Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Myocet liposomal (previously Myocet)
doxorubicin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Myocet liposomal 50 mg trab, tixrid u solvent għal konċentrat għat-tixrid għall-infużjoni

Liposomali doxorubicin hydrochloride


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Kif jidher Myocet liposomal u l-kontenut tal-pakkett

Myocet liposomal jikkonsisti fi trab, dipressjoni u solvent għal konċentrat għal tixrid għall-infużjoni. Hu fornut bħala sistema ta’ tliet kunjetti: doxorubicin HCl, liposomi u baffer.

Ġaladarba l-kontenut tal-kunjetti jkun tħallat ma’ xulxin, it-tixrid liposomali li tirriżulta tkun ta’ lewn oranġjo-ħamra u opaka.


Myocet liposomal hu disponibbli f’kaxxi tal-kartun li jkun fihom sett wieħed jew 2 settijiet tat-tliet komponenti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem L-Olanda


Il-Manifattur

GP-Pharm

Polígon Industrial Els Vinyets - Els Fogars, Sector 2, Carretera Comarcal C244, km 22

08777 Sant Quintí de Mediona (Barcelona)

Spanja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.


.

image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa:

GWIDA GĦALL-PREPARAZZJONI


Myocet liposomal 50 mg trab, tixrid u solvent għal konċentrat għat-tixrid għall-infużjoni

Liposomal doxorubicin hydrochloride


Huwa importanti li taqra l-kontenut kollu ta’ din il-gwida qabel ma dan il-prodott mediċinali jiġi ppreparat.


  1. PREŻENTAZZJONI


    Myocet liposomal huwa provdut f’sistema ta’ tlett kunjetti: (1) doxorubicin HCl, (2) liposomi, u

    (3) baffer. Barra minn dawn it-tlett komponenti, ikun hemm bżonn ta’ soluzzjoni

    ta’ 0.9% (w/v) sodium chloride għall-injezzjoni għar-rikostituzzjoni ta’ doxorubicin HCl. Myocet liposomal għandu jiġi rikostitwit qabel ma jingħata.


  2. RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL MANIĠĠAR MINGĦAJR PERIKLU


    Il-proċeduri normali għal maniġġar u rimi kif suppost ta’ prodotti mediċinali li jaħdmu kontra t-tumur għandhom jiġu adottati. Dawn jinkludu:


    • L-impjegati għandhom jiġu mħarrġa kif jirrikostitwixxu l-prodott mediċinali.

    • Nisa tqal għandhom jiġu esklużi milli jaħdmu fuq il-prodott mediċinali.

    • L-impjegati li jaħdmu fuq il-prodott mediċinali waqt ir-rikostituzzjoni tiegħu għandhom jilbsu

      lbies protettiv li jinkludu maskri, goggles u ingwanti.

    • Kull ħaġa li tintuża waqt l-għoti jew tindif, li jinkludu ingwanti, għandhom jitqegħdu f'borża tar- rimi ta’ riskju għoli għall-inċinerazzjoni f'temperatura għolja. Skart likwidu jista’ jiġi fflaxxjat b'ammonti kbar ta’ ilma.

    • Kuntatt aċċidentali mal-ġilda jew l-għajnejn għandu jiġi kkurat b’ammonti kbar ta’ ilma.


  3. PREPARAZZJONI GĦALL-GĦOTI ĠOL-VINA


Teknika asettika għandha tiġi wżata b’mod strett waqt li Myocet liposomal ikun qed jiġi maniġġjat billi m’hemmx preservattiv preżenti.


3.1 Preparazzjoni ta’ Myocet liposomal


1. Stadju. Preparazzjoni

Żewġ metodi differenti ta’ sħana jistgħu jintużaw: Ħijter Techne DB-3 Dri Block jew f’banjumarija:


Il-Ħijter Techne DB-3 Dri Block huwa validat b’mod sħiħ sabiex jintuża biex jiġi kostitwit Myocet liposomal. Tlett daħliet, kull waħda b’żewġ fethiet ta’ 43.7 mm għal kull daħla għandhom jintużaw. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kontroll tajjeb tat-temperatura, termometru ta’ immersjoni ta’ 35 mm huwa rakkomandat.


Il-preparazzjoni rikostitwita ta’ Myocet liposomal li tirriżulta ikun fiha 50 mg ta’ doxorubicin

HCl/25 ml ta’ konċentrat għal tixrid liposomali għall-infuzjoni (2 mg/ml).


Wara li jiġi rikostitwit, il-prodott finali għandu jiġi dilwit aktar b’soluzzjoni ta’ 0.9% (w/v) sodium chloride għall-injezzjonijiet, jew soluzzjoni ta’ 5% (w/v) glucose għall-injezzjoni sa volum fl-aħħar ta’ soluzzjoni ta’ 40 ml sa 120 ml kull 50 mg ta’ Myocet liposomal rikostitwit sabiex il-konċentrazzjoni finali ta’ doxorubicin tkun ta’ bejn 0.4 mg/ml sa 1.2 mg/ml.


La darba jkun kostitwit, it-tixrid liposomali għall-infużjoni li fih doxorubicin enkapsulat fil-liposoma għandu jkun ta’ tixrid omoġenju opak ta’ lewn ħamrani-oranġjo. Il-prodotti mediċinali parenterali kollha għandhom jiġu spezzjonati għal frak żgħir u telf fil-kulur qabel ma jingħataw. Tużax it-taħlita jekk ikun hemm frak barrani fiha.


Ġie ippruvat li hekk kif Myocet liposomal ikun rikostitwit, dan ikollu stabilità kimika u fiżika waqt l- użu fit-temperatura tal-kamra sa 8 sigħat jew fil-friġġ (2οC-8°C) sa ħamest ijiem.


Mil-lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatatment. Jekk ma jintużax immedjatament, min juża l-prodott għandu jieħu responsabbiltà tal-ħinijiet tal-ħażna u l-kundizzjonijiet ta’ qabel jintuża dan il-prodott. Dawn m’għandhomx ikunu ta’ aktar minn 24 siegħa f’temperaturi ta’ 2οC-8οC, ħlief meta l-prodott ikun ġie rikostitwit u dilwit f’post ikkontrollat u validat għal kundizzjonijiet asettiċi.


Myocet liposomal għandu jingħata permezz ta’ infużjoni minn ġol-vina fuq firxa ta’ siegħa.

Twissija: Myocet liposomal m’għandux jingħata minn ġol-muskolu jew minn b’rotta subkutanja jew

bħala injezzjoni bolus


4. RIMI


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu

jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.