Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Nimenrix
meningococcal groups A, C, W-135 and Y conjugate vaccine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Nimenrix trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Vaċċin konjugat tal-gruppi A, C, W-135 u Y tal-meningokokkus


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tirċievi dan il-vaċċin peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Dan il-fuljett inkiteb b’mod li jassumi li qed taqrah il-persuna li se tirċievi l-vaċċin, iżda huwa jista’ jingħata lill-adulti u lit-tfal għaldaqstant inti tista’ kun qed taqrah għal ibnek/bintek.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Nimenrix

  3. Kif jingħata Nimenrix

  4. Effetti sekondarji possibbli

  1. Kif taħżen Nimenrix

  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża X’inhu Nimenrix u għalxiex jintuża

    Nimenrix huwa vaċċin li jgħin biex jiproteġi kontra infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji (mikrobi) msejħa “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y.


    Il-batterji “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y jistgħu jikkawżaw mard serju bħal:

    • meninġite – infezzjoni fit-tessut li jinforra l-moħħ u s-sinsla tad-dahar.

    • settiċemija – infezzjoni fid-demm.


    Dawn l-infezzjonijiet jgħaddu faċilment minn persuna għal oħra u jistgħu jikkawżaw mewt jekk ma jiġux ikkurati.

    Nimenrix jista’ jingħata lill-adulti, lill-adoloxxenti, lit-tfal u lil trabi li għandhom aktar minn 6 ġimgħat.


    Kif jaħdem Nimenrix


    Nimenrix jgħin lill-ġisem tiegħek jipproduċi protezzjoni għalih innifsu (antikorpi) kontra l-batterji. Dawn l-antikorpi jgħinu biex jipproteġuk kontra l-mard.


    Nimenrix jipproteġik biss kontra infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji “Neisseria meningitidis” tat-tipi A, C, W-135 u Y.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tirċievi Nimenrix Nimenrix m’għandux jingħata jekk:

    • inti allerġiku għas-sustanzi attivi jew għal xi sustanzi oħra ta’ dan il-vaċċin (imniżżla fis- sezzjoni 6).

      Sinjali ta’ reazzjoni allerġika jistgħu jinkludu raxx bil-ħakk fil-ġilda, qtugħ ta’ nifs u nefħa fil- wiċċ u fl-ilsien. Ara t-tabib tiegħek minnufih jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sinjali.

      Jekk mintix ċert, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel ma tirċievi Nimenrix.


      Twissijiet u prekawzjonijiet:

      Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tirċievi dan il-vaċċin jekk:

    • inti għandek infezzjoni b’deni qawwi (aktar minn 38°C). Jekk dan japplika għalik, it-tilqim mhuwiex se jingħata sakemm inti tkun qed tħossok aħjar. Infezzjoni ħafifa bħal riħ m’għandhiex tkun problema. Madankollu l-ewwel kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

    • inti jekk għandek problema ta’ ħruġ ta’ demm jew titbenġel malajr.


    Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik (jew jekk għandek xi dubju), kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tirċievi Nimenrix.


    Nimenrix jista’ ma jipproteġix lil kull min jitlaqqam. Jekk għandek sistema immuni dgħajfa (bħal minħabba infezzjoni b’HIV jew mediċini li jaffettwaw is-sistema immuni) inti tista’ ma tiħux benefiċċju sħiħ minn Nimenrix.


    Jista’ jseħħ ħass ħażin (l-aktar fl-adolexxenti) wara, jew saħansitra qabel, kwalunkwe injezzjoni ta’ labra. Għalhekk għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti jew ibnek/bintek qatt ħasskom ħażin qabel b’injezzjoni.


    Mediċini oħra u Nimenrix


    Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċina oħra, inkluż tilqim ieħor u mediċini oħra li ksibt mingħajr riċetta.


    Nimenrix jista’ ma jaħdimx daqshekk tajjeb jekk inti tkun qed tieħu mediċini li jaffettwawlek is- sistema immuni.


