Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ovitrelle
choriogonadotropin alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ovitrelle 250 mikrograami/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

choriogonadotropin alfa.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Ovitrelle u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Ovitrelle

  3. Kif għandek tuża Ovitrelle

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Ovitrelle

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Ovitrelle u għalxiex jintuża X’inhu Ovitrelle

    Ovitrelle fih mediċina msejħa ‘choriogonadotropin alfa’, li ssir f’laboratorju minn teknika speċjali ta’ DNA rikombinanti. Choriogonadotropin alfa huwa simili għal ormon li jinstab b’mod naturali f’ġismek imsejjaħ ‘gonadotropin korjoniku’, li huwa involut fir-riproduzzjoni u l-fertilità.


    Għalxiex jintuża Ovitrelle


    Ovitrelle jintuża flimkien ma’ mediċini oħrajn:

    • Biex jgħin fl-iżvilupp u fil-maturazzjoni ta’ diversi follikuli (li kull wieħed ikun fih bajda) f’nisa li jkunu qed isirulhom teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita (il-proċedura li tista’ tgħinek toħroġ tqila) bħal ‘fertilizzazzjoni in vitro’ (IVF). Mediċini oħra jittieħdu qabel biex iwasslu għat- tkabbir u żvilupp ta’ diversi follikuli.

    • Biex jgħin biex tinqata’ bajda mill-ovarji (induzzjoni tal-ovulazzjoni) f’nisa li ma jistgħux jipproduċu bajd (‘nuqqas ta’ ovulazzjoni’), jew nisa li jipproduċu ftit bajd (‘l-ovarji jagħmlu inqas bajd min-normal’). Ser jingħataw mediċini oħrajn l-ewwel biex jiżviluppaw u jimmaturaw il-follikuli.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Ovitrelle Tużax Ovitrelle

    • jekk inti allerġiku għal choriogonadotropin alfa jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

    • jekk għandek tumur fl-ipotalamu u fil-glandola pitwitarja (it-tnejn huma partijiet mill-moħħ).

    • jekk għandek ovarji kbar jew boroż ta’ fluwidi fl-ovarji (ċisti tal-ovarji) ta’ oriġini mhux magħrufa.

    • għandek demm vaġinali mingħajr spjegazzjoni.

    • għandek kanċer fl-ovarji, utru jew fis-sider.

    • għandek infjamazzjoni severa fil-vini jew għandek ċappep ta’ demm fil-vini tiegħek (disturbi trombo-emboliċi attivi).

    • għandek xi kundizzjoni li normalment minħabba fiha tqala normali mhix possibbli, bħal menopawsa jew menopawsa bikrija (insuffiċjenza tal-ovarji), jew malformazzjonijiet tal-organi sesswali.


      Tużax Ovitrelle jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk m’intix ċerta, kellem lit- tabib tiegħek qabel ma tuża din il-mediċina.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Qabel ma tinbeda l-kura, il-fertilità tiegħek u tas-sieħeb tiegħek għandha tiġi evalwata minn tabib b’esperjenza fil-kura ta’ problemi fil-fertilità.


      Sindromu tal-iperstimulazzjoni tal-ovarji (OHSS)


      Din il-mediċina tista’ żżid ir-riskju li jiżviluppa OHSS. Dan iseħħ meta l-follikuli tiegħek jiżviluppaw wisq u jsiru ċisti kbar.


      Jekk ikollok uġigħ fin-naħa t’isfel ta’ żaqqek, iżżid fil-piż b’mod mgħaġel, tħossok imdardra jew tirremetti, jew ikollok diffikultà biex tieħu n-nifs, tagħtix l-injezzjoni ta’ Ovitrelle lilek innifsek u kellem lit-tabib tiegħek immedjatment (ara sezzjoni 4). Jekk qed tiżviluppa OHSS, tista’ tingħata l- parir li ma jkollokx x’taqsam sesswalment jew li tuża metodu ta’ kontraċezzjoni li jostakola għal mill- inqas erbat ijiem.


