Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Eliquis
apixaban

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Eliquis 2.5 mg pilloli miksijin b’rita

apixaban


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Eliquis u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Eliquis

  3. Kif għandek tieħu Eliquis

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Eliquis

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Eliquis u għalxiex jintuża


    Eliquis fih is-sustanza attiva apixaban u jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħin antikoagulanti. Din il-mediċina tgħin sabiex timpedixxi milli jiffurmaw emboli tad-demm billi timblokka Fattur Xa, li huwa komponent importanti tal-emboli tad-demm.


    Eliquis jintuża fl-adulti:


    • biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ emboli tad-demm (trombożi fil-vini tal-fond [DVT]) wara l- operazzjonijiet ta’ sostituzzjoni tal-ġenbejn jew tal-irkoppa. Wara operazzjoni fuq il-ġenbejn jew fuq l-irkoppa, inti tista’ tkun f’riskju ogħla li tiżviluppa emboli tad-demm fil-vini ta’ saqajk.

      Dan jista’ jikkawża nefħa fis-saqajn bi jew mingħajr uġigħ’’. Jekk embolu tad-demm timxi minn saqajk għall-pulmun tiegħek, tista’ timblokka l-fluss tad-demm u dan jikkawża qtugħ ta’

      nifs, bi jew mingħajr uġigħ fis-sider. Din il-kundizzjoni (emboliżmu pulmonari) tista’ tkun ta’

      theddida għas-saħħa u teħtieġ attenzjoni medika minnufih.


    • biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ embolu tad-demm fil-qalb f’pazjeti b’ritmu tal-qalb irregolari (fibrillazzjoni fl-atriju) u li għandhom mill-inqas fattur ta’ riskju addizzjonali wieħed. Emboli tad-demm jistgħu jinqatgħu u jimxu lejn il-moħħ u jwassal għal puplesija jew lejn organi oħra u jipprevjeni ċ-ċirkolazzjoni tad-demm normali lejn dak l-organu (msejjaħ ukoll bħala emboliżmu sistemiku). Il-puplesija tista’ tkun ta’ theddida għal ħajja u teħtieġ attenzjoni medika minnufih.


    - għat-trattament ta’ emboli tad-demm fil-vini ta’ riġlejk (trombożi tal-vini profondi) u fil-vini jew arterji tal-pulmun tiegħek (emboliżmu pulmonari), u biex jiġi evitat li jerġgħu jseħħu emboli tad-demm fil-vini jew arterji ta’ riġlejk u/jew tal-pulmun.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Eliquis Tiħux Eliquis jekk:

    • inti allerġiku/a għal apixaban jew xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6);

    • qed joħroġlok ħafna demm;

    • għandek marda f’xi organu tal-ġisem li żżid ir-riskju ta’ fsada serja (bħal ulċera attiva jew reċenti fl-istonku jew fl-imsaren tiegħek, fsada reċenti f’moħħok);

    • għandek marda tal-fwied li twassal għal riskju miżjud ta’ fsada (koagulupatija epatika);

    • tieħu mediċini li jipprevjenu l-għaqid tad-demm (e.ż. warfarin, rivaroxaban, dabigatran jew heparin), minbarra meta jkun tibdil fit-trattament ta’ kontra il-koagulazzjoni, waqt li jkollok

      linja fil-vini jew fl-arterji jkollok l-eparina għaddejja minn din biex iżżommha miftuħa, jew jekk jiddaħħal tubu fil-vini jew arterji tad-demm tiegħek (ablazzjoni tal-kateter) biex jikkura taħbit

      tal-qalb irregolari (arritmija).


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina jekk għandek xi waħda minn dawn li ġejjin:

    • riskju miżjud ta’ fsada, bħal:

      • distrubi tad-demm, inkluż kundizzjonijiet li jirriżultaw f’attività tal-plejtlits imnaqqsa;

      • pressjoni tad-demm għolja ħafna, mhux ikkontrollata minn trattament mediku;

      • għandek iktar minn 75 sena;

      • tiżen 60 kg jew inqas;

    • marda tal-kliewi severa jew jekk inti fuq dijaliżi;

    • problema tal-fwied jew storja ta’ problemi bil-fwied;

    • Din il-mediċina se tintuża b’attenzjoni f’pazjenti b’sinjali ta’ funzjoni tal-fwied mibdula.

