Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Ruconest
conestat alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Ruconest 2100 Unità Trab għal soluzzjoni għal injezzjoni conestat alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Irrikostitwixxi kull kunjett b’14 ml ilma għall-injezzjonijiet (ara s-sezzjoni dwar ir-Rikostituzzjoni taħt).

Is-soluzzjoni rikostitwita f’kull kunjett fiha 2100 U conestat alfa f’150 U/ml.


Il-volum meħtieġ tas-soluzzjoni rikostitwita għandu jingħata bħala injezzjoni ġol-vini bil-mod fuq madwar 5 minuti.


PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU META JINTREMA U GĦAL IMMANIĠĠAR IEĦOR


Kull kunjett ta’ Ruconest huwa għal użu ta’ darba biss.

Għar-rikostituzzjoni, kombinament u taħlit ta’ soluzzjonijiet għandha tintuża teknika asettika.


Rikostituzzjoni

Kull kunjett ta’ Ruconest (2100 U) għandu jiġi rikostitwit b’14 ml ilma għall-injezzjonijiet. Ilma

għall-injezzjonijiet għandu jiżdied bil-mod sabiex ikun evitat impatt bis-saħħa fuq it-trab u dan għandu jitħallat ġentilment sabiex tkun imminimizzata r-ragħwa fis-soluzzjoni. Is-soluzzjoni rikostitwita f’kull kunjett fiha 2100 U conestat alfa f’150 U/ml u tidher bħala soluzzjoni ċara u bla kulur.

Is-soluzzjoni rikostitwita f’kull kunjett għandha tiġi spezzjonata għal frak u telfien tal-kulur. Soluzzjoni li jkun fiha frak jew li tkun tilfet il-kulur ma għandhiex tintuża. Il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqawara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.