      Ir-riskju ta’ OHSS jitnaqqas jekk tintuża d-doża normali ta’ Ovitrelle, u jekk inti tiġi mmonitorjat/a mill-qrib matul iċ-ċiklu kollu tal-kura tiegħek (eż. testijiet tad-demm għal livelli ta’ estradiol u ultrasound).


      Tqala multipla u/jew difetti fit-twelid


      Meta tuża Ovitrelle, ikollok riskju ogħla li toħroġ tqila b’aktar minn tarbija waħda fl-istess ħin (‘tqala multipla’, normalment tewmin) milli jekk tkun nissilt b’mod naturali. Tqala multipla tista’ twassal għal kumplikazzjonijiet mediċi għalik u għat-trabi tiegħek. Meta jkunu qed isirulek teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita, ir-riskju li jkollok tqala multipla jkun marbut mal-età tiegħek, mal-kwalità u n-

      numru ta’ bajd fertilizzat jew embrijuni li jitpoġġew ġo fik. Tqaliet multipli u karatteristiċi speċifiċi ta’ koppji bi problemi fil-fertilità (eż. età) jistgħu jkunu assoċjati wkoll ma’ ċans miżjud ta’ difetti fit-

      twelid.


      Ir-riskju ta’ tqala multipla jonqos jekk int kont ikkontrollata tajjeb matul iċ-ċiklu kollu tat-trattament tiegħek (eż. eżamijiet tad-demm għal-livelli ta’ estradiol u ultrasound).


      Tqala ektopika


      Tqala ’l barra mill-utru (tqala ektopika) tista’ sseħħ f’nisa b’tubi fallopjani difettużi (it-tubi li jġorru l- bajda mill-ovarji għall-utru). Għaldaqstant, it-tabib tiegħek għandu jwettaq eżami b’ultrasound kmieni sabiex jelimina l-possibbiltà ta’ tqala ’l barra mill-utru.


      Korriment


      Meta jkunu qed isirulek teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita jew stimulazzjoni tal-ovarji biex tipproduċi l-bajd, ikun hemm aktar ċans li jkollok korriment minn mara normali.

      Problemi t a’ t agħqi d tad-demm (każi j iet t r omboembol iċi )


      Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża Ovitrelle jekk inti jew membru tal-familja tiegħek qatt kellkom emboli fir-riġlejn jew fil-pulmun, jew attakk tal-qalb jew puplesija. Jista’ jkun li jkollok riskju akbar ta’ emboli serji jew li emboli li diġà għandek jiggravaw bil-kura b’Ovitrelle.


      Tumuri tal-organi sesswali


      Kien hemm rapporti ta’ tumuri fl-ovarji u ta’ organi sesswali oħrajn, kemm beninni kif ukoll malinni, f’nisa li kienu ħadu korsijiet multipli ta’ mediċina għall-kura tal-infertilità.


      Testijiet tat-tqala


      Jekk tagħmel test tat-tqala bis-serum jew bl-awrina wara li tuża Ovitrelle, u sa għaxart ijiem wara, jista’ jkun li tikseb riżultat ta’ test pożittiv falz. Jekk m’intix ċerta, staqsi lit-tabib tiegħek.


      Tfal u adolexxenti


      Ovitrelle mhuwiex indikat għall-użu fit-tfal u fl-adoloxxenti.


      Mediċini oħra u Ovitrelle


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Tqala u treddigħ


      Tużax Ovitrelle jekk inti tqila jew qiegħda tredda’.

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Mhux mistenni li Ovitrelle jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.


      Ovitrelle fih is-sodium


      Dan il- mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment “ħieles mis-sodium”.


  3. Kif għandek tuża Ovitrelle


Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


Kemm għandek tuża



Kif jidher Ovitrelle u l-kontenut tal-pakkett


Ovitrelle hu provdut bħala soluzzjoni għall-injezzjoni. Huwa disponibli bħala siringa mimlija għal-lest għall-użu (pakkett ta’ 1).

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Merck Europe B.V., Gustav Mahlerplein 102, 1082 MA Amsterdam, in-Netherlands


Manifattur


Merck Serono S.p.A., Via delle Magnolie 15, 70026 Modugno (Bari), L-Italja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.