Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Duloxetine Zentiva
duloxetine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Duloxetine Zentiva 30 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin Duloxetine Zentiva 60 mg kapsuli gastro-reżistenti ibsin


duloxetine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Duloxetine Zentiva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Duloxetine Zentiva

  3. Kif għandek tieħu Duloxetine Zentiva

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Duloxetine Zentiva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Duloxetine Zentiva u gћalxiex jintuża


    Duloxetine Zentiva fih is-sustanza attiva duloxetine. Duloxetine Zentiva jżid il-livelli ta’ serotonin u ta’ noradrenaline fis-sistema nervuża.


    Duloxetine Zentiva jintuża fl-adulti fil-kura ta’:

    • depressjoni

    • disturb ta’ l-ansjetà ġeneralizzata (sensazzjoni kronika ta’ ansjetà jew nervożità)

    • uġigħ newropatiku tad-dijabete ( komunement deskritt bħala wieħed ta’ ħruq, penetranti, ta’ tingiż, li jxoqq l-għadam jew oppressiv jew bħal xokk elettriku. Jista’ jkun hemm telf ta’ sensibbilità fil-parti milquta jew is-sensazzjonijiet bħal ħass, sħana, kesħa jew tagħfis jistgħu jkunu kawża ta’ wġigħ).


      Fil-parti l-kbira tan-nies bid-dipressjoni jew l-ansjetà, Duloxetine Zentiva jibda jaħdem fi żmien ġimgħatejn minn meta bdejt il-kura iżda tista’ tieħu bejn 2-4 ġimgħat sakemm tibda tħossok aħjar. Tkellem mat-tabib tiegħek jekk ma tibdiex tħossok aħjar wara dan iż-żmien. It-tabib tiegħek jista’ jkompli jagħtik Duloxetine Zentiva meta tkun qiegħed tħossok aħjar sabiex jimpedixxi milli tirritorna d-depressjoni jew l-ansjetà.


      F’nies b’uġigħ newropatiku tad-dijabete tista’ tieħu xi ftit ġimgħat sakemm tibda tħossok aħjar. Tkellem mat-tabib tiegħek jekk ma tħossokx aħjar wara xahrejn.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Duloxetine Zentiva Tiħux Duloxetine Zentiva jekk

    • inti allerġiku/a għal duloxetine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

    • għandek mard tal-fwied

    • għandek mard serju tal-kliewi

    • qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt reċentement f’dawn l-aħħar erbatax-il ġurnata, xi mediċina oħra magħrufa bħala inibitur ta’ monoamine oxidase (MAOI) (ara ‘Medicini oħra u Duloxetine Zentiva’)

    • qiegħed/qiegħda tieħu fluvoxamine li normalment jintuża għall-kura tad-depressjoni, ciprofloxacine jew enoxacin li jintużaw għall-kura ta’ xi infezzjonijiet

    • qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra li fihom duloxetine (ara ‘Mediċini oħra u Duloxetine Zentiva’).


      Tkellem mat-tabib tiegħek jekk tbati minn pressjoni għolja fid-demm jew minn mard tal-qalb. It-tabib se jgħidlek jekk għandekx tieħu Duloxetine Zentiva.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Li ġejjin huma raġunijiet għaliex Duloxetine Zentiva jista’ ma jkunx tajjeb għalik. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Duloxetine Zentiva jekk:

    • qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra biex tikkura d-depressjoni (ara ‘Mediċini oħra u Duloxetine Zentiva’);

    • qiegħed/qiegħda tieħu St.John’s Wort, kura bbażata fuq il-ħxejjex (Hypericum perforatum);

    • għandek mard tal-kliewi;

    • għandek passat ta' aċċessjonijiet;

    • għandek passat ta’ manija;

    • tbati minn mard bipolari;

    • għandek problemi f'għajnejk bħal xi tip ta' glawkoma (pressjoni għolja fl-għajn);

    • għandek passat ta' emorraġija (tendenza li tiżviluppa tbenġil), speċjalment jekk inti tqila (ara ‘Tqala u Treddigħ’);

    • qiegħed/qiegħda f’riskju li jitbaxxielek il-livell ta’ sodium (per eżempju jekk qiegħed/qiegħda tieħu d-dijuretiċi, speċjalment jekk inti anzjan/anzjana);

