Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cancidas (previously Caspofungin MSD)
caspofungin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Cancidas 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni Cancidas 70 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni caspofungin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma inti jew it-tifel/tifla tiegħek tibdew tingħataw din il- mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Cancidas u l-kontenut tal-pakkett

Cancidas huwa trab kumpatt abjad għal offwajt, sterili.


Kull pakkett fih kunjett ta’ trab wieħed.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat- Tqegħid fis-Suq

Il-Manifattur

Merck Sharp & Dohme B.V. Merck Sharp & Dohme B. V.

Waarderweg 39 Waarderweg 39

2031 BN Haarlem 2031 BN Haarlem

In-Netherlands In-Netherlands


jew


FAREVA Mirabel Route de Marsat-Riom

63963 Clermont-Ferrand Cedex 9 Franza


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Belgique/België/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 5300

hungary_msd@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel.: 8007 4433 (+ 356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com


Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com

France

MSD France

Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201

msd_slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Ιtalia

MSD Italia S.r.l.

Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804 650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland) Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


eu.

image


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Struzzjonijiet dwar kif għandek tirrikostitwixxi u tħallat CANCIDAS:


Ir-rikostituzzjoni ta’ CANCIDAS

TUŻAX DILWENTI LI FIHOM IL-GLUCOSE għax CANCIDAS mhuwiex stabbli f’dilwenti li fihom il-glucose. CANCIDAS M’GĦANDUX JIĠI MĦALLAT JEW INFUŻ MA’ MEDIĊINI

OĦRA, billi ma hemmx informazzjoni disponibbli dwar il-kompatibilità ta’ CANCIDAS ma’ sustanzi, addittivi, jew prodotti mediċinali oħra għal ġol-vini. Eżamina viżwalment is-soluzzjoni għal infużjoni

għal xi frak jew tidnis.


CANCIDAS 50 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għal infużjoni

ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU F’PAZJENTI ADULTI (kunjett ta’ 50 mg)


Pass 1 Rikostituzzjoni ta’ kunjetti konvenzjonali

Biex tirrikostitwixxi t-trab, ġib il-kunjett għat-temperatura tal-kamra u b’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni. Il-konċentrazzjoni tal-kunjetti rikostitwiti se tkun 5.2 mg/ml.


It-trab kompatt abjad għal offwajt lajofilizzat għandu jinħall kompletament. Ħawwad bil-mod sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara. Is-soluzzjonijiet rikostitwiti għandhom jiġu eżaminati viżwalment għal xi frak jew tidnis. Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.


Pass 2 Iż-żieda ta’ CANCIDAS rikostitwit mas-soluzzjoni għal infużjoni tal-pazjent

Id-dilwenti għas-soluzzjoni finali għal infużjoni huma: soluzzjoni ta’ klorur tas-sodju għal injezzjoni, jew soluzzjoni lactated ta’ Ringer. Is-soluzzjoni għal infużjoni tiġi ppreparata billi b’mod asettiku

jiżdied l-ammont xieraq ta’ konċentrat rikostitwit (kif muri fit-tabella ta’ hawn isfel) ma’ borża jew flixkun tal-infużjoni ta’ 250 ml. Meta jkun medikament meħtieġ, jistgħu jintużaw infużjonijiet ta’

volum imnaqqas f’100 ml, għad-dożi ta’ 50 mg jew 35 mg kuljum. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk tkun imdennsa jew preċipitat.


KUNJETT TA’ 50 mg: PREPARAZZJONI TAS-SOLUZZJONI GĦAL INFUŻJONI FL- ADULTI


DOŻA*

Volum ta’

CANCIDAS

rikostitwit għal trasferiment ġo

borża jew flixkun għal ġol-vini

Preparazzjoni

standard

(CANCIDAS

rikostitwit miżjud ma’ konċentrazzjoni finali

ta’ 259 ml)

Infużjoni ta’ volum

imnaqqas

(CANCIDAS rikostitwit miżjud ma’

konċentrazzjoni finali ta’ 100 ml)

50 mg

10 ml

0.20 mg/ml

-

50 mg f’volum

imnaqqas


10 ml


-


0.47 mg/ml

35 mg għal

indeboliment moderat tal-fwied (minn kunjett wieħed ta’ 50 mg)


7 ml


0.14 mg/ml


-

35 mg għal

indeboliment moderat tal-fwied (minn kunjett wieħed ta’ 50 mg) f’volum imnaqqas


7 ml


-


0.34 mg/ml

**Jekk kunjett ta’ 70 mg ma jkunx disponibbli, id-doża ta’ 70 mg tista’ tiġi ppreparata minn żewġ kunjetti ta’ 50 mg.


ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU F’PAZJENTI PEDJATRIĊI (kunjett ta’ 70 mg)