    • kellek tubu (katiter) jew ’injezzjoni fis-sinsla tad-dahar tiegħek ’(għal anesteżija jew tnaqqis tal-uġigħ), it-tabib tiegħek sejjer jgħidlek biex tieħu din il-mediċina 5 sigħat jew aktar wara t-

      tneħħija tal-katiter;

    • jekk għandek valvola prostetika tal-qalb;

    - jekk it-tabib tiegħek jistabbilixxi li l-pressjoni tad-demm tiegħek hi instabbli jew ikun ippjanat

    trattament jew proċedura kirurġika biex tneħħi l-embolu tad-demm mill-pulmun tiegħek.


    Oqgħod attent b’mod speċjali b’Eliquis

    - Jekk taf li għandek marda msejħa sindrome antifosfolipid (disturb tas-sistema immunitarja li jikkawża żieda fir-riskju ta’ emboli tad-demm), għid lit-tabib tiegħek li ser jiddeċiedi jekk il-

    kura għandhiex bżonn tinbidel.


    Jekk ikollok bżonn tagħmel operazzjoni jew proċedura li tista’ twassal għal fsada, t-tabib jista’ jsaqsik biex twaqqaf din il-mediċina temporanjament għal ftit żmien. Jekk inti mintix ċert/a jekk il-proċedura li ħa tagħmel tista’ twassal għal fsada, staqsi lit-tabib tiegħek.


    Tfal u adoloxxenti

    Din il-mediċina mhijiex rakkommandata għall-użu fuq tfal u adoloxxenti li għandhom inqas minn 18- il sena.


    Mediċini oħra u Eliquis

    Għid lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


    Xi mediċini jistgħu jżidu l-effetti ta’ Eliquis u xi oħrajn jistgħu jnaqqsu l-effetti tiegħu. It-tabib tiegħek sejjer jiddeċiedi, jekk inti għandekx tiġi kkurat/a b’Eliquis meta tieħu dawn il-mediċini u kemm għandek tiġi mmonitorjat/a mill-qrib.


    Il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ta’ Eliquis u jżidu ċ-ċans ta’ fsada mhux mixtieqa:

    • xi mediċini għal infezzjonijiet fungali (eż. ketoconazole, eċċ.);

    • xi mediċini antivirali għal HIV / AIDS (eż. ritonavir);

    • mediċini oħrajn li jintużaw biex inaqqsu l-għaqid tad-demm (eż. enoxaparin, eċċ);

    • mediċini anti-infjammatorji jew mediċini għal kontra l-uġigħ (eż. acetylsalicylic acid jew naproxen). Speċjalment, jekk għandek aktar minn 75 sena u qed tieħu l-aspirina, jista’ jkollok

      aktar ċans ta’ fsada;

    • mediċini għal pressjoni tad-demm għolja jew għal problemi tal-qalb (eż. diltiazem);

    • mediċini antidepressivi msejħa inibituri selettivi tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonina

      jew inibituri tal-assorbiment mill-ġdid ta’ serotonina norepinefrina.


      Il-mediċini li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-abbiltà ta’ Eliquis biex jgħin jimpedixxi l-iffurmar ta’ ċapep tad- demm:

    • mediċini li jimpedixxu l-epilepsija jew kollassi (eż. phenytoin, eċċ.);

    • St John’s Wort (suppliment erbali użat għad-depressjoni);

    • mediċini biex jikkuraw it-tuberkolożi jew infezzjonijiet oħrajn (eż. rifampicin).


      Tqala, treddigħ u fertilità

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, tal-ispiżjar jew tal-infermier tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      L-effetti ta’ Eliquis fuq it-tqala u fuq it-tarbija mhux imwielda għadhom mhux magħrufa. Ma

      għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Mhuwiex magħruf jekk Eliquis jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek għal parir qabel ma tieħu din il-mediċina waqt li tkun qed tredda’. Huma javżawk jekk għandekx tieqaf tredda’ jew għandekx twaqqaf/ma tibdiex din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Eliquis ma għandu ebda influwenza fuq l-abbiltà li ssuq jew tħaddem magni.


