Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Replagal
agalsidase alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Replagal 1 mg/ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

agalsidase alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Polysorbate 20 Sodium chloride

Sodium hydroxide

Ilma għall-injezzjonijiet


Replagal fih is-sodium. Ara sezzjoni 2.


Kif jidher Replagal u l-kontenut tal-pakkett


Replagal hu konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. Il-mediċina tiegħek tiġi f’kunjetti li fihom

3.5 mg/3.5 ml ta’ agalsidase alfa. Daqsijiet tal-pakkett ta’ 1, 4 jew 10 kunjetti huma disponibbli. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda

Tel: +800 66838470

E-mail: medinfoEMEA@takeda.com


Manifattur

Takeda Pharmaceuticals International AG Ireland Branch

Block 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda


Shire Pharmaceuticals Ireland Limited Block 2 & 3 Miesian Plaza

50 – 58 Baggot Street Lower

Dublin 2 L-Irlanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ .

. Hemm ukoll links għal sit elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku:


Struzzjonijiet għal użu, l-immaniġġjar u r-rimi


It-trattament b’Replagal għandu jiġi sorveljat minn tabib li għandu esperjenza fil-ġestjoni ta’ pazjenti bil-Marda ta’ Fabry jew mard ereditarju marbut mal-metaboliżmu.


Replagal għandu jingħata f’doża ta’ 0.2 mg/kg piż korporali ġimgħa iva u ġimgħa le permezz ta’ infużjoni ġol-vina fuq perijodu ta’ 40 minuta.


  1. Ikkalkula d-doża u l-għadd ta’ kunjetti ta’ Replagal meħtieġa.


  2. Iddilwa l-volum totali tal-konċentrat ta’ Replagal meħtieġ f’100 ml ta’ 9 mg/ml soluzzjoni ta’ sodium chloride għall-infużjoni (0.9%w/v). Attenzjoni għandha tingħata biex tiżgura l-isterilità tas-soluzzjonijiet ippreparati peress li Replagal ma fihx priservattivi jew aġent batterjoloġiku; għandha tiġi osservata teknika asettika. Ġaladarba jkun dilwit, is-soluzzjoni għandha titħallat bil-mod u mhux tiġi mheżżha.


  3. Qabel l-għoti, is-soluzzjoni għandha tiġi spezzjonata viżwalment għal frak u tibdil fil-kulur.


  4. Agħti s-soluzzjoni ta’ l-infużjoni ġol-vina permezz ta’ pajp li għandu filter integrat fuq perijodu ta’ 40 minuta. Peress li ma fihx l-ebda priservattiv, huwa rakkomandat li l-għoti jinbeda kemm jista’ jkun malajr. Madankollu, l-istabbilità kimika jew fiżika tas-soluzzjoni dilwita ntweriet għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 25°C.


  5. M’għandekx tinfuża Replagal ġol-vina fl-istess pajp ma’ mediċini oħrajn.


  6. Biex jintuża darba biss. Kull fdal tal-prodott li ma jiġix użat jew skart li jibqa’ wara l-użu tal- prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.