Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Clopidogrel ratiopharm GmbH
clopidogrel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Clopidogrel ratiopharm GmbH 75 mg pilloli miksija b’rita

clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), jista’ jingħatalek Clopidogrel ratiopharm GmbH flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1,000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema, iżda l-użu fit- tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


Clopidogrel ratiopharm GmbH ma’ ikel u xorb

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Clopidogrel ratiopharm GmbH jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew mingħajru.


Tqala u treddigħ

Huwa preferibbli li ma tiħux dan il-prodott waqt it-tqala.


Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Clopidogrel ratiopharm GmbH m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


Clopidogrel ratiopharm GmbH fih castor oil idroġenat

Dan jista’ jikkawża taqlib ta’ l-istonku jew dijarrea


  1. Kif għandek tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem

    għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel ratiopharm GmbH (4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tal-kura. Wara, id-doża

    rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel ratiopharm GmbH kuljum li għandha tittieħed mill-ħalq ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt u fl-istess ħin kull ġurnata.


    Għandek tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH aktar milli suppost

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’

    fsada.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH

    Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ Clopidogrel ratiopharm GmbH, iżda tiftakar fit-12-il siegħa ta’ wara, ħu l-

    pillola mill-ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Jekk tinsa tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin

    tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għall-pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH

    Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek

    qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    f’kulħadd.


    Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

    • jitlagħlek id-deni, ikollok sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

    • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 'Twissijiet u Prekawzjonijiet').

    • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.


      L-iżjed effett komuni irrappurtat bi clopidogrel hija l-fsada. Din tista' sseħħ bħala fsada fl-istonku jew fl-imsaren, tbenġil, ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas-soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl- awrina. F’numru żgħir ta’ każijiet oħra ġew irrappurtati fsada fl-għajn, fir-ras, fil-pulmun jew fil-ġogi.


      Jekk tbati minn fsada għal perjodu twil waqt li qed tieħu Clopidogrel ratiopharm GmbH. Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għalfejn tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 'Twissijiet u Prekawzjonijiet').


      Effetti sekondarji oħra huma:

      -Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

      Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.


      -Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

      Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass żejjed fl-istonku jew fl-imsaren,

      raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


      -Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna)

      Vertigo, tkabbir tas-sider fl-irġiel.


      -Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna)

      Suffejra; uġigħ addominali qawwi flimkien ma' jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet fin-

      nifs kultant assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati ( per eżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin); nefħa fil-ħalq; infafet fil-

      ġilda; reazzjoni allerġika fil-ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm;

      konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdil fit-togħma ta’ l-ikel jew ma

      tibqax ittiegħem l-ikel.


      Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli): Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva b’uġigħ fis-sider jew fl-addome, sintomi persistenti ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm.


      Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jinduna b’xi tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’

      lawrina tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  3. Kif taħżen Clopidogrel ratiopharm GmbH


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.


    Aħżen fil-folja oriġinali sabiex tilqa' mill-umdita’.


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja, wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tużax Clopidogrel ratiopharm GmbH jekk tinnota kwalunkwe sinjali viżibbli ta' ħsara fil-folja jew fil- pilloli miksija b’rita.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Clopidogrel ratiopharm GmbH


Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola fiha 75 mg ta’Clopidogrel (bħala besilate).


Is-sustanzi l-oħra huma (ara sezzjoni 2 ‘Clopidogrel ratiopharm GmbH fih il-castor oil idroġenat’):


Rita tal-pillola:

Macrogol,

Cellulose, microcrystalline (E460)

Crospovidone type A Castor oil, hydrogenated


Kisja tar-rita: Macrogol 6000 Ethylcellulose (E462)

Titanium dioxide (E171)


Kif jidher Clopidogrel ratiopharm GmbH u l-kontenut tal-pakkett


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-pilloli miksija b’rita Clopidogrel ratiopharm GmbH huma bojod sa abjad jagħti fil-griż, qishom irħam u bikonvessi. Huma fornuti f’kaxex tal-kartun li fihom 7, 14, 28, 30, 50, 84, 90 u 100 pillola ġo folji tal-aluminju. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Archie Samuel s.r.o. Slunná 16

61700 Brno

Ir-Repubblika Ċeka


Manifattur


Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Strasse 3

89143 Blaubeuren Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok, ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A. /AG

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Lietuva

UAB "Sicor Biotech"

Tel: +370 5 266 02 03


България

Актавис ЕАД

Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg ratiopharm GmbH Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49 731 402 02


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Tel: +420 251 007 111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel.: +36 1 288 64 00


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44 98 55 11

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +353 1963 0330


Deutschland ratiopharm GmbH Tel: +49 731 402 02

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 800 0228 400


Eesti

Teva Eesti esindus

UAB Sicor Biotech Eesti filiaal Tel: +372 661 0801

Norge

Teva Norway AS

Tlf: +47 66 77 55 90


Ελλάδα

Teva Ελλάς Α.Ε.

Τηλ: +30 211 880 5000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Tel: +43 1 97 007 0


España

ratiopharm España, S.A. Tél: +34 91 567 29 70

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 345 93 00


France

Teva Santé

Tél: +33 1 55 91 78 00

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda Tel: +351 21 476 75 50


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o Tel: +385 1 37 20 000


România

Teva Pharmaceuticals S.R.L Tel: +4021 230 65 24


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tel: +353 1963 0330

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +386 1 58 90 390


Ísland ratiopharm Oy Finnland

Sími: +358 20 180 5900

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Tel: +421 2 57 26 79 11


Italia

Teva Italia S.r.l.

Tel: +39 02 89 17 98 1

Suomi/Finland

ratiopharm Oy

Puh/Tel: +358 20 180 5900


Κύπρος

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα Τηλ: +30 211 880 5000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42 12 11 00


Latvija

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Tel: +371 67 323 666

United Kingdom Teva UK Limited Tel: +44 1977 628500


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

/.