      Eliquis fih lactose (tip ta’ zokkor) u sodium.

      Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi zokkrijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment

      “ħielsa mis-sodium”.


  3. Kif għandek tieħu Eliquis


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Aċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Doża

    Ibla’ l-pillola ma’ xarba ilma. Eliquis jista’ jittiħed mal-ikel jew inkella mhux mal-ikel. Ipprova ħu l-pilloli fl-istess ħin kuljum biex tikseb l-aħjar effett tat-trattament.


    Jekk għandek diffikultà biex tibla’ l-pillola sħiħa, kellem lit-tabib tiegħek dwar modi oħra kif tista’ tieħu Eliquis. Il-pillola tista’ titfarrak u titħallat mal-ilma, jew ma’ 5% glucose fl-ilma, jew mal-meraq tat-tuffieħ jew mal-polpa tat-tuffieħ, immedjatament qabel ma teħodha.


    Struzzjonijiet għat-tfarrik:

    • Farrak il-pilloli b’lida u mehrież.

    • Ittrasferixxi t-trab kollu b’attenzjoni f’kontenitur adatt imbagħad ħallat it-trab bi ftit eż.,

      30 mL (2 imgħaref), ilma jew wieħed mil-likwidi msemmija hawn fuq biex tagħmel taħlita.

    • Ibla’ t-taħlita.

    • Laħlaħ l-lida u l-mehrież li użajt biex tfarrak il-pillola u l-kontenitur, bi ftit ilma jew wieħed mil-likwidi l-oħrajn (eż., 30 mL) u ibla’ t-tlaħliħa.


      Jekk ikun meħtieġ, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik ukoll il-pillola mfarrka ta’ Eliquis imħallta f’60 mL ta’ ilma jew 5% glucose fl-ilma, permezz ta’ tubu nażogastriku.

      Għandek tieħu Eliquis kif irrakomandat għal li ġejjin:


      Biex tipprevjeni l-formazzjoni ta’ emboli tad-demm wara l-operazzjonijiet ta’ sostituzzjoni tal-ġenbejn jew tal-irkoppa.

      Id-doża rrakomandata hija ta’ pillola waħda ta’ Eliquis 2.5 mg darbtejn kuljum. Per eżempju, waħda

      filgħodu u waħda filgħaxija.

      Għandek tieħu l-ewwel pillola minn 12 sa 24 siegħa wara l-operazzjoni tiegħek.


      Jekk kellek operazzjoni maġġuri tal-ġenbejn normalment tieħu l-pilloli għal 32 sa 38 jum. Jekk kellek operazzjoni maġġuri tal-irkoppa normalment tieħu l-pilloli għal 10 sa 14-il jum.


      Biex jipprevjeni l-formazzjoni ta’ embolu tad-demm fil-qalb f’pazjeti b’ritmu tal-qalb irregolari u li għandhom mill-inqas fattur ta’ riskju addizzjonali wieħed.

      Id-doża rrakomandata hija ta’ pillola waħda ta’ Eliquis 5 mg darbtejn kuljum.


      Id-doża rrakomandata hija ta’ pillola waħda ta’ Eliquis 2.5 mg darbtejn kuljum.jekk:

      • għandek tnaqqis b’mod sever fil-funzjoni tal-kliewi;

      • tnejn jew aktar minn dawn li ġejjin japplikaw għalik:

        • it-test tad-demm tiegħek ir-riżultati jissuġerixxu funzjoni tal-kliewi ħażina (valur tal- kreatinina fis-serum huwa 1.5 mg/dL (133 mikromol/l) jew aktar);

        • għandek 80 sena jew aktar;

        • il-piż tiegħek huwa 60 kg jew inqas.


          Id-doża rakkomandata hi pillola waħda darbtejn kuljum, per eżempju, waħda filgħodu u waħda filgħaxija. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi għal kemm żmien trid tkompli tieħu t-trattament.


          Għat-trattament ta’ emboli tad-demm fil-vini ta’ riġlejk u emboli tad-demm fil-vini jew arterji tal- pulmun tiegħek

          Id-doża rakkomandata hi żewġ pilloli ta’ Eliquis 5 mg darbtejn kuljum għall-ewwel 7 ijiem, pereżempju, tnejn filgħodu u tnejn filgħaxija.