Kalkulazzjoni tal-Arja tas-Superfiċje tal-Ġisem (BSA) għal dożaġġ pedjatriku

Qabel ma tipprepara l-infużjoni, ikkalkula l-arja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) tal-pazjent billi tuża din il-formula: (Formula Mosteller3)

image


image

Preparazzjoni tal-infużjoni ta’ 70 mg/m2 għal pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur ’il fuq (billi jintuża kunjett ta’ 70 mg)

  1. Stabbilixxi l-loading dose attwali li għandha tintuża fil-pazjent pedjatriku billi tuża l-BSA tal-

    pazjent (kif ikkalkulata hawn fuq) u l-ekwazzjoni segwenti: BSA (m2) X 70 mg/m2 = Loading Dose


    image

    1. Mosteller RD: Simplified Calculation of Body Surface Area. N Engl J Med 1987 Oct 22;317(17): 1098 (letter)

    Il-loading dose massima f’Jum 1 m’għandhiex taqbeż 70 mg, irrispettivament mid-doża kkalkulata tal-pazjent.

  2. Ġib il-kunjett imkessaħ ta’ CANCIDAS għat-temperatura tal-kamra.

  3. B’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni.a Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.b Din tagħti konċentrazzjoni finali ta’

    caspofungin fil-kunjett ta’ 7.2 mg/ml.

  4. Neħħi mill-kunjett il-volum ta’ mediċina ugwali għal-loading dose kkalkulata (Pass 1).

Ittrasferixxi b’mod asettiku dan il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit għal borża (jew flixkun) IV li fiha 250 ml ta’ 0.9%, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju, jew

Injezzjoni Lactated ta’ Ringers. B’mod alternattiv, il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit

jista’ jiġi miżjud ma’ volum imnaqqas ta’ 0.9 %, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas- Sodju jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers, li m’għandhiex taqbeż konċentrazzjoni finali ta’

0.5 mg/ml. Din is-soluzzjoni għal infużjoni trid tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen

f’temperatura ta’ 25°C jew inqas jew fi żmien 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.


image

Preparazzjoni tal-infużjoni ta’ 50 mg/m2 għal pazjenti pedjatriċi minn 3 xhur ’il fuq (billi jintuża kunjett ta’ 70 mg)

  1. Stabbilixxi d-doża ta’ manteniment attwali ta’ kuljum li għandha tintuża fil-pazjent pedjatriku billi tuża l-BSA tal-pazjent (kif ikkalkulata hawn fuq) u l-ekwazzjoni segwenti:

    BSA (m2) X 50 mg/m2 = Doża ta’ Manteniment ta’ Kuljum

    Id-doża ta’ manteniment ta’ kuljum m’għandhiex taqbeż 70 mg, irrispettivament mid-doża kkalkulata tal-pazjent.

  2. Ġib il-kunjett imkessaħ ta’ CANCIDAS għat-temperatura tal-kamra.

  3. B’mod asettiku żid 10.5 ml ta’ ilma għall-injezzjoni.a Din is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tinħażen sa 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C jew inqas.b Din tagħti konċentrazzjoni finali ta’

    caspofungin fil-kunjett ta’ 7.2 mg/ml.

    image

  4. Neħħi mill-kunjett il-volum ta’ mediċina ugwali għad-doża ta’ manteniment ta’ kuljum kkalkulata (Pass 1). Ittrasferixxi b’mod asettiku dan il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit għal borża (jew flixkun) IV li fiha 250 ml ta’ 0.9%, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju, jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers. B’mod alternattiv, il-volum (ml)c ta’ CANCIDAS rikostitwit jista’ jiġi miżjud ma’ volum imnaqqas ta’ 0.9 %, 0.45 %, jew 0.225 % Injezzjoni ta’ Klorur tas-Sodju jew Injezzjoni Lactated ta’ Ringers, li m’għandhiex taqbeż konċentrazzjoni finali ta’ 0.5 mg/ml. Din is-soluzzjoni għal infużjoni trid tintuża fi żmien 24 siegħa jekk tinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas jew fi żmien 48 siegħa jekk tinħażen fi friġġ f’temperatura ta’ 2 sa 8°C.


Noti dwar il-preparazzjoni:


a Il-“cake” abjad għal offwajt għandu jinħall kompletament. Ħawwad bil-mod sakemm tinkiseb soluzzjoni ċara.


b Eżamina viżwalment is-soluzzjoni rikostitwita għal frak jew tibdil fil-kulur waqt ir-rikostituzzjoni u qabel l-infużjoni. Is-soluzzjoni m’għandhiex tintuża jekk tkun imdennsa jew preċipitat.


ċ CANCIDAS huwa fformulat sabiex jipprovdi d-doża ttikkettjata kollha tal-kunjett (70 mg) meta jinġibdu 10 ml mill-kunjett.