    • qiegħed/qiegħda tirċievi fl-istess waqt kura b’mediċina oħra li tista’ tikkawżalek ħsara fil- fwied;

    • qiegħed/qiegħda tieħu kwalunkwe mediċina opjojdi bħal mediċina li fiha buprenorphine, tramadol u pethidine. L-użu ta’ dawn il-mediċini flimkien ma’ Duloxetine Zentiva jista’ jwassal għas-sindromu ta’ serotonin, kondizzjoni li tista’ tkun ta’ periklu għall-ħajja (ara “Mediċini oħra u Duloxetine Zentiva”);

    • qiegħed/qiegħda tieħu mediċini oħra li fihom duloxetine (ara ‘Medicini oħra u Duloxetine Zentiva’).


      Duloxetine Zentiva jista’ jikkawża sensazzjoni ta’ irrekwitezza jew l-inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq. Għandek tgħid lit-tabib jekk jiġrilek hekk.


      Mediċini bħal Duloxetine Zentiva ('l hekk imsejħa SSRIs/SNRIs) jistgħu jikkawżaw sintomi ta’ disfunzjoni sesswali (ara sezzjoni 4). F’xi każijiet, dawn is-sintomi komplew wara li waqfet il-kura.


      Ħsibijiet ta’ suwiċidju u d-depressjoni tmur għall-agħar jew problemi ta’ansjetà.

      Jekk tbati mid-depressjoni u/jew għandek problemi ta’ ansjetà, xi kultant jista’ jkollok xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek. Dawn jistgħu jiżdiedu fil-bidu li tibda tieħu l-antidepressivi, peress li dawn il-mediċini kollha jieħdu ż-żmien biex jibdew jaħdmu, issoltu xi ġimgħatejn iżda xi kultant

      iżjed.

      Wisq probabbli taħseb iżjed b’dan il-mod jekk:

    • diġà kellek xi ħsibijiet biex toqtol jew tweġġa’ lilek innifsek

    • inti adult/a żgħir/a. Tagħrif minn studji kliniċi wera li hemm żieda fir-riskju ta’ mġiba suwiċidali f’adulti li għandhom inqas minn 25 sena, bi problemi psikjatriċi u li kienu kkurati b’antidepressivi.


      Jekk f’xi kwalunkwe mument kellek xi ħsibijiet li tweġġa’ jew toqtol lilek innifsek, tkellem mat- tabib tiegħek jew mur minnufih l-isptar.

      Tista’ tkun ta’ għajnuna li tgħid lil xi ħadd li jiġi minnek jew lil xi ħabib tal-qalb li inti qed/a tbati mid- depressjoni jew li għandek xi problema ta’ ansjetà, u għidilhom biex jaqraw dan il-fuljett. Tista’ tgħidilhom biex jgħidulek jekk jaħsbux li d-depressjoni u l-ansjetà tiegħek m’humiex sejrin għall- agħar jew jekk huma inkwetati dwar tibdil fl-imġiba tiegħek.


      Użu fit-tfal jew adolexxenti taħt it-tmintax-il sena

      Normalment Duloxetine Zentiva m’għandux jintuza fit-tfal u f’adolexxenti taħt it-tmintax-il sena. Għandek tkun taf ukoll li pazjenti taħt it-18 għandhom riskju ogħla ta’ effetti sekondarji bħal tentattiv ta’ suwiċidju, ħsibijiet suwiċidali u ostilità (l-iżjed aggressjoni, imġiba konfrontali u rabja) meta jieħdu dan it-tip ta’ medicini. Madankollu, it-tabib tiegħek jista’ jordna Duloxetine Zentiva lil pazjenti taħt it- 18 għax jiddeċiedi/tiddeċiedi li huwa fl-aħjar interess għalihom. Jekk it-tabib ordna Duloxetine

      Zentiva għal pazjent taħt it-18 u tixtieq xi spjegazzjonijiet, jekk jogħġbok erġa’ mur għand it-tabib tiegħek. Għandek tavża lit-tabib tiegħek jekk jiżviluppaw jew jiggravaw xi sintomi li ssemmew hawn fuq, meta pazjenti taħt it-18 ikunu qegħdin jieħdu Duloxetine Zentiva. Barra minn hekk, f’dan il-grupp ta’ età, l-effetti tas-sigurtà fit-tul ta’ Duloxetine Zentiva għadhom ma ġewx ippruvati, f’dak li għandu x’jaqsam l-iżvilupp tal-ġisem, il-maturazzjoni, u l-iżvilupp kemm konjittiv kif ukoll tal-mod ta’ komportament.


