnaqqis temporanju ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija emolitika/emolisi riversibbli), anemija, lewkopenija, anistoċitożi (inkluż mikroċitożi).


      Effetti sekondarji osservati fi studji kliniċi kkontrollati u fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq huma ppreżentati skont il-frekwenza tagħhom b’dawk l-aktar frekwenti mniżżla l-ewwel:


      Komuni Ħafna (jistgħu jseħħu f’aktar minn pazjent 1 minn kull 10):

      Uġigħ ta’ ras, (inkluż uġigħ ta’ ras tas-sinus, emigranja, skumdità fir-ras, uġigħ ta’ ras tat-tensjoni), uġ igħ (inkluż uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, uġigħ fil-ġogi u fl-għadam (artralġja), u ġigħ fl-għonq, uġigħ fil-

      wiċċ, deni (inkluż tkexkix ta’ bard), mard jixbah l-influwenza (inkluż imnieħer inixxi (nażofarinġite),

      griżmejn juġgħu (uġigħ fil-farinġi u l-larinġi), infafet fil-ħalq u fil-gerżuma (infafet fil-ħalq u fil-larinġ i), tagħfis fil-gerżuma.

      Komuni (jistgħu jseħħu f’sa pazjent 1 minn kull 10):

      Tnaqqis temporanju fl-għadd taċ-ċelluli ħomor tad-demm (anemija), diżintegrazzjoni taċ-ċelluli ħomor tad-demm (emoliżi inkluża anemija emolitika) β, tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm (lewkopenija), sensittività eċċessiva, sturdament (inkluż vertigo), pressjoni tad-demm għolja (ipertensjoni), fwawar (inkluż fwawar sħan, iperimja), ipotensjoni (inkluż tnaqqis fil-pressjoni tad- demm), qtugħ ta’ nifs (dispnea inkluż uġigħ fis-sider, skumdità fis-sider, uġigħ mat-teħid tan-nifs), stonku mqalleb (dardir), rimettar, ippurgar maħlul (dijarea), uġigħ fl-istonku, disturb fil-ġilda (inkluż raxx, ħakk (prurite), ħorriqija (urtikarja), raxx makulopapulari, ħmura fil-ġilda (eritema), tqaxxir tal- ġilda (sfoljazzjoni tal-ġilda), uġigħ fil-muskoli (inkluż bugħawwiġijiet u riġidità), għeja, dgħufija

      fiżika (astenja), dgħufija fil-muskoli.

      Testijiet tal-laboratorju ta’ rutina jistgħu b’mod komuni juru bidliet fil-funzjonijiet tal-fwied (iperbilirubinimja) kif ukoll bidliet fl-għadd tad-demm (eż. riżultat pożittiv għat-test (dirett) ta’ Coombs), żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, żieda fil-lactate dehydrogenase fid-demm.


      Mhux komuni (jistgħu jseħħu f’sa pazjent 1 minn kull 100):

      Meninġite temporanja mhux infettiva (meninġite asettika riversibbli), irregolarità fil-forma taċ-ċelluli ħomor tad-demm (sejba mikroskopika), preżenza ta’ għadd għoli ta’ plejtilts fid-demm (tromboċitożi), ngħas, tkexkix (rogħda), palpitazzjonijiet, takikardija, avvenimenti tromboemboliċi, nuqqas ta’ provvista tad-demm lejn ir-riġlejn li tikkawża eż. uġigħ meta timxi (disturb vaskulari periferali), preżenza ta’ ammont żejjed ta’ proteini tas-serum fl-awrina (proteinurja inkluż żieda fil-kreatinina fid- demm), uġigħ fil-post tal-injezzjoni (inkluża skumdità fil-post tal-infużjoni).


      F’każijiet iżolati (esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq), ġew osservati dawn li ġejjin f’pazjenti ttrattati bi Privigen: livell baxx b’mod mhux normali ta’ ċelluli bojod tad-demm speċifiċi msejħa newtrofili (tnaqqis fl-għadd ta’ newtrofili), xokk anafilattiku, uġigħ mat-teħid tan-nifs minħabba ħsara fil- pulmun relatata mat-trasfużjoni (TRALI - transfusion related lung injury), u insuffiċjenza akuta tal- kliewi.


      β Il-każijiet ta’ anemija emolitika wara t-tlestija tal-istudju kliniku kkontrollat ġew osservati bi frekwenza mnaqqsa b’mod sinifikanti minħabba titjib fil-proċess tal-manifattura ta’ Privigen.


      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-professjonist fil-qasam tal-trattament tas-saħħa tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.


