Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Toujeo (previously Optisulin)
insulin glargine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Toujeo 300 unità/ml SoloStar soluzzjoni għall-injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest

Insulin glargine

Kull pinna SoloStar tagħti 1-80 unità f’żidiet ta’ unità 1


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Toujeo.


Segwi sew l-istruzzjonijiet għad-doża, l-monitoraġġ (testijiet tad-demm u l-awrina), id-dieta u l- attività fiżika (xogħol u eżerċizzju fiżiku) u t-teknika tal-injezzjoni, kif diskuss mat-tabib tiegħek.

Kun konxju/a speċjalment ta’ dawn li ġejjin:


Postijiet fejn tinjetta


image

In-naħa ta’ fuq tad- driegħ


L-istonku Il-koxox

Kun af il-pinna tiegħek


image

Kontenitur tal-iskartoċċ


Planġer* Tieqa tad-doża Indikatur tad-doża



Għatu tal-pinna Siġill tal-lastku Skala tal-insulina

nsulin scale

Selettur tad-doża

Isem tal-insulina Buttuna tal-injezzjoni


* Inti m’intix se tara l-planġer qabel ma tkun injettajt xi ftit dożi.


PASS 1: Iċċekkja l-pinna tiegħek


image

Oħroġ pinna ġdida mill-friġġ mill-inqas siegħa qabel tinjetta. Insulina kiesħa tweġġa’ iktar biex tinjettaha.


  1. Iċċekkja l-isem u d-data ta’ meta tiskadi fuq it-tikketta tal-pinna tiegħek.

    • Aċċerta ruħek li għandek l-insulina t-tajba. Dan huwa importanti b’mod speċjali jekk inti għandek pinen oħra biex tinjetta.

    • Qatt tuża l-pinna tiegħek wara d-data ta’ meta tiskadi.


      image


  2. Iġbed biex tneħħi l-għatu tal-pinna.


    image


  3. Iċċekkja li l-insulina hija ċara.

    image

    • Tużax il-pinna jekk l-insulina tkun tidher imdardra, ikkulurita jew ikun fiha l-frak.


image

PASS 2: Waħħal labra ġdida


image Dejjem uża labra ġdida sterili għal kull injezzjoni. Dan jgħin biex iwaqqaf il-labar milli jistaddu, il-kontaminazzjoni u l-infezzjoni.

image Uża biss labar li huma kompatibbli mal-użu ta’ Toujeo (eż. labar ta’ BD, Ypsomed, Artsana jew Owen Mumford).


  1. Ħu labra ġdida u qaxxar is-siġill protettiv.


    image


  2. Żomm il-labra dritta u qabbadha mal-kamin tal-pinna sakemm teħel. Tissikkahiex iż-żejjed.

    image


  3. Iġbed biex taqla’ l-għatu ta’ barra tal-labra. Żommu għal aktar tard.


    image


  4. Iġbed biex taqla’ l-għatu ta’ ġewwa tal-labra u armih.


    image


    image

    Kif timmaniġġja l-labar

    • Oqogħod attent/a meta tkun qed tmiss il-labar – dan biex tevita li titniggeż u li tagħti jew tieħu infezzjonijiet.


      PASS 3: Agħmel test ta’ sigurtà


      image Dejjem agħmel test ta’ sigurtà qabel kull injezzjoni – dan biex:

    • tiċċekkja li l-pinna u l-labra tiegħek qed jaħdmu kif suppost.

    • taċċerta ruħek li inti qed tieħu d-doża t-tajba tal-insulina.


  1. Agħżel 3 unitajiet billi ddawwar is-selettur tad-doża sakemm l-indikatur jiġi mal-marka bejn in-numru 2 u 4.


    image


  2. Agħfas il-buttuna tal-injezzjoni kollha kemm hi ’l ġewwa.

    • Meta l-insulina toħroġ mit-tarf tal-labra, il-pinna tiegħek tkun qed taħdem sewwa.


      image


      Jekk ma tidher l-ebda insulina:

    • Jista’ jkollok bżonn tirrepeti dan il-pass sa 3 darbiet qabel tara l-insulina.

    • Jekk ma toħroġ l-ebda insulina wara t-tielet darba, jista jkun li l-labra tkun misduda. Jekk dan jiġri:

      • ibdel il-labra (ara PASS 6 u PASS 2),

      • imbagħad irrepeti t-test ta’ sigurtà (PASS 3).

    • Tużax il-pinna tiegħek jekk l-insulina tibqa’ ma toħroġx mit-tarf tal-labra. Uża pinna ġdida.

    • Qatt m’għandek tuża siringa biex tneħħi l-insulina mill-pinna tiegħek.


      image Jekk tara bżieżaq tal-arja

    • Jista’ jkun li inti tara bżieżaq tal-arja fl-insulina. Dan huwa normali, huma mhumiex se

jagħmlulek ħsara.

PASS 4: Agħżel id-doża


imageQatt m’għandek tagħżel doża jew tagħfas il-buttuna tal-injezzjoni mingħjar ma jkun hemm labra mwaħħla. Dan jista’ jikkawża ħsara lill-pinna tiegħek.


  1. Aċċerta ruħek li l-labra hija mwaħħla u d-doża qegħda fuq ‘0’.


    image


  2. Dawwar is-selettur tad-doża sakemm l-indikatur tad-doża jiġi bi dritt id-doża tiegħek.

    • Jekk tibqa’ ddawwar u taqbeż id-doża tiegħek, inti tista’ ddawar lura.

    • Jekk ma jkunx għad fadal biżżejjed unitajiet fil-pinna għad-doża tiegħek, is-selettur tad-doża se jieqaf fin-numru ta’ unitajiet li għad fadal.