      Mediċini oħra u Duloxetine Zentiva

      Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra


      Is-sustanza l-aktar importanti f’Duloxetine Zentiva, duloxetine, hija użata f’medicini oħra għal kundizzjonijiet oħra:uġigħ newropatiku tad-dijabete, depressjoni, ansjetà u inkontinenza urinarja.

      L-użu ta’ iżjed minn wieħed minn dawn il-medicini fl-istess żmien għandu jkun evitat. Ara mat-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda diġà tieħu xi medicini oħra li fihom duloxetine.


      It-tabib tiegħek irid jiddeċiedi jekk għandekx tieħu Duloxetine Zentiva ma’ mediċini oħra. Tibdiex tieħu jew twaqqaf xi mediċini, inklużi dawk mixtrija mingħajr riċetta tat-tabib u mediċini magħmula mill-ħxejjex, qabel ma taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek.


      Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed/qiegħda tieħu xi wieħed minn dawn li ġejjin:


    • Inibituri ta’ monoamine oxidase(MAOI): M’għandekx tieħu Duloxetine Zentiva jekk qiegħed/qiegħda tieħu jew ħadt recentament (f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata) xi mediċina oħra kontra d-depressjoni msejħa inibitur ta’ monamino oxidase. Eżempji ta’ MAOIs jinkludu moclobemide (antidipressiv) u linezolid (antibijotiku). It-teħid ta' xi MAOI flimkien ma' ħafna mill-mediċini mgħotija bir-riċetta, inkluż Duloxetine Zentiva, jista’ jikkawża effetti sekondarji serji jew li jkunu ta’ periklu għall-ħajja. Għandek tistenna ta' l-anqas 14-il ġurnata wara li tkun waqaft tieħu xi MAOI biex tkun tista' tieħu Duloxetine Zentiva. Għandek bżonn ukoll tistenna ta' l-anqas 5 ijiem wara li tieqaf tieħu Duloxetine Zentiva biex tkun tista' tieħu xi MAOI.

    • Mediċini li jikkawża n-ngħas: Dawn jinkludu mediċini mgħotija mit-tabib tiegħek permezz ta’ ricetta inklużi l-benżodijażepini, mediċini qawwijin kontra l-uġigħ, antipsikotiċi, phenobarbital u anti-istaminiċi.

    • Mediċini li jżidu l-livell ta’ serotonin:Triptans, tryptophan, SSRIs (bħal paroxetine u fluoxetine), SNRIs (bħal venlafaxine), antidipressivi triċikliċi (bħal clomipramine, amitriptyline), St.John’s Wort, MAOIs (bħal moclobemide u linezolid) u mediċini opjojdi bħal mediċina li fiha buprenorphine, tramadol u pethidine. Dawn il-mediċini jżidu r-riskju ta’ effetti sekondarji bħal sindromu ta’ seratonin (ara sezzjoni “Twissijiet u prekawzjonijiet”); jekk ikollok xi sintomu li mhux mistenni meta qiegħed/qiegħda tieħu xi mediċini minn dawn flimkien ma’ Duloxetine Zentiva, għandek tmur għand it-tabib tiegħek.Antikoagulanti orali jew sustanzi li jaħdmu kontra l-plejtlits: Mediċini li jraqqu d-demm jew li ma jħallux li d- demm jifforma f’ċapep. Dawn il-mediċini jistgħu jżidu r-riskju ta’ fsada.


      Duloxetine Zentiva mal-ikel, max-xorb u mal-alkoħol

      Duloxetine Zentiva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Għandek toqgħod attent jekk tixrob l- alkoħol waqt li tkun qiegħed/qiegħda tirċievi l-kura b’Duloxetine Zentiva.

      Tqala u Treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    • Għid lit-tabib/a tiegħek jekk issir tqila jew qiegħda tipprova ssir tqila, waqt li qiegħda tieħu Duloxetine Zentiva.Ghandek biss tuża Duloxetine Zentiva wara li tkun iddiskutejt mat-tabib tiegħek il-benefiċċji possibbli u kull riskju possibbli għat-tarbija li għada ma twelditx.