          Wara 7 ijiem, id-doża rakkomandata hi pillola waħda ta’ Eliquis 5 mg darbtejn kuljum, pereżempju, waħda filgħodu u waħda filgħaxija.


          Biex tevita li emboli tad-demm jerġgħu jiffurmaw wara li tkun temmejt 6 xhur ta’ trattament

          Id-doża rakkomandata hi pillola waħda ta’ Eliquis 2.5 mg darbtejn kuljum, pereżempju, waħda filgħodu u waħda filgħaxija.


          It-tabib tiegħek se jiddeċiedi għal kemm żmien trid tkompli tieħu t-trattament.


          It-tabibjista’jbidillekit-trattamentta’kontral-koagulazzjonikifġej:


      • Tibdil minn Eliquis għal mediċini ta’ kontra l-koagulazzjoni

        Tibqax tieħu Eliquis. Ibda t-trattament bil-mediċini kontra l-koagulazzjoni (per eżempju heparin) fil-

        ħin li jkun imissek tieħu l-pillola li jmiss.


      • Tibdil minn mediċini ta’ kontra l-koagulazzjoni għal Eliquis

        Tibqax tieħu l-mediċini ta’ kontra l-koagulazzjoni. Ibda t-trattament b’Eliquis fil-ħin li tkun suppost

        ħadt id-doża li jmiss tal-mediċina ta’ kontra l-koagulazzjoni, imbagħad kompli normali.


      • Tibdil minn trattament kontra l-koagulazzjoni li fih antagonist ta’ vitamina K (e.ż. warfarin) għal Eliquis

        Tibqax tieħu l-mediċina li fiha l-antagonist ta’ vitamina K. It-tabib tiegħek għandu bżonn jiċċekjalek id-demm u jagħtik istruzzjonijiet ta’ meta għandek tibda tieħu Eliquis.

      • Tibdil minn Eliquis għal kontra l-koagulazzjoni li fih antagonist ta’ vitamina K (e.ż. warfarin) Jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tibda tieħu l-mediċina li fiha l-antagonist ta’ vitamina K, kompli ħu Eliquis għal mill-inqas jumejn wara l-ewwel doża tal-mediċina li fiha l-antagonist ta’ vitamina K. It- tabib tiegħek għandu bżonn jiċċekjalek id-demm u jagħtik istruzzjonijiet ta’ meta għandek tieqaf tieħu Eliquis.


        Pazjenti li jkunu għaddejjin minn kardjoverżjoni

        Jekk it-taħbit anormali tal-qalb tiegħek ikun jeħtieġ li jirritorna lura għan-normal permezz ta’ proċedura msejħa kardjoverżjoni, ħu din il-mediċina fil-ħinijiet li jgħidlek it-tabib tiegħek, sabiex

        tipprevjeni emboli tad-demm fil-vini jew arterji ta’ moħħok u f’vini jew arterji oħrajn ta’ ġismek.


        Jekk tieħu aktar Eliquis milli suppost

        Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk inti ħadt aktar mid-doża preskritta ta’ din il-mediċina. Ħu l- pakkett tal-mediċina miegħek, anki jekk ma jkun għad fadal ebda pillola.


        Jekk tieħu iktar Eliquis milli rrakkomandat, inti jista’ jkollok riskju miżjud ta’ fsada. Jekk isseħħ xi fsada, jista’ jkun hemm bżonn ta’ kirurġija, trasfużjonijiet tad-demm, jew trattamenti oħrajn li jistgħu jreġġgħu lura l-attività ta’ anti-fattur Xa.


        Jekk tinsa tieħu Eliquis

      • Ħu d-doża hekk kif tiftakar u:

        • ħu d-doża li jmiss ta’ Eliquis fil-ħin tas-soltu

        • imbagħad kompli normali


          Jekk m’intix ċert/a dwar dak li għandek tagħmel jew jekk qbiżt aktar minn doża waħda, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.


          Jekk tieqaf tieħu Eliquis

          Tiqafx tieħu din il-mediċina mingħajr ma l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek, minħabba li r-riskju li tiżviluppa embolu tad-demm jista’ jkun ikbar jekk twaqqaf it-trattament tiegħek kmieni wisq.


          Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Eliquis jista’ jingħata għal tliet kundizzjonijiet mediċi differenti. L-effetti sekondarji possibli li huma magħrufa u l-frekwenza tagħhom f’kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet mediċi jistgħu jkunu differenti u huma elenkati hawn taħt separatament. Għal dawn il-kundizzjonijiet mediċi, l-aktar effett sekondarju possibli komuni b’mod ġenerali ta’ din il-mediċina huwa fsada li tista’ tkun potenzjalment ta’ theddida għall-ħajja u teħtieġ attenzjoni medika immedjata.


    L-effetti sekondarji li ġejjin huma magħrufa jekk tieħu Eliquis biex tiprevjeni l-emboli tad-demm milli jifformaw wara operazzjonijiet ta’ sostituzzjoni tal-ġenbejn jew tal-irkoppa


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 10 persuni)

    • Anemija li tista’ tikkawża għeja jew sfurija tal-ġilda;

    • Fsada tinkludi:

      • tbenġil u nefħa;

    • Dardir (tħossok ma tiflaħx).


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 100 persuna)

    • Għadd ta’ plejtlits imnaqqas fid-demm tiegħek (li jista’ jaffettwa l-għaqid tad-demm);

    • Il-fsada:

      • li sseħħ wara l-operazzjoni tiegħek inkluż tbenġil u nefħa, tnixxija ta’ demm jew likwidu mill-ferita/inċiżjoni kirurġika (sekrezzjoni mill-ferita) jew fis-sit tal-injezzjoni;

      • fl-istonku, imsaren tiegħek jew demm aħmar/aħmar jgħajjat fl-ippurgar;

      • demm fl-awrina;

      • minn imnieħrek;

      • mill- vaġina;

    • Pressjoni tad-demm baxxa li tista’ ġġiegħelek tħossok b’ħass ħażin jew b’taħbit tal-qalb

      mgħaġġel;

    • Testijiet tad-demm jistgħu juru:

      • funzjoni anormali tal-fwied;

      • żieda f’xi enzimi tal-fwied;

    • żieda fil-bilirubin, prodott ta’ tkissir ta’ ċelloli tad-demm ħomor, li jista’ jikkawża sfurija tal-

      ġilda u tal-għajnejn;

    • Ħakk.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 1,000 persuna)

    • Reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) li jistgħu jikkawżaw: nefħa fil-wiċċ, xofftejn, ħalq, ilsien u/jew gerżuma u diffikultà fit-teħid tan-nifs. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tesperjenza kwalunkwe sintomu minn dawn.

    • Fsada:

      • fil-muskoli;

      • fl-għajnejn;

      • mill-ħanek tiegħek u demm fil-bżieq tiegħek meta tisgħol;

      • mir-rektum tiegħek;

    - Telf tax-xagħar.


    Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • Fsada:

      • f’moħħok jew fis-sinsla tad-dahar tiegħek;

      • fil-pulmun jew fil-ġriżmejn tiegħek;

      • f’ħalqek;

      • f’żaqqek jew fl-ispazju wara l-kavità addominali tiegħek;

      • mill-murliti;

      • testijiet li juru demm fl-ippurgar jew fl-awrina;

    • Raxx tal-ġilda li jista’ jifforma nfafet u jidher qisu magħmul minn dbabar żgħar (tikek skuri ċentrali mdawwra b’żona aktar ċara, b’ċirku skur mat-tarf) (eritema multiforme);

    • Infjammazzjoni tal-vini u l-arterji (vaskulite) li tista’ tirriżulta f’raxx tal-ġilda jew fi dbabar imqabbża,

      ċatti, ħomor u tondi taħt wiċċ il-ġilda jew fi tbenġil.