      Jekk jogħġbok irreferi għal sezzjoni 2 “X’għandek bżonn tkun taf qabel ma tingħata Privigen” għal aktar dettalji dwar iċ-ċirkustanzi li jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  4. Kif taħżen Privigen


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it- tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix- xahar.

    • Minħabba li l-soluzzjoni ma jkun fiha l-ebda preservattiv, il-professjonist tal-trattament tas- saħħa tiegħek għandu jagħtiha permezz ta’ infużjoni malajr kemm jista’ jkun wara li jiftaħ il- kunjett.

    • Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C.

    • Tagħmlux fil-friża.

    • Żomm il-kunjett fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

    • Tużax din il-mediċina jekk tinnota li s-soluzzjoni hi mċajpra jew fiha xi frak jifflowtjaw fis- soluzzjoni.


  5. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Privigen


Kif jidher Privigen u l-kontenut tal-pakkett

Privigen hu ppreżentat bħala soluzzjoni għall-infużjoni.

Is-soluzzjoni hi ċara jew ftit opalexxenti u bla kulur sa isfar ċar.


Daqsijiet tal-pakkett:

1 kunjett (2.5 g/25 ml, 5 g/50 ml, 10 g/100 ml, 20 g/200 ml jew 40 g/400 ml),

3 kunjetti (10 g/100 ml jew 20 g/200 ml).


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur CSL Behring GmbH

Emil-von-Behring-Strasse 76 D-35041 Marburg

Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien CSL Behring NV Tél/Tel: +32 15 28 89 20

Luxembourg/Luxemburg

CSL Behring NV

Tél/Tel: +32 15 28 89 20


България

МагнаФарм България ЕАД

Тел: +359 2 810 3949

Magyarország

CSL Behring Kft. Tel: +36 1 213 4290


Česká republika

CSL Behring s.r.o.

Tel: + 420 702 137 233

Malta

AM Mangion Ltd.

Tel: +356 2397 6333


Danmark

CSL Behring ApS

Tlf: +45 4520 1420

Nederland

CSL Behring B.V.

Tel: + 31 85 111 96 00

Deutschland

CSL Behring GmbH Tel: +49 69 30584437

Norge

CSL Behring AB

Tlf: +46 8 544 966 70


Eesti

CentralPharma Communications OÜ

Tel: +3726015540

Österreich

CSL Behring GmbH

Tel: +43 1 80101 2463


Ελλάδα

CSL Behring ΕΠΕ

Τηλ: +30 210 7255 660

Polska

CSL Behring Sp. z o.o.

Tel: +48 22 213 22 65


España

CSL Behring S.A.

Tel: +34 933 67 1870

Portugal

CSL Behring Lda

Tel: +351 21 782 62 30


France

CSL Behring SA

Tél: + 33 1 53 58 54 00


Hrvatska

Marti Farm d.o.o. Tel: +385 1 5588297

România

Prisum International Trading srl

Tel: +40 21 322 01 71


Slovenija

NEOX s.r.o. - podružnica v Sloveniji Tel: +386 41 42 0002


Ireland

CSL Behring GmbH

Tel: +49 69 30517254

Slovenská republika

CSL Behring s.r.o.

Tel: +421 911 653 862


Ísland

CSL Behring AB

Sími: +46 8 544 966 70

Suomi/Finland

CSL Behring AB

Puh/Tel: +46 8 544 966 70


Italia

CSL Behring S.p.A.

Tel: +39 02 34964 200

Sverige

CSL Behring AB

Tel: +46 8 544 966 70


Κύπρος

CSL Behring ΕΠΕ

Τηλ: +30 210 7255 660

United Kingdom (Northern Ireland)

CSL Behring GmbH

Tel: +49 69 305 17254


Latvija

CentralPharma Communications SIA Tel: +371 6 7450497


Lietuva

CentralPharma Communications UAB

Tel: +370 5 243 0444


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: .


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:

Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata


image

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ huma deskritti fil-qosor fit-tabella li ġejja:


Indikazzjoni

Doża

Frekwenza ta’ l-injezzjonijiet

Terapija ta’ sostituzzjoni

Sindromi ta’ immunodefiċjenza

primarja (PID)

doża tal-bidu:

0.4 – 0.8 g/kg ta’ piż tal-ġisem doża ta’ manteniment:

0.2 – 0.8 g/kg ta’ piż tal-ġisem


kull 3 sa 4 ġimgħat biex tikseb livell minimu ta’ IgG ta’ mill- inqas 6 g/l

Immunodefiċjenzi sekondarji (kif definit f’4.1)