    • Kun ċert li l-qabla u/jew it-tabib/a jafu li qiegħda fuq Duloxetine Zentiva. Meta jittieħdu waqt it-tqala, mediċini simili (SSRIs) jistgħu jżidu r-riskju ta’ kundizzjoni serja fit-trabi li tissejjaħ ipertensjoni pulmonarja persistenti fit-tarbija tat-twelid (PPHN), li ġġiegħel it-tarbija tieħu n- nifs aktar malajr u jkollha kulur blu. Dawn is-sintomi normalment jibdew waqt l-ewwel

      24 siegħa mit-twelid tat-tarbija. Jekk dan iseħħ lit-tarbija tiegħek, ikkuntattja lit-tabib/a jew lill- qabla tiegħek immedjatament.


    • Jekk tieħu Duloxetine Zentiva lejn tmiem it-tqala, it-tarbija tiegħek jista’ jkollha xi sintomi meta titwieled. Dawn normalment jibdew mat-twelid jew fi ftit ġranet mit-twelid tat-tarbija. Dawn is- sintomi jistgħu jinkludu muskoli dgħajfin, tregħid, nervożità, ma tkunx tista’ tieħu l-ħalib sew, diffikultà biex tieħu n-nifs u aċċessjonijiet. Jekk it-tarbija tiegħek ikollha xi wieħed minn dawn is-sintomi jew jekk qiegħda tinkwieta dwar is-saħħa tat-tarbija tiegħek, ikkuntattja lit-tabib/a

      jew lill-qabla tiegħek li jkunu jistgħu jgħidulek x’għandek tagħmel.


    • Jekk tieħu Duloxetine Zentiva lejn tmiem it-tqala, hemm żieda fir-riskju ta’ fsada eċċessiva

      mill-vaġina ftit wara l-ħlas, b’mod speċjali jekk għandek passat mediku ta’ disturbi ta’ fsada. It- tabib jew il-qabla tiegħek għandhom ikunu jafu li qiegħda tieħu duloxetine sabiex ikunu jistgħu jagħtuk parir dwar x’għandek tagħmel.


    • Tagħrif disponibbli mill-użu ta’ duloxetine waqt l-ewwel tliet xhur ta’ tqala ma jurix, inġenerali, żieda fir-riskju fit-total ta’ difetti ta’ twelid fit-tarbija. Jekk duloxetine jittieħed waqt it-tieni nofs tat-tqala, jista’ jkun hemm żieda fir-riskju li t-tarbija titwieled kmieni (żieda ta’ 6 trabi

      prematuri għal kull 100 mara li tieħu duloxetine fit-tieni nofs tat-tqala), il-parti l-kbira bejn il- ġimgħat 35 u 36 ta’ tqala.


    • Għid lit-tabib/a tiegħek jekk qiegħda tredda’. Mhuwiex rakkomandat l-użu ta’ Duloxetine Zentiva waqt it-treddigħ. Għandek titlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Duloxetine Zentiva jista’ jġagħlek tħossok bi ngħas jew sturdut. Issuqx u tagħmilx użu minn għodda jew tħaddem magni sakemm tkun taf b’liema mod jaffettwak Duloxetine Zentiva.


      Duloxetine Zentiva fih s-sucrose

      Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


  3. Kif gћandek tieћu Duloxetine Zentiva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Duloxetine Zentiva għandu jittieħed mill-ħalq. Għandek tibla’ l-kapsula tiegħek sħiħa, ma’ tazza ilma.


    Għad-depressjoni u l-uġigħ newropatiku tad-dijabete:

    Id-doża ta’ Duloxetine Zentiva li ssoltu tingħata hija ta’ 60 mg darba kuljum, iżda it-tabib jiktiblek ricetta skond id-doza li tgħodd għalik.

    Għad-disturb tal-ansjetà ġeneralizzata:

    Normalment id-doża inizjali ta’ Duloxetine Zentiva hi ta’ 30 mg darba kuljum, iżda maż-żmien il-parti l-kbira tal-pazjenti jibdew jirċievu 60 mg darba kuljum, madankollu t-tabib jiktiblek ricetta skond id- doza li tgħodd għalik. Id-doża tista’ tiġi aġġustata ’l fuq sa 120 mg skond ir-rispons tiegħek għal Duloxetine Zentiva.

