Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ceplene
histamine dihydrochloride

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Ceplene 0.5 mg/0.5 mL soluzzjoni għall-injezzjoni

histamine dihydrochloride


imageDan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.



Metodu


  1. Sib post komdu, imdawwal tajjeb fejn toqgħod bilqiegħda u fejn tista' timtedd. Qiegħed is-siringi mimlija għal-lest b'IL-2, Ceplene u biċċa mbilla fl-alkoħol biex timsaħ miftuħa fejn tista' tilħaqha b'idek. Għal raġunijiet ta' sigurtà, huwa importanti li toqgħod bilqiegħda f'post fejn tista' tintelaq lura jew timtedd ċatt meta tinjetta.

  2. Injetta IL-2 skont l-istruzzjonijiet li tawk.

  3. Stenna bejn minuta u 3 minuti.

    image

  4. Iddeċiedi fejn se tinjetta Ceplene. Tista' tagħżel in-naħa ta' ġewwa jew ta' barra tal-koxxa, id- dirgħajn jew l-istonku. Ceplene u IL-2 ma għandhomx jiġu injettati fl-istess post. Pereżempju, jekk tinjetta IL-2 fid-driegħ tax-xellug, tista' tinjetta Ceplene fil-koxxa tax-xellug jew tal-lemin, fl- istonku, jew fi driegħek tal-lemin. Dejjem varja s-sit li tinjetta fih. Għal punti tal-injezzjoni possibbli, ara l-Figura 4.


    Figura 4


  5. Kun żgur li ż-żona tal-ġilda li għażilt tkun mikxufa sew. Uża biċċa mbilla fl-alkoħol biex timsaħ biex tnaddafha. Ħalli ż-żona tinxef għal 10 sekondi.

  6. Oqros biċċa mill-ġilda mnaddfa bejn is-saba' l-kbir u l-werrej, mingħajr ma tagħfas iżżejjed.

image

Ara Figura 5.


Figura 5


7. Żomm il-labra f'pożizzjoni vertikali (90°) jew f'angolu ta' 45° mal-ġilda u daħħalha taħt il-ġilda sa fejn tidħol 'il ġewwa f'moviment wieħed rapidu. Il-labra trid tiddaħħal taħt il-ġilda, iżda mhux f'xi vina taħt il-ġilda. Ara l-Figura 6.

Figura 6


image

  1. Iġbed il-plunger ftit lura. Jekk jidher id-demm, tinjettax Ceplene għax il-labra tkun daħlet f'xi vina. Oħroġ u armi s-siringa kif spjegawlek. Iġbed il-mediċina mill-ġdid u erġa' ibda l-proċedura mill-ġdid, anke jekk ikunu għaddew 3 minuti mill-ewwel injezzjoni ta' IL-2.


  2. Innota l-marki bin-numri. Kull marka (0.1, 0.2, 0.3, eċċ.) tirrappreżenta wieħed minn kull għaxra ta' millilitru (0.1 mL).

    image

  3. Imbotta l-plunger tas-siringa u injetta wieħed minn għaxra ta’ millilitru (0.1 mL) kull minuta, jew iktar bil-mod jekk l-istruzzjonijiet tat-tabib kienu hekk. Ara l-Figura 7.


    Figura 7


  4. Qatt tinjetta Ceplene b'rata iktar mgħaġġla jew kollu f'daqqa.

  5. Meta s-siringa tkun vojta, neħħi l-labra minn ġol-ġilda.

  6. Agħfas bil-mod bil-biċċa mbilla fl-alkoħol fuq is-sit tal-injezzjoni mingħajr ma togħrokha. 14.Ibqa' bilqiegħda jew mimdud(a) għal 20 minuta wara l-injezzjoni ta' Ceplene.

15.Armi s-siringa fil-kontenitur li ma jittaqqabx kif urewk.