    Fit-trabi, Nimenrix jista’ jingħata fl-istess ħin ma’ vaċċin ikkombinat kontra d-difterite – tetnu – pertussi aċellulari (DTaP), inkluż tilqim kontra DTaP ikkombinat mal-epatite B, il-polivirus inattivat jew Haemophilus influenzae tip b (HBV, IPV jew Hib) bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib, u ma’ vaċċin pnewmokokkali konjugat 10-valenti.


    Mill-età ta’ sena ʼl fuq, Nimenrix jista’ jingħata fl-istess waqt ma’ kwalunkwe tilqim milli ġej: tilqim tal-epatite A (HAV) u tal-epatite B (HBV), it-tilqima tal-ħosba, tal-gattone u tal-ħosba Ġermaniża (MMR), it-tilqima tal-ħosba, tal-gattone, tal-ħosba Ġermaniża u tal-ġidri r-riħ (MMRV), it-tilqima konjugata 10 valenti tal-pnewmokokkus jew it-tilqima mhux awżiljata tal-influwenza tal-istaġun.


    Fit-tieni sena tal-ħajja, Nimenrix jista’ jingħata wkoll fl-istess waqt ma’ tilqim ikkombinat tad- difterite, tat-tetnu u tas-sogħla konvulsiva aċellulari (DTaP) inkluż il-kombinazzjoni tat-tilqim DTaP mal-epatite B, il-poljovirus inattivat jew il-Haemophilus influenzae tat-tip b (HBV, IPV jew Hib), bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib) u l-vaċċin konjugat pnewmokokkali 13-il valent.


    F’individwi ta’ bejn 9 u 25 sena, Nimenrix jista’ jingħata flimkien ma’ vaċċin tal-papillomavirus tal- bniedem [Tipi 16, 18], u vaċċin ikkombinat tad-difterite (kontenut tal-antiġen imnaqqas), tat-tetnu u tas-sogħla konvulsiva aċellulari.


    Fejn ikun possibbli, Nimenrix u tilqima li fiha t-TT, bħat-tilqima DTaP-HBV-IPV/Hib għandhom jingħataw fl-istess waqt jew Nimenrix għandu jingħata tal-inqas xahar qabel it-tilqima li fiha TT.


    Għandu jintuża post tal-injezzjoni differenti għall-kull vaċċin.

    Tqala u treddigħ


    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, għid b’dan lit-tabib tiegħek qabel tirċievi Nimenrix.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni


    Nimenrix x’aktarx ma jaffettwax il-ħila li inti ssuq u tħaddem magni. Madankollu, m’għandekx issuq jew tħaddem magni jekk mhux qed tħossok f’sikktek.


    Nimenrix fih sodium

    Dan il-vaċċin fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis- sodium’.


  3. Kif jingħata Nimenrix


    Nimenrix se jingħatalek minn tabib jew infermier.

    Nimenrix dejjem jiġi injettat ġo muskolu, ġeneralment fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ jew fil-koxxa.


    Immunizzazzjoni primarja


    Trabiminn6ġimgħatsaetàta’inqasminn6xhur:

    Żewġ injezzjonijiet mogħtija xahrejn ’il bogħod minn xulxin eż. fl-età ta’ xahrejn u 4 xhur (l-ewwel injezzjoni tista’ tingħata mill-età ta’ 6 xhur).


    Trabiminnetàta’6xhur,tfal,adolexxentiuadulti: Injezzjoni waħda.


    Dożi booster


    Trabiminn6ġimgħatsaetàta’inqasminn12-ilxahar:

    Doża booster waħda f’età ta’ 12-il xahar, tal-inqas xahrejn wara l-aħħar doża ta’ Nimenrix.


    Individwimlaqqmapreċedentementta’etàta’12-ilxaharuikbar:

    Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk inti qabel irċivejt injezzjoni b’vaċċin ieħor tal- meningokokkus li ma kienx Nimenrix.