    Biex tiftakar tieħu Duloxetine Zentiva, tista’ ssibha aktar faċli li teħodha kuljum fl-istess ħinijiet. Tkellem mat-tabib tiegħek dwar kemm trid iddum tieħu Duloxetine Zentiva. Tiqafx tieħu Duloxetine

    Zentiva jew tbiddel id-doża tiegħek, mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek. Li tikkura d-distrub tiegħek b’mod tajjeb huwa importanti biex tgħinek tiġi f’tiegħek. Jekk ma tiġix ikkurata, il-kondizzjoni

    tiegħek tista’ ma tmurx u tista’ ssir aktar serja u aktar diffiċli biex tikkuraha


    Jekk tieħu Duloxetine Zentiva aktar milli suppost

    Ċempel immedjatament lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tieħu aktar ammont ta' Duloxetine Zentiva minn kemm ordnalek it-tabib. Sintomi ta’ doża eċċessiva jinkludu ngħas, koma, is-sindromu ta’ serotonin (reazzjoni rari li tista’ tikkawża sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet, rimettar u l-qalb tħabbat b’mod mgħaġġel.


    Jekk tinsa tieħu Duloxetine Zentiva

    Jekk tinsa tieħu doża, ħudha eżatt kif tiftakar. Madankollu, jekk sar il-ħin għad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt tieħu u ħu doża waħda biss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu. Tieħux iżjed mill-ammont ta' Duloxetine Zentiva li ordnalek it-tabib għal ġurnata waħda.


    Jekk tieqaf tieħu Duloxetine Zentiva

    TIQAFX tieħu l-kapsuli tiegħek mingħajr ma tieħu l-parir tat-tabib anki jekk tħossok aħjar. Jekk it- tabib tiegħek jaħseb li m'għadx għandek bżonn tieħu Duloxetine Zentiva hu jew hi se jgħidulek biex tnaqqas id-doża fuq perijodu ta’ għallinqas ġimgħatejn qabel ma twaqqaf għal kollox il-kura.


    Xi pazjenti li waqqfu jieħdu Duloxetine Zentiva f'daqqa kellhom sintomi bħal:

    • sturdament, sensazzjonijiet ta’ tniggiż jew sensazzjonijiet bħal meta tieħu xokk elettriku (speċjalment fir-ras), problemi ta’ irqad(ħolm stramb, ħmar il-lejl, ma tkunx tista’ torqod), għeja, tħossok li trid torqod, tħossok irrekwet u aġitat, tħossok ansjuż, tħossok ħażin (dardir) jew jagħmillek ħażin (rimettar), ċaqliq (tregħid), uġigħ ta' ras, uġigħ fil-muskoli, tħossok irritabbli, dijarea, għaraq esaġerat jew vertigo.

      Normalment dawn is-sintomi mhumiex serji u jisparixxu fi ftit ġranet, imma jekk għandek sintomi li qegħdin idejquk għandek issaqsi lit-tabib tiegħek għal parir.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Normalment dawn l-effetti huma ħfief għal moderati u ħafna drabi jisparixxu wara ftit ġimgħat.


    Efetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iżjed minn persuna 1 minn kull 10):

    • uġigħ ta’ ras, tħossok bi ngħas;

    • tħossok ma tiflaħx (tqalligħ), nixfa fil-ħalq.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

    • imurlek l-aptit;

    • problemi biex torqod, tħossok aġitat, tnaqqis fil-ħajra għas-sess, ansjetà, diffikultà jew nuqqas li tesperjenza orgażmu, ħolm mhux tas-soltu;

    • sturdament, tħossok mitluq, rogħda, tirżiħ, inkluż it-tirżiħ, it-tingiż jew it-tnemnin tal-ġilda;

    • vista mċajpra;

    • tinnitus (is-sensazzjoni ta’ ħsejjes fil-widnejn meta m’hemm ebda ħoss madwarek);

    • tħoss il-qalb tħabbat f’sidrek;

    • żieda fil-pressjoni tad-demm, ħmura fil-wiċċ;

    • tittewweb iżjed mis-soltu;

    • stitikezza, dijarea, uġigħ fl-istonku, tħossok ma tiflaħx (rimettar), ħruq ta’ l-istonku jew indiġestjoni, tgħaddi l-arja;

    • tegħreq iżjed, raxx (bil-ħaqq);

    • uġigħ fil-muskoli, spażmu fil-muskolu;

    • uġigħ meta tgħaddi l-awrina, tgħaddi l-awrina ta’ spiss;

    • problemi biex ikollok erezzjoni u tibdil fl-eġakulazzjoni;

    • waqgħat (l-iżjed fl-anzjani), għeja;

    • tnaqqis fil-piż.


      Tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena bid-depressjoni kkurati b’din il-mediċina kellhom xi ftit tnaqqis

      fil-piż fil-bidu li bdew jieħdu din il-mediċina. Wara 6 xhur ta’ kura, il-piż zied biex ġie simili għal dak ta’ tfal u adolexxenti oħra tal-istess età u sess.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

    • infjammazzjoni tal-gerżuma li ġġagħlek tinħanaq;

    • ħsibijiet ta’ suwiċidju, diffikultà biex torqod, tgħażiż tas-snien, tħossok diżorjentat, nuqqas ta’ motivazzjoni;

    • kontrazzjoni jew ġbid f’daqqa involontarju tal-muskoli, sensazzjoni ta’ rrekwitezza jew l- inkapaċità li wieħed joqgħod mingħajr ma jiċċaqlaq, tħossok nervuż, diffikultà biex tikkonċentra, ttiegħem l-affarijiet differenti mis-soltu, diffikultà biex tikkontrolla l-movimenti eż., nuqqas ta’ koordinazzjoni jew movimenti involontarji tal-muskoli, is-sindromu ta’ rrekwitezza fis-saqajn, kwalità hażina ta’ irqad;

    • il-ħabba ta’ l-għajn tkun kbira (iċ-centru skur ta’ l-għajnejn), problemi ta’vista;

    • sensazzjoni ta’ surdament jew ‘spinning’(vertiġini), uġigħ fil-widnejn;

    • tħabbit mgħaġġel u/jew irregolari tal-qalb;

    • ħass ħażin, sturdament, tħossok se tistordi jew tistordi meta tqum bil-wieqfa, ikollok is-swaba’ ta’ idejk u ta’ saqajk kisħin;

    • rassa fil-gerżuma, tinfaraġ;

    • tirremetti d-demm, jew l-ippurgar(il-feċi) ikun iswed bħall-qatran, gastro-enterite, tfewwiq, diffikultà biex tibla’;

    • infjammazzjoni tal-fwied li tista’ tkun il-kawża ta’ uġigħ addominali u li l-ġilda u l-abjad tal- għajnejn jisfaru;

    • tegħreq matul il-lejl, urtikarja, l-għaraq ixoqq għalik, sensittività għad-dawl tax-xemx, tendenza ogħla li titbenġel;

    • ġbid fil-muskoli, kontrazzjoni involontarja tal-muskoli;

    • diffikultà jew inabbiltà biex tgħaddi l-awrina, diffikulta’ biex tibda tgħaddi l-awrina, jew ikun hemm tnaqqis fil-fluss ta’ l-awrina, il-bżonn li tgħaddi l-awrina matul il-lejl, il-bżonn li tgħaddi iżjed awrina mis-soltu, il-fluss tal-awrina jonqos;

    • fsada mhux tas-soltu mill-vaġina, pirjids mhux tas-soltu, li jinkludu pirjids b’ħafna demm, bl- uġigħ, irregolari jew li jdumu, pirjids li jinqabżu jew li jkunu aktar ħfief mis-soltu, uġigħ fit- testikoli jew fl-iskrotu;

    • uġigħ fis-sider, tħossok kiesaħ, għatxan, tirtogħod, tħossok sħun, il-mixi ma jkunx normali;

    • żieda fil-piż;

    • Duloxetine Zentiva jista’ jkollu effetti li ma tkunx taf dwarhom bħal żidiet fl-enzimi tal-fwied jew fil-livelli tal-potassju, tal-creatine phosphokinase, taz-zokkor jew tal-kolesterol fid-demm.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000):

    • reazzjoni allerġika serja li tikkawża diffikultà biex tieħu n-nifs jew sturdament b’nefħa tal-ilsien u tax-xufftejn, reazzjonijiet allerġiċi;

