Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Purevax RCP
vaccine against feline viral rhinotracheitis, feline calicivirosis and feline panleucopenia


FULJETT TA’ TAGĦRIF :


Purevax RCP lijofiliżat u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni.


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq : Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH

    55216 Ingelheim/Rhein

    IL-ĠERMANJA


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Boehringer Ingelheim Animal Health France SCS Laboratoire Porte des Alpes

    Rue de l'Aviation 69800 Saint Priest FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Purevax RCP lijofiliżat u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

    Għal kull doża ta’ ml jew 0.5 ml:: Lijofiliżat :

    Sustanzi attivi:

    Herpesvajrus attenwat tar-rinotrakeite fil-qtates (FHV strejn F2)......................... ≥ 104.9 CCID501

    kalicivirus inattivat fil-qtates (strejnijiet FCV 431 u G1) antiġeni.......................... ≥ 2.0 ELISA U Vajrus attenwat tal-panlewkopenja fil-qtates (PLI IV) ......................................... ≥ 103.5 CCID501


    Ingredjent mhux attiv:

    Gentamicin, l-iżjed .............................................................................................................. 16.5 µg


    Solvent

    Ilma għal injezzjonijiet......................................................................................q.s. ml jew 0.5 ml :


    1: doża infettiva tas-cell culture 50%


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Immunizzazzjoni attiva tal-qtates ta’ 8 ġimgħat u akbar:

    • kontra r-rinotrakeite virali fil-qtates biex tnaqqas sinjali kliniċi,

    • kontra l-infezzjoni tal-kalċivirus biex tnaqqas sinjali kliniċi

    • kontra l-panlewkopenja fil-qtates biex tipprevjeni l-mortalità u sinjali kliniċi


      Bidu tal-immunità: ġimgħa wara l-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni

      Tul tal-immunità: sena wara l-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni u 3 snin wara l-aħħar tilqim mill-ġdid .

  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Apatija li tgħaddi u anoreksja, kif ukoll żieda fit- temperatura tal-ġisem (li ddum normalment għal ġurnata jew tnejn) ġew osservati b’mod komuni waqt studji prattiċi u ta’sigurtà. Reazzjoni lokali (uġigħ meta l- qattus jiġi eżaminat, ħakk u edema limitata) li tgħaddi fi żmien ġimgħa jew ġimagħtejn l-iżjed ġiet osservata b’mod komuni waqt studji prattiċi u ta’sigurtà.


    F’każijiet rari ħafna bbażati fuq esperjenza ta’ sigurezza ta’ wara t-tqegħid fis-suq ġie osservat rimettar (l- aktar fi żmien 24 sa 48 siegħa).


    Reazzjoni ta’ipersensittività ġiet osservata b’mod mhux komuni fi studji prattiċi li tista tirrikjedi kura xierqa sintomatika.


    Żieda tranżitorja fit-temperatura tal-ġisem u telqa, kultant assoċjati ma tizpip, ġew osservati minn ġimgħa sa tliet ġimgħat wara t-tilqima booster fi qtates adulti, f’każi rari ħafna, ibbażati fuq esperjenza ta’sigurtà wara t-tqegħid fis-suq.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali kkurati li juru effetti mhux mixtieqa

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali kkurati f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali kkurati f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal kkurat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal kkurat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qtates.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


Użu taħt il-ġilda.


Wara r-rikostituzzjoni tal-lijofiliżat ma’ 0.5 ml jew ml tas-solvent, injetta doża ta’ml jew ta’0.5 ml (li jiddependi fuq il-preżentazzjoni magħżula), injetta doża waħda ta’ vaċċin skont din l- iskema ta’ vaċċinazzjoni li ġejja:


L-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni :

- l-ewwel injezzjoni: minn età ta’ 8 ġimgħat,

- it-tieni injezzjoni: 3 sa’ 4 ġimgħat wara.

Fejn livelli għolja ta’ antikorpi materni kontra l-komponenti tar-rinotrakeite, kaliċivirosi, jew panlewkopenja huma mistennija li jkunu preżenti (per eżempju fi frieħ ta’ bejn 9 sa 12-il ġimgħa mwielda minn nisa li kienu mlaqqma qabel it-tqala u/jew kellhom espożizzjoni preċedenti magħrufa jew issuspettata għall-patoġenu/patoġeni), l-ewwel kors ta’ tilqima għandu jiġi rimandat sal-età ta’ 12-il ġimgħa.


Ripetizzjoni tal- vaċċinazzjoni :


8. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


Irrikostitwixxi bil-mod il-vaċċin sabiex takkwista suspensjoni uniformi b’formazzjoni limitata ta’ ragħwa. Dehra viżwali wara r-rikostituzzjoni, suspensjoni ċara tagħti fl-isfar.


  1. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx u mit-tfal. Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2 °C – 8 °C) Ipproteġi mid-dawl.

    Tiffriżax.


    image

    Tużax dan il-prodott veterinarju mediċinali wara d-data tal-iskadenza indikata fuq il-flixkun wara EXP. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jiġi imħallat skondt l-istruzzjonijiet: uża immedjatament.


  3. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott: Laqqam annimali f’sahhithom biss.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Xejn.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    F’każ li tinjetta lilek innifsek bi żball, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’

    informazzjoni li jkun ġewwa l-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:

    Tużax waqt it-tqala kollha u waqt it-treddigħ.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Hemm informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja li turi li dan il-vaċċin jista’ jitħallat u jiġi amministrat mal -vaċċin tal-Boehringer Ingelheim mingħajr aġġuvant kontra l-lewkemja fil-qtates u/jew amministrat fl-istess ġurnata iżda mhux jitħallat mal-vaċċin bl-aġġuvant tal-Boehringer Ingelheim kontra r-rabbja. Hemm informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja li turi li dan il-vaċċin jista jitħallat mal-vaċċin mingħajr aġġuvant tal-Boehringer Ingelheim kontra r-rabbja.

    image

    image

    M’'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin meta jintuża flimkien makwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor ħlief mal-prodotti imsemmija hawn fuq. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    L-ebda effett ħlief dawk diġà msemmija fit-taqsima “Effetti mhux mixtieqa” ma ġew osservati ħlief żieda fit-temperatura tal-ġisem li tista’, f’każi eċċezzjonali, iddum għal 5 ijiem.


    Inkompatibilitajiet:

    Tħallatx mal-vaċċin tal-Boehringer Ingelheim li fih aġġuvant kontra r-rabbja.


  4. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  5. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott veterinarju mediċinali tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.


  6. TAGĦRIF IEĦOR


Ġie muri li l-prodott jnaqqas l-eskrezzjoni tal-kaliċivirosi fil-qtates appena tibda l-immunità u għal sena wara l-vaċċinazzjoni.


Kaxxa tal-plastik li għandha 10 dożi ta’ lijofiliżat u 10 ml ta’ solvent jeW Kaxxa tal-plastik li għandha 50 doża ta’ lijofiliżat u 50 ml ta’ solvent jew Kaxxa tal-plastik li għandha 10 dożi ta’ lijofiliżat u 10 x 0.5 ml ta’ solvent jew Kaxxa tal-plastik li għandha 50 doża ta’ lijofiliżat u 50 x 0.5 ml ta’ solvent Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.