Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

NexoBrid
concentrate of proteolytic enzymes enriched in bromelain

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


NexoBrid 2 g trab u ġell għal ġell

Konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain


image Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

2 g, li jikkorrispondu għal 0.09 g/g ta’ konċentrat ta’ enzimi proteolitiċi arrikkiti fi bromelain wara li jitħallat. Is-sustanzi l-oħra huma: għat-trab: ammonium sulphate u acetic acid u għal ġell carbomer 980, disodium phosphate anhydrous, sodium hydroxide, u ilma għal-injezzjonijiet.


Kif jidher NexoBrid u l-kontenut tal-pakkett

NexoBrid hu pprovdut bħala trab u ġell għal ġell (trab f’kunjett (2 g) u ġell fi flixkun (20 g)), daqs tal- pakkett ta’ 1 (pakkett ikun fih kunjett wieħed ta’ trab u flixkun wieħed ta’ ġell).


It-trab hu ta’ lewn abjad jagħti fil-griż sa kannella jagħti fl-isfar ċar u l-ġell hu ċar u bla kulur.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: MediWound Germany GmbH

Hans-Sachs-Strasse 100

65428 Rüsselsheim Il-Ġermanja

e-mail: info@mediwound.com


Manifattur:

HÄLSA Pharma GmbH Hafenweg 18-20

48155 Münster

Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur

tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}.>

Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u

kura.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku: Prekawzjonijietugħoti

Mill-aspett mikrobijoloġiku u billi l-attività enzimatika tal-prodott tonqos b’mod progressiv wara li jitħallat, il-prodott rikostitwit għandu jintuża immedjatament wara l-preparazzjoni (fi żmien

15-il minuta).


NexoBrid għandu jiġi applikat fuq żona ta’ ferita li tkun nadifa, mingħajr keratin, u umda.

Prodotti mediċinali applikati b’mod topiku (bħal silver sulfadiazine jew povidone-iodine) fis-sit tal- ferita, iridu jitneħħew u l-ferita trid titnaddaf qabel l-applikazzjoni ta’ NexoBrid.


Preparazzjoni tal-pazjent u ż-żona tal-ferita


Rakkomandazzjonijietgħalimmaniġġjarsigur


Kull kunjett, ġell, jew ġell rikostitwit ta’ NexoBrid għandu jintuża għal pazjent wieħed biss.


Hemm rapporti ta’ espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol għal bromelain, li wasslet għal sensibilizzazzjoni. Is-sensibilizzazzjoni tista’ tkun seħħet minħabba l-ġbid man-nifs tat-trab ta’ bromelain. Reazzjonijiet allerġiċi għal bromelain jinkludu reazzjonijiet anafilattiċi u reazzjonijiet oħrajn tat-tip immedjat b’manifestazzjonijiet bħal bronkospażmu, anġjoedema, urtikarja, u reazzjonijiet tal-mukuża u gastrointestinali. Meta tħallat NexoBrid trab mal-ġell, huwa meħtieġ immaniġġjar xieraq, inkluż l-ilbies ta’ ingwanti u ħwejjeġ protettivi kif ukoll nuċċali li jipproteġi l- għajnejn u maskra kirurġika. It-trab m’għandux jinġibed man-nifs.


Evita espożizzjoni aċċidentali fl-għajnejn. F’każ ta’ espożizzjoni fl-għajnejn, xarrab l-għajnejn esposti b’ammonti kbar ta’ ilma għal mill-inqas 15-il minuta. F’każ ta’ espożizzjoni tal-ġilda, laħlaħ NexoBrid bl-ilma.


Rimi


Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


The following Pl should be corrected in line with corrections made above