    • Jekk inti ma tkunx tista’ tagħżel id-doża sħiħa li ġiet ordnata lilek, aqsam id-doża f’żewġ injezzjonijiet jew uża pinna ġdida.


      image


      Kif għandek taqra t-tieqa tad-doża


      image

      Numri biż-żewġ jidhru bi dritt l-indikatur tad-doża:


      intgħażlu 30 unità


      Numri bil-fart jidhru bħala linja bejn numri biż-żewġ:


      image

      intgħażlu 29 unità


      image Unitajiet ta’ insulina fil-pinna tiegħek

    • Il-pinna tiegħek fiha total ta’ 450 unità ta’ insulina. Inti tista’ tagħżel dożi minn unità waħda sa 80 unità b’żidiet ta’ unità 1 kull darba. Kull pinna fiha aktar minn doża waħda.

    • Inti tista’ tara bejn wieħed u ieħor kemm għad fadal unitajiet tal-insulina billi tħares lejn fejn hu l-planġer fuq l-iskala tal-insulina.

PASS 5: Injetta d-doża tiegħek


image Jekk inti ssibha diffiċili biex tagħfas il-buttuna tal-injezzjoni ’l ġewwa, tisfurzahiex minħabba li dan jista’ jkisser il-pinna. Ara s-sezzjoni imaget’hawn taħt għall-għajnuna.


  1. Agħżel post biex tinjetta kif jidher fl-istampa


  2. Imbotta l-labra ġol-ġilda tiegħek kif uriek it-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

    • Tmissx il-buttuna tal-injezzjoni għalissa.


image


C Poġġi l-behem (is-saba’ l-oħxon) fuq il-buttuna tal-injezzjoni. Imbagħad agħfasha sa ġewwa u żommha magħfusa.


image


  1. Żomm il-buttuna tal-injezzjoni magħfusa u meta tara "0" fit-tieqa tad-doża, għodd bil-mod sa 5.

    • Dan jiżgura li inti tkun ħadt id-doża sħiħa.


      image


  2. Wara li żżommha u tgħodd sa 5, erħi l-buttuna tal-injezzjoni. Imbagħad neħħi l-labra mill- ġilda tiegħek.


    image Jekk inti ssibha diffiċli biex tagħfas il-buttuna ’l ġewwa:

    • Ibdel il-labra (ara PASS 6 u PASS 2) imbagħad agħmel test ta’ sigurtà (ara PASS 3).

    • Jekk tibqa’ ssibha diffiċli tagħfasha ’l ġewwa, ġib pinna ġdida.

    • Qatt m’għandek tuża siringa biex tneħħi l-insulina mill-pinna tiegħek.

PASS 6: Neħħi l-labra


image Oqogħod attent/a meta tkun qed tmiss il-labar –– dan biex tevita li titniggeż u li tagħti jew tieħu infezzjoni.


image Qatt terġa’ tpoġġi l-għatu ta’ ġewwa tal-labra lura f’postu.


  1. Poġġi l-għatu ta’ barra tal-labra lura fuq il-labra, u użah biex tħoll il-labra minn mal-pinna.

    • Biex tnaqqas ir-riskju ta’ tingiż aċċidentali bil-labra, qatt terġa’ tpoġġi lura l-għatu ta’ ġewwa tal-labra.

    • Jekk l-injezzjoni tingħatalek minn persuna oħra, jew jekk inti qed tagħti l-injezzjoni lil persuna oħra, għandu jkun hemm attenzjoni speċjali minn din il-persuna meta tneħħi u tarmi l-labra.

    • Segwi l-miżuri ta’ sigurtà rrakkomandati għat-tneħħija u r-rimi tal-labar (ikkuntattja lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek) sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ tingiż aċċidentali bil-labar u t-tixrid ta’ mard li jittieħed.


  2. Armi l-labra użata f’kontenitur li ma jistax jittaqqab, jew kif qalulek l-ispiżjar jew l- awtorità lokali tiegħek.


    image

  3. Poġġi l-għatu lura fuq il-pinna.

    • Tpoġġix il-pinna lura fil-friġġ.


      image


      Użaha sa


    • Uża l-pinna tiegħek biss sa 6 ġimgħat wara li tkun intużat għall-ewwel darba.

      Kif għandek taħżen il-pinna tiegħek Qabel tintuża l-ewwel darba

    • Żomm il-pinen il-ġodda fil-friġġ, f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C.

    • Tagħmilhomx fil-friża.


      Wara li tużaha għall-ewwel darba

    • Żomm il-pinna tiegħek f’temperatura ambjentali, inqas minn 30°C.

    • Qatt tpoġġi l-pinna tiegħek lura fil-friġġ.

    • Qatt taħżen il-pinna tiegħek bil-labra mwaħħla.

    • Aħżen il-pinna tiegħek bl-għatu fuqha.

      Kif tieħu ħsieb il-pinna tiegħek


      Oqgħod attent bil-pinna

    • Twaqqax il-pinna tiegħek u tħabbatiex ma’ uċuħ ibsin.

    • Jekk taħseb li l-pinna tiegħek jista’ jkollha ħsara tippruvax issewwiha, uża waħda ġdida.


      Ipproteġi l-pinna mit-trab u l-ħmieġ

    • Inti tista’ tnaddaf il-pinna minn barra billi timsaħha b’biċċa niedja. Tgħaddasx, taħsilx u tillubrikax il-pinna tiegħek – dan jista’ jagħmlilha ħsara.


      Meta tarmi l-pinna tiegħek

    • Qabel ma tarmi l-pinna tiegħek neħħi l-labra.

    • Armi l-pinna użata kif qalulek l-ispiżjar jew l-awtorità lokali tiegħek.