Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bosulif
bosutinib

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


BOSULIF 100 mg pilloli miksijin b’rita BOSULIF 400 mg pilloli miksijin b’rita BOSULIF 500 mg pilloli miksijin b’rita bosutinib


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett


  1. X’inhu Bosulif u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Bosulif

  3. Kif għandek tieħu Bosulif

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Bosulif

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Bosulif u gћalxiex jintuża


    Bosulif fih is-sustanza attiva bosutinib.Huwa jintuża għat-trattament ta’ pazjenti adulti li għandhom tip ta’ lewkimja li tissejjaħ Lewkimja Majelojd Kronika (CML) pożittiva għall-kromosoma ta’ Filadelfja (pożittiva għal Ph) u li ġew iddijanjostikati għall-ewwel darba jew li għalihom mediċini preċedenti biex jittrattaw CML jew ma ħadmux jew mhumiex xierqa. CML pożittiva għal Ph huwa kanċer tad-demm fejn il-ġisem jipproduċi ħafna minn tip speċifiku ta’ ċelloli bojod tad-demm msejjħa granuloċiti.


    Staqsi lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem Bosulif jew għaliex din il- mediċina ġiet preskritta lilek.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Bosulif Tiħux Bosulif

    • Jekk inti allerġiku għal bosutinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

    • Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek xi ħsara fil-fwied tiegħek u mhux qed jaħdem b’mod normali.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Bosulif:

    • Jekk inti għandek, jew kellek fil-passat, problemi fil-fwied. Għid lit-tabib tiegħek jekk qabel kellek problemi fil-fwied inkluż epatite (infezzjoni jew infjammazzjoni fil-fwied) ta’ kull tip, jew jekk qabel kellek xi sinjali jew sintomi ta’ problemi fil-fwied minn dawn li ġejjin: ħakk,

      għajnejn jew ġilda safra, awrina skura, u uġigħ jew skonfort fil-parti leminija ta’ fuq tal-istonku. It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm biex jiċċekkja il-funzjoni tal-fwied qabel ma tibda t-trattament b’Bosulif u għall-ewwel 3 xhur tat-trattament b’Bosulif, u kif indikat

      klinikament.


    • Jekk inti għandek dijarea u qed tiremetti. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi minn dawn li ġejjin: żieda aktar minn normal fl-ippurgar (ċaqliq tal-imsaren waqt il- ħruġ tal-ħmieġ) kuljum, żieda fl-episodji ta’ rimettar, demm fir-rimettar, ippurgar (ċaqliq tal- imsaren waqt il-ħruġ tal-ħmieġ) jew awrina, jew għandek ippurgar iswed (ċaqliq tal-imsaren waqt il-ħruġ tal-ħmieġ iswed qisu qatran). Għandek tistaqsi lit-tabb tiegħek dwar l-użu tat- trattament tiegħek peress li r-rimettar jista’ jwassal għal riskju akbar ta’ arritmiji tal-qalb. B’mod partikulari, għandek tistaqsi lit-tabib tiegħek jekk trid tuża mediċina li fiha domperidone għat-trattament ta’ nawseja u rimettar. It-trattament ta’ nawseja jew rimettar b’mediċini bħal dawn flimkien ma’ Bosulif jista' jwassal għal riskju akbar ta’ arritmiji perikolużi tal-qalb.


    • Jekk tbati minn problemi ta’ fsada. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi minn dawn li ġejjin: bħal fsada mhux normali jew tbenġil mingħajr ma tkun weġġajt.


    • Jekk inti għandek infezzjoni. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi minn

      dawn li ġejjin: bħal deni, problemi bl-awrina bħal ħruq waqt il-passaġġ tal-awrina, sogħla ġdida, jew uġigħ ġdid fil-griżmejn.


    • Jekk inti għandek ritenzjoni ta’ fluwidu. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa xi sinjali jew sintomi tar-ritenzjoni ta’ fluwidu waqt it-trattament b’Bosulif bħal nefħa tal-għekiesi, saqajn jew riġlejn; diffikultà biex tieħu nifs, uġigħ fis-sider, jew sogħla (dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ritenzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun jew fis-sider).