      L-effetti sekondarji li ġejjin huma magħrufa jekk tieħu Eliquis biex tiprevjeni l-emboli tad-demm milli jifformaw f’pazjeti b’ritmu tal-qalb irregolari u li għandhom mill-inqas fattur ta’ riskju addizzjonali.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 10 persuni)

      • Fsada tinkludi:

        • fsada fl-għajnejn;

        • fsada fl-istonku jew fl-imsaren tiegħek;

        • mir-rektum tiegħek;

        • demm fl-awrina;

        • fsada minn imnieħrek;

        • fsada mill-ħanek tiegħek;

        • tbenġil u nefħa;

    • Anemija li tista’ tikkawża għeja jew sfurija tal-ġilda;

    • Pressjoni tad-demm baxxa li tista’ ġġiegħlek tħossok b’ħass ħażin jew b’taħbit tal-qalb mgħaġġel;

    • Dardir (tħossok se tirremetti);

    • Testijiet tad-demm jistgħu juru:

    - żieda fil-gamma-glutamyltransferase (GGT).

    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 100 persuna)

    • Fsada:

      • fsada fil-moħħ jew fis-sinsla tad-dahar tiegħek;

      • fsada mill-ħalq tiegħek jew demm fil-bżieq tiegħek meta tisgħol;

      • fsada fl-addome tiegħek, jew fsada vaġinali;

      • demm aħmar/aħmar jgħajjat fl-ippurgar;

      • fsada li sseħħ wara l-operazzjoni tiegħek inkluż tbenġil u nefħa, tnixxija ta’ demm jew likwidu

        mill-ferita/inċiżjoni kirurġika (sekrezzjoni mill-ferita) jew mis-sit tal-injezzjoni;

      • mill-murliti;

      • testijiet li juru demm fl-ippurgar jew fl-awrina;

    • Għadd ta’ plejtlits imnaqqas fid-demm tiegħek (li jista’ jaffettwa l-għaqid tad-demm);

    • Testijiet tad-demm jistgħu juru:

      • funzjoni tal-fwied mhux normali;

      • żieda f’xi enzimi tal-fwied;

      • żieda fil-bilirubina, prodott ta’ tkissir ta’ ċelloli tad-demm ħomor, li jista’ jikkawża sfurija tal- ġilda u tal-għajnejn;

    • Raxx tal-ġilda;

    - Ħakk;

    • Telf tax-xagħar;

    • Reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) li jistgħu jikkawżaw: nefħa fil-wiċċ, xofftejn,

      ħalq, ilsien u/jew gerżuma u diffikultà fit-teħid tan-nifs. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek

      minnufih jekk tesperjenza kwalunkwe sintomu minn dawn.


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 1,000 persuna)

    • Fsada:

      • fil-pulmun jew fil-ġriżmejn tiegħek;

      • fl-ispazju wara l-kavità addominali tiegħek;

      • fil-muskoli.


        Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffetwaw sa 1 minn 10,000 persuna)

    • Raxx tal-ġilda li jista’ jifforma nfafet u jidher qisu magħmul minn dbabar żgħar (tikek skuri ċentrali mdawwra b’żona aktar ċara, b’ċirku skur mat-tarf) (eritema multiforme).


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • Infjammazzjoni tal-vini u l-arterji (vaskulite) li tista’ tirriżulta f’raxx tal-ġilda jew fi dbabar imqabbża, ċatti, ħomor u tondi taħt wiċċ il-ġilda jew fi tbenġil.


    L-effetti sekondarji li ġejjin huma magħrufa jekk inti tieħu Eliquis għat-trattament jew biex tevita li emboli tad-demm jerggħu jiffurmaw fil-vini ta’ riġlejk, u emboli tad-demm fil-vini jew arterji tal- pulmun tiegħek.


    Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

    • Ħruġ ta’ demm li jinkludi:

      • minn imnieħrek;

      • mill-ħanek;

      • demm fl-awrina;

      • tbenġil u nefħa;

      • fl-istonku, fl-imsaren, mir-rektum tiegħek;

      • f’ħalqek;

      • mill-vaġina;

    • Anemija li tista’ tikkawża għeja jew sfurija tal-ġilda;

    • Għadd ta’ plejtlits imnaqqas fid-demm tiegħek (li jista’ jaffettwa l-għaqid tad-demm);

    • Dardir (tħossok se tirremetti);

    • Raxx tal-ġilda;

    • Testijiet tad-demm jistgħu juru:

      • żieda fil-gamma-glutamyltransferase (GGT) jew fl-alanine aminotransferase (ALT).

        Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

    • Pressjoni tad-demm baxxa li tista’ ġġiegħlek tħossok b’ħass ħażin jew b’taħbit tal-qalb mgħaġġel

    • Ħruġ ta’ demm:

      • f’għajnejk;

      • f’ħalqek jew demm fil-bżieq meta tisgħol;

      • demm aħmar/aħmar jgħajjat mal-ippurgar;

      • testijiet li juru demm fl-ippurgar jew fl-awrina;

      • fsada li sseħħ wara l-operazzjoni tiegħek inkluż tbenġil u nefħa, tnixxija ta’ demm jew likwidu mill-ferita/inċiżjoni kirurġika (sekrezzjoni mill-ferita) jew fis-sit tal-injezzjoni;

      • mill-murliti;

      • fil-muskoli;

    • Ħakk;

    • Telf tax-xagħar;

    • Reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) li jistgħu jikkawżaw: nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ħalq, ilsien u/jew gerżuma u diffikultà fit-teħid tan-nifs. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek

      minnufih jekk tesperjenza kwalunkwe sintomu minn dawn.

    • Testijiet tad-demm jistgħu juru:

      • funzjoni tal-fwied mhux normali;

      • żieda f’xi enzimi tal-fwied;

      • żieda fil-bilirubina, prodott ta’ tkissir ta’ ċelluli tad-demm ħomor, li jista’ jikkawża sfurija

    tal-ġilda u tal-għajnejn.


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

    Ħruġ ta’ demm:

    • fil-moħħ tiegħek jew fis-sinsla tad-dahar tiegħek;

    • fil-pulmun tiegħek.


    Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli)

    • Fsada:

      - f’żaqqek jew fl-ispazju wara l-kavità addominali tiegħek.

    • Raxx tal-ġilda li jista’ jifforma nfafet u jidher qisu magħmul minn dbabar żgħar (tikek skuri ċentrali mdawwra b’żona aktar ċara, b’ċirku skur mat-tarf) (eritema multiforme);

    • Infjammazzjoni tal-vini u l-arterji (vaskulite) li tista’ tirriżulta f’raxx tal-ġilda jew fi dbabar imqabbża, ċatti, ħomor u tondi taħt wiċċ il-ġilda jew fi tbenġil.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Eliquis


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Eliquis

isptarijiet huma disponibbli wkoll.


Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet tal-pakketti kollha huma għal skop kummerċjali.


Kartuna ta’ Twissija tal-Pazjent: informazzjoni dar l-immaniġġjar

Ġol-pakkett ta’ Eliquis, flimkien mal-fuljett ta’ tagħrif, għandek issib Kartuna ta’ Twissija tal-Pazjent Jew it-tabib tiegħek jista’ jagħtik kartuna simili.

Din il-Kartuna ta’ Twissija tal-Pazjent tinkludi informazzjoni li se tkun utli għalik u tinforma lit- tobba

oħrajn li inti qed tieħu Eliquis. Għandek iżżomm din il-kartuna fuqek il-ħin kollu.


  1. Ħu l-kartuna.


  2. Issepara l-lingwa tiegħek skont il-bżonn (dan hu faċli minħabba li t-truf huma mtaqqbin).


  3. Imla s-sezzjonijiet li ġejjin jew staqsi lit-tabib tiegħek biex jimlihomlok:

    • lsem:

    • Data tat-twelid:

    • Indikazzjoni:

    • Doża: ........mg darbtejn kuljum

    • Isem tat-Tabib:

    • Telefon tat-tabib:

  4. Itwi l-kartuna u żommha fuqek il-ħin kollu


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Bristol-Myers Squibb/Pfizer EEIG, Plaza 254

Blanchardstown Corporate Park 2

Dublin 15, D15 T867 Irlanda


Manufattur

CATALENT ANAGNI S.R.L.

Loc. Fontana del Ceraso snc Strada Provinciale Casilina, 41

03012 Anagni (FR)

L-Italja


Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH Betriebsstätte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg Il-Ġermanja


Swords Laboratories Unlimited Company T/A Bristol-Myers Squibb Pharmaceutical Operations, External Manufacturing

Plaza 254

Blanchardstown Corporate Park 2 Dublin 15, D15 T867

L-Irlanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


/.