0.2 – 0.4 g/kg ta’ piż tal-ġisem

kull 3 sa 4 ġimgħat biex tikseb livell minimu ta’ IgG ta’ mill-

inqas 6 g/l

Immunomodulazzjoni

Tromboċitopenija immuni primarja (ITP)

0.8 – 1.0 g/kg ta’ piż tal-ġisem


jew


0.4 g/kg ta’ piż tal- ġisem/kuljum

fl-1 jum, possibbilment ripetuta fi żmien 3 ijiem


għal 2 sa 5 ijiem

Sindrome ta’ Guillain-Barré

0.4 g/kg ta’ piż tal-

ġisem/kuljum

għal 5 ijiem

Il-marda ta’ Kawasaki

kg ta’ piż tal-ġisem

2 g/kg ta’ piż tal-ġisem


f’doża waħda flimkien ma’ acetylsalicylic acid

Polinewropatija demajelinanti

infjammatorja kronika (CIDP)

doża tal-bidu: 2 g/kg ta’ piż tal-

ġisem


doża tal-manteniment: 1 g/kg ta’ piż tal-ġisem

dożi maqsuma fuq firxa ta’

minn jumejn sa ħamest ijiem


kull 3 ġimgħat fuq firxa ta’ minn jum sa jumejn

Newropatija Multifokali

Motorja (MMN)

doża tal-bidu:

2 g/kg ta’ piż tal-ġisem


doża ta’ manteniment: 1 g/kg ta’ piż tal-ġisem jew

2 g/kg ta’ piż tal-ġisem

fuq 2 sa 5 ijiem konsekuttivi


kull 2 sa 4 ġimgħat jew

kull 4 sa 8 ġimgħat fuq 2 sa

5 ijiem


Metoduta’kifgħandujingħata


Għal użu minn ġol-vina.

L-immunoglobulina normali umana għandha tingħata bħala infużjoni minn ġol-vina b’rata inizjali ta’ l-infużjoni ta’ 0.3 ml/kg ta’ piż tal-ġisem/siegħa għal madwar 30 minuta. Jekk tkun ittollerata tajjeb, ir-rata tista’ tiżdied gradwalment sa massimu ta’ 4.8 ml/kg ta’ piż tal-ġisem/siegħa.

F’pazjenti bil-PID li ttolleraw tajjeb ir-rata ta’ infużjoni ta’ 4.8 ml/kg ta’ piż tal-ġisem/siegħa, ir-rata tista’ tiżdied gradwalment għal 7.2 ml/kg ta’ piż tal-ġisem/siegħa.

Jekk id-dilwizzjoni qabel l-infużjoni tkun mixtieqa, Privigen jista’ jiġi ddilwit b’soluzzjoni ta’ 5%

glucose għal konċentrazzjoni finali ta’ 50 mg/ml (5%).


Prekawzjonijiet speċjali

F’każ ta’ reazzjoni avversa, jew ir-rata ta’ l-għoti trid titnaqqas, jew l-infużjoni titwaqqaf.

Hu rrakkomandat bil-qawwa li kull darba li jingħata Privigen lil pazjent, l-isem u n-numru tal-lott tal- prodott għandhom ikunu rreġistrati sabiex tinżamm ħolqa bejn il-pazjent u l-lott tal-prodott.


Inkompatibbilitajiet


Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija fis-sezzjoni ta’ hawn taħt.


Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor


Il-prodott għandu jinġieb għat-temperatura tal-kamra jew tal-ġisem qabel l-użu. Għandu jintuża vented infusion line għall-għoti ta’ Privigen. Dejjem taqqab it-tapp fin-nofs, fiż-żona mmarkata.

Is-soluzzjoni għandha tkun ċara jew xi ftit opalexxenti u bla kulur jew safra mitfija. Soluzzjonijiet li jkunu mċajprin jew li jkun fihom depożiti m’għandomx jintużaw. Jekk id-dilwizzjoni tkun mixtieqa,

hi rrakkomandata soluzzjoni ta’ 5% glucose. Biex tikseb soluzzjoni ta’ immunoglobulina ta’ 50 mg/ml (5%), Privigen 100 mg/ml (10%) għandu jiġi ddilwit b’volum ugwali ta’ soluzzjoni ta’ glucose.

Teknika asettika trid tiġi osservata b’mod strett waqt id-dilwizzjoni ta’ Privigen.

Ġaladarba l-kunjett ikun taħt kundizzjonijiet asettiċi, il-kontenut għandu jintuża malajr. Minħabba li s- soluzzjoni ma fiha l-ebda preservattiv, Privigen għandu jkun infuż malajr kemm jista’ jkun.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.