    • Jekk inti għandek problemi tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek disturb fil-qalb, bħal arritmiji jew sinjal elettriku mhux normali msejħa “titwil tal-intervall tal-QT”. Dan huwa dejjem importanti, imma speċjalment jekk qed tesperjenza dijarea frekwenti jew fit-tul kif deskritt hawn fuq. Jekk tħossok ħażin (telf tas-sensi) jew ritmu tal-qalb irregolari waqt li qed

      tieħu Bosulif, għid lit-tabib tiegħek immedjatament għaliex dan jista’ jkun sinjal ta’ kundizzjoni tal-qalb serja.


    • Għid lit-tabib tiegħek jekk qalulek li għandek problemi bil-kliewi tiegħek. Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tgħaddi l-awrina aktar ta’ spiss u qed tipproduċi ammonti akbar ta’ awrina b’kulur ċar jew jekk qed tgħaddi l-awrina anqas ta’ spiss u qed tipproduċi ammonti iżgħar ta’ awrina b’kulur skur. Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk qed titlef il-piż jew jekk esperjenzajt nefħa f’saqajk, fl-għekiesi tiegħek, f’riġlejk, f’idejk jew f’wiċċek.


    • Jekk qatt kellek jew jekk issa jista' jkun li għandek l-infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li Bosulif jista' jwassal sabiex epatite B jerġa' jiġi attiv, u f'xi każijiet dan jista' jkun fatali. Il- pazjenti ser jiġu ċċekjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta' din l-infezzjoni qabel ma jinbeda t-trattament.


    • Jekk inti għandek jew kellek problemi fil-frixa. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa uġigħ jew skonfort addominali.


    • Jekk inti għandek kwalunkwe minn dawn is-sintomi: raxx serju tal-ġilda. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa kwalunkwe minn dawn is-sinjali u sintomi ta’ raxx aħmar jew vjola li jikkawża

      l-uġigħ, li jinfirex u li jtella’ l-infafet u/jew jibdew jidhru leżjonijiet oħrajn fil-membrana mukuża (eż., ħalq u xufftejn).


    • Jekk tinnota kwalunkwe minn dawn is-sintomi: uġigħ f’ġenbek, demm fl-awrina tiegħek jew ammont imnaqqas ta’ awrina. Meta l-marda tiegħek tkun severa ħafna, il-ġisem tiegħek jista’ ma jkunx kapaċi jneħħi l-prodotti ħżiena kollha miċ-ċelluli tal-kanċer li jkunu qed imutu. Dan jissejjaħ is-sindrome tal-lisi tat-tumur u jista’ jikkawża insuffiċjenza tal-kliewi u problemi tal- qalb fi żmien 48 siegħa mill-ewwel doża ta’ Bosulif. It-tabib tiegħek ser ikun konxju ta’ dan u jista’ jiżgura li inti tkun idratat/a b’mod xieraq u jagħtik mediċini oħrajn sabiex jgħin fil-

      prevenzjoni ta’ dan.


      Protezzjoni kontra x-xemx/il-UV

      Tista’ ssir aktar sensittiv għar-raġġi tax-xemx jew tal-UV waqt li tkun qed tieħu bosutinib. Huwa importanti li tgħatti partijiet tal-ġilda esposti għad-dawl tax-xemx u tuża prodott għall-protezzjoni kontra x-xemx b’fattur ta’ protezzjoni kontra x-xemx (SPF) għoli.


      Tfal u adolexxenti

      Bosulif mhux rrakkomandat f’persuni li għandhom inqas minn 18-il sena. Din il-mediċina ma ġietx studjata fit-tfal u fl-adolexxenti.


      Mediċini oħra u Bosulif

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, li jinkludu mediċini mingħajr ir-riċetta tat-tabib, vitamini, u mediċini magħmulin mill-ħxejjex. Ċertu mediċini jistgħu jaffetwaw il-livelli ta’ Bosulif fil-ġisem tiegħek. Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini li fihom sustanzi attivi bħal dawk elenkati hawn taħt:


      Is-sustanzi attivi li ġejjin jistgħu jżidu r-riskju tal-effetti avversi b’Bