Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Abasaglar (previously Abasria)
insulin glargine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


ABASAGLAR 100 unità/mL soluzzjoni għall-injezzjoni fi skartoċċ

insulin glargine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik. L-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna tal-insulina huma pprovduti mal-pinna tiegħek tal-insulina. Irreferi għalihom qabel ma tuża l-mediċina tiegħek.



X’għandek tagħmel jekk ikollok ipogliċemija?


  1. Tinjettax l-insulina. Immedjatament ħu madwar 10 sa 20 g zokkor, bħal glukosju, dadi taz-zokkor jew xi xarba li jkun fiha ħafna zokkor. Attenzjoni: Ħlewwiet artifiċjali u ikel bi ħlewwiet artifiċjali (bħal xarbiet tad-dieta) m’humiex ta’ għajnuna fil-kura tal-ipogliċemija.


  2. Wara kul xi ħaġa li għandha effett li tgħolli z-zokkor fid-demm għal tul ta’ ħin (bħall-ħobż jew l- għaġin). Suppost it-tabib jew l-infermier tiegħek kienu iddiskutew din il-ħaġa miegħek qabel.

    L-irkupru mill-ipogliċemija jista’ jkun li jdum minħabba li ABASAGLAR jibqa’ jaħdem fit-tul.


  3. Jekk l-ipogliċemija terġa’ tfiġġ erġa’ ħu minn 10 sa 20 g ta’ zokkor.


  4. Kellem tabib immedjatament jekk ma tistax tikkontrolla l-ipogliċemija jew din terġa’tiġri. Għid lill- qrabatek, lill-ħbiebek u l-kollegi qrib tiegħek b’dan li ġej:

image

Jekk int ma tistax tibla’ jew jekk int mitluf minn sensik, int teħtieġ injezzjoni tal-glukosju jew tal- glukagon (mediċina li żżid iz-zokkor fid-demm). Dawn l-injezzjonijiet huma ġustifikati anki jekk mhux żgur li għandek l-ipogliċemija.


Huwa rrakkomandat li tittestja z-zokkor fid-demm tiegħek immedjatament wara li tieħu l-glukosju biex tiċċekkja li tassew għandek ipogliċemija.