    • tnaqqis fl-attività tal-glandola tat-tirojde li tista’ tikkawża għeja jew żieda fil-piż;

    • deidratazzjoni, livelli baxxi ta’ sodium fid-demm (l-iżjed f’pazjenti anzjani; is-sintomi jistgħu jinkludu li tħossok sturdut, debboli, konfuż, bi ngħas jew għajjien ħafna jew tħossok jew tkun imdardar, sintomi aktar serji huma li jkollok ħass ħażin, aċċessjonijiet jew waqgħat), is- sindromu ta’ sekrezzjoni mhux f’loka tal-ormon anti-dijuretiku (SIADH);

    • imġiba suwiċidali, manija (tkun attiv iżżejjed, ikollok ħsibijiet li jiġru bik u jonqos il-bżonn ta’ l-irqad), alluċinazzjonijiet, tħossok aggressiv u rrabjat;

    • “Is-Sindromu ta’ Serotonin” (reazzjoni rari li tista’ tikkawza sensazzjonijiet ta’ kuntentezza kbira, ħedla, guffaġni, irrekwitezza, sensazzjoni bħallikieku fis-sakra, deni, muskoli riġidi jew għarqana), aċċessjonijiet;

    • żieda tal-pressjoni fl-għajnejn (glawkoma);

    • sogħla, tħarħir u qtugħ ta’ nifs li jistgħu jkunu akkumpanjati minn temperatura għolja;

    • infjammazzjoni fil-ħalq, tgħaddi demm ta’ kulur aħmar qawwi mal-ippurgar, riħa ħażina fil- ħalq, infjammazzjoni tal-musrana l-kbira (li twassal għad-dijarea);

    • insuffiċjenza epatika,il-ġilda jew l-abjad tal-għajnejn jisfaru (suffejra);

    • is-sindromu ta’ Stevens-Johnson (marda serja fejn ikollok ħafna nfafet fuq il-ġilda, fil-ħalq, fl- għajnejn u fuq il-ġenitali), reazzjoni allerġika serja li tista’ tikkawża nefħa tal-wiċċ jew tal- gerżuma (anġjoedima);

    • kontrazzjoni tal-muskolu tax-xedaq;

    • l-awrina jkollha riħa mhux tas-soltu;

    • sintomi tal-menopawża, produzzjoni li mhijiex normali ta’ ħalib mis-sider fl-irġiel jew fin-nisa;

    • fsada eċċessiva mill-vaġina ftit wara l-ħlas (emorraġija wara l-ħlas).


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000):

    • infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini fil-ġilda (vaskulite kutanea).


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Duloxetine Zentiva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna/folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen f’temperatura taħt 30 °C. Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Duloxetine Zentiva

Is-sustanza attiva hi duloxetine. Kull kapsula fiha duloxetine hydrochloride ekwivalenti għal 30 jew 60 mg ta’ duloxetine.


Is-sustanzi l-oħra huma:

Kontenuttal-kapsula: sucrose, maize starch, hypromellose, talc, hypromellose acetate succinate, triethyl citrate.

Il-Qoxra tal-kapsula:

Duloxetine Zentiva 30 mg:

Kappa tal-kapsula: Indigo carmine (E132), titanium dioxide (E171), ġelatina Parti prinċipali tal-kapsula: titanium dioxide (E171), ġelatina

Duloxetine Zentiva 60 mg:

Kappa tal-kapsula: Indigo carmine (E132), titanium dioxide (E171), ġelatina

Parti prinċipali tal-kapsula: Iron oxide isfar (E172), titanium dioxide (E171), ġelatina


Kif jidher Duloxetine Zentiva u l-kontenut tal-pakkett

Duloxetine Zentiva issibu bħala kapsula gastro-reżistenti, iebsa. Kull kapsula ta’ Duloxetine Zentiva fiha pritkuni ta’ duloxetine hydrochloride b’kisja sabiex tipproteġihom mill-aċtu ta’ l-istonku.


Duloxetine Zentiva huwa disponibbli f’żewġ dożi: 30 mg u 60 mg


Il-kapsuli ta' 30 mg huma kapsuli tal-ġelatina ibsin u opaki b’tul ta’ madwar 15.9 mm bil-parti prinċipali abjad opak u b'kappa opaka blu ċar li fihom pritkuni sferikali ta’ kulur offwajt għal isfar - kannella ċar.