    It-tabib tiegħek se jgħidlek jekk u meta jkollok bżonn doża addizzjonali ta’ Nimenrix, b’mod speċjali jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek:

    • irċevejtu l-ewwel doża tagħkom f’età ta’ 6-14-il xahar u tistgħu tkunu f’riskju partikolari ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tipi W-135 u Y

    • irċevejtu d-doża tagħkom aktar minn madwar sena ilu u tistgħu tkunu f’riskju ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tipi A, C, W-135 u Y

    • irċevejtu l-ewwel doża tagħkom f’età ta’12-23 xahar u tistgħu tkunu f’riskju partikolari ta’ infezzjoni kkawżata minn Neisseria meningitidis tip A


      Inti se tiġi infurmat/a meta inti jew it-tifel/tifla tiegħek għandkom terġgħu tmorru għall-injezzjoni li jmiss. Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek taqbżu injezzjoni skedata, huwa importanti li tagħmlu appuntament ieħor.


      Ara li inti jew it-tifel/tifla tiegħek ittemmu l-kors sħiħ tat-tilqim.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli

    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jiġru b’din il-mediċina:


    Komuni ħafna (dawn jistgħu jiġru b’aktar minn doża waħda minn kull 10 dożi tal-vaċċin):

    • deni

    • għeja (għeja kbira)

    • uġigħ ta’ ras

    • tħossok imħeddel

    • telf t’aptit

    • tħossok irritabbli

    • nefħa, uġigħ u ħmura fejn tingħata l-injezzjoni.


      Komuni (dawn jistgħu jseħħu b’mhux aktar minn doża waħda minn kull 10 dożi tal-vaċċin):

    • tbenġil (ematoma) fejn tingħata l-injezzjoni

    • problemi fl-istonku jew ta’ diġestjoni bħal dijarrea, rimettar u dardir

    • raxx (trabi).


      Mhux komuni (dawn jistgħu jseħħu b’mhux aktar minn doża waħda minn kull 100 doża tal- vaċċin):

    • raxx

    • ħorriqija

    • ħakk

    • biki

    • tħossok stordut

    • uġigħ fil-muskoli

    • uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn

    • tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

    • diffikultà biex torqod

    • tnaqqis fis-sens tal-ħass jew ta’ sensittività, speċjalment fil-ġilda

    • reazzjonijiet fejn tingħata l-injezzjoni bħal ħakk, il-parti tinħass sħuna jew imtarrxa jew tinħass għoqda iebsa.


      Rari (dawn jistgħu jseħħu f’sa doża waħda minn kull 1,000 doża tal-vaċċin):

    • aċċessjonijiet assoċjati ma’ temperatura għolja


    Mhux magħruf: ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli

    • nefħa u ħmura tas-sit tal-injezzjoni; dan jista’ jaffettwa erja kbira tad-driegħ imlaqqam

    • limfonodi mkabbra


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Nimenrix


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C).

    • Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    • Tagħmlux fil-friża.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


    Is-sustanzi attivi huma:

    - Wara r-rikostituzzjoni, doża waħda (0.5 ml) jkun fiha:

    Polysaccharide tal-grupp A ta’ Neisseria meningitidis 1

    5 mikrogrammi

    Polysaccharide tal-grupp C ta’ Neisseria meningitidis1

    5 mikrogrammi

    Polysaccharide tal-grupp W-135 ta’ Neisseria meningitidis1

    5 mikrogrammi

    Polysaccharide tal-grupp Y ta’ Neisseria meningitidis1

    5 mikrogrammi

    1konjugat ma’ proteina ġarriera ta’ toxoid tat-tetnu

    44 mikrogramma

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Nimenrix



Kif jidher Nimenrix u l-kontenut tal-pakkett


Nimenrix huwa trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni.