Il-kapsuli ta' 60 mg huma kapsuli tal-ġelatina ibsin u opaki b’tul ta’ madwar 19.4 mm bil-parti prinċipali ivorju opak u b'kappa opaka blu ċar opak li fihom pritkuni sferikali ta’ kulur offwajt għal isfar - kannella ċar.


Duloxetine Zentiva 30 mg issibu f’pakketti ta’ 7, 28, 56, 84 u 98 kapsula

Duloxetine Zentiva 60 mg issibu f’pakketti ta’ 28, 56, 84 u 98 kapsula. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Zentiva, k.s.

U Kabelovny 130

102 37 Prague 10

Ir-Repubblika Ċeka


Manifattur

S.C. Zentiva S.A Theodor Pallady Nr 50 032266 Bucharest

Ir-Rumanija


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +32 280 86 420

PV-Belgium@zentiva.com


България

Zentiva, k.s.

Тел: +35924417136

PV-Bulgaria@zentiva.com


Česká republika

Zentiva, k.s.

Tel: +420 267 241 111

PV-Czech-Republic@zentiva.com

Lietuva

Zentiva, k.s.

Tel: +370 52152025

PV-Lithuania@zentiva.com


Luxembourg/Luxemburg

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +352 208 82330

PV-Luxembourg@zentiva.com


Magyarország Zentiva Pharma Kft. Tel.: +36 1 299 1058

PV-Hungary@zentiva.com

Danmark

Zentiva Denmark ApS Tlf: +45 787 68 400

PV-Denmark@zentiva.com


Deutschland

Zentiva Pharma GmbH Tel: +49 (0) 800 53 53 010

PV-Germany@zentiva.com


Eesti

Zentiva, k.s.

Tel: +372 52 70308

PV-Estonia@zentiva.com


Ελλάδα

Zentiva, k.s.

Τηλ: +30 211 198 7510

PV-Greece@zentiva.com


España

Zentiva, k.s.

Tel: +34 931 815 250

PV-Spain@zentiva.com


France

Zentiva France

Tél: +33 (0) 800 089 219

PV-France@zentiva.com


Hrvatska

Zentiva d.o.o.

Tel: +385 1 6641 830

PV-Croatia@zentiva.com


Ireland

Zentiva, k.s.

Tel: +353 818 882 243

PV-Ireland@zentiva.com


Ísland

Zentiva Denmark ApS Sími: +354 539 0650

PV-Iceland@zentiva.com


Italia

Zentiva Italia S.r.l. Tel: +39-02-38598801

PV-Italy@zentiva.com


Κύπρος

Zentiva, k.s.

Τηλ: +357 240 30 144

PV-Cyprus@zentiva.com


Latvija

Zentiva, k.s.

Tel: +371 67893939

PV-Latvia@zentiva.com

Malta

Zentiva, k.s.

Tel: +356 2778 0890

PV-Malta@zentiva.com


Nederland

Zentiva, k.s.

Tel: +31 202 253 638

PV-Netherlands@zentiva.com


Norge

Zentiva Denmark ApS Tlf: +47 219 66 203

PV-Norway@zentiva.com


Österreich

Zentiva, k.s.

Tel: +43 720 778 877

PV-Austria@zentiva.com


Polska

Zentiva Polska Sp. z o.o. Tel: + 48 22 375 92 00

PV-Poland@zentiva.com


Portugal

Zentiva Portugal, Lda Tel: +351210601360

PV-Portugal@zentiva.com


România

ZENTIVA S.A.

Tel: +4 021.304.7597

PV-Romania@zentiva.com


Slovenija

Zentiva, k.s.

Tel: +386 360 00 408

PV-Slovenia@zentiva.com


Slovenská republika

Zentiva, a.s.

Tel: +421 2 3918 3010

PV-Slovakia@zentiva.com


Suomi/Finland

Zentiva Denmark ApS Puh/Tel: +358 942 598 648

PV-Finland@zentiva.com


Sverige

Zentiva Denmark ApS Tel: +46 840 838 822

PV-Sweden@zentiva.com


United Kingdom (Northern Ireland)

Zentiva, k.s.

Tel: +44 (0) 800 090 2408

PV-United-Kingdom@zentiva.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.