Nimenrix huwa fornut bħala trab jew kejk abjad għal doża waħda f’kunjett tal-ħġieġ u solvent ċar u bla kulur f’siringa mimlija għal-lest.


Dawn għandhom jitħalltu flimkien qabel l-użu. Il-vaċċin imħallat se jidher bħala soluzzjoni ċara u bla kulur.


Nimenrix huwa disponibbli f’pakketti ta’ 1 jew ta’ 10 bil-labar jew mingħajrhom. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis- Suq u l-Manifattur:

Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju

Manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott: Pfizer Manufacturing Belgium N.V. Rijksweg 12

B-2870 Puurs Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Luxembourg/Luxemburg Pfizer S.A./N.V.

Tél/Tel: + 32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Teл: +359 2 970 4333

Magyarország

Pfizer Kft

Tel: +36 1 488 3700

Česká Republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel: +420 283 004 111

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: + 35621 344610


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: + 45 44 201 100

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)800 63 34 636


Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: + 49 (0)30 550055-51000

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 526 100


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H Tel: + 43 (0)1 521 15-0


Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E.

Τηλ.: +30 210 6785 800

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 335 61 00


España

Pfizer, S.L.

Télf: +34914909900

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


France

Pfizer

Tél +33 1 58 07 34 40

România

Pfizer Romania S.R.L Tel: +40 (0) 21 207 28 00


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (toll free)

+44 (0)1304 616161

Slovenská republika Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka

Tel: + 421 2 3355 5500



Ísland

Icepharma hf

Simi: + 354 540 8000

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Kύπρος

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch) Tηλ: +357 22 817690

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0) 1304 616161


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

.


-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Dan il-vaċċin qiegħed għal użu ġol-muskoli biss. Tagħtihx b’mod intravaskulari, minn ġol-ġilda jew taħti il-ġilda.


Jekk Nimenrix jingħata flimkien ma’ tilqim ieħor, għandhom jintużaw postijiet differenti għall- injezzjoni.


Nimenrix m’għandux jitħallat ma’ tilqimiet oħrajn.


Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni tal-vaċċin bis-solvent ippreżentat f’siringa mimlija għal-lest:


Nimenrix għandu jiġi rrikostitwit billi żżid il-kontenut kollu tas-siringa mimlija għal-lest tas-solvent mal-kunjett li fih it-trab.


image

Biex twaħħal il-labra mas-siringa, irreferi għall-istampa. Madankollu, is-siringa pprovduta ma’ Nimenrix tista’ tkun xi ftit differenti (mingħajr kamin) minn dik li hemm fl-istampa. F’dak il-każ, il- labra għandha titwaħħal mingħajr ma ddawwar il-kamin.


  1. Filwaqt li żżomm il-bettija tas-siringa f’id waħda (evita li żżomm il-planġer tas-siringa),

    ħoll l-għatu tas-siringa billi ddawru lejn ix-xellug.


  2. Biex twaħħal il-labra mas-siringa, dawwar il-labra lejn il-lemin ġos-siringa sakemm tħossa tissikka (Ara l-istampa).


  3. Neħħi l-għatu tal-labra, li xi drabi jista’ jkun xi ftit iebes.


    Planġer tas-siringa


    Bettija tas-siringa


    Għatu tas-siringa


    Għatu tal-labra


  4. Żid is-solvent mat-trab. Wara li tkun żidt is-solvent mat-trab, it-taħlita għandha titħawwad sew sakemm it-trab jinħall kompletament fis-solvent.


Il-vaċċin irrikostitwit huwa soluzzjoni ċara mingħajr kulur.

Il-vaċċin irrikostitwit għandu jiġi mifli għal kwalunkwe frak u/jew bidla fl-aspett fiżiku qabel ma jingħata. F’każ li tiġi osservata xi waħda minn dawn, armi l-vaċċin.

Wara r-rikostituzzjoni, il-vaċċin għandu jintuża fil-pront.

Għandha tintuża labra ġdida biex jingħata l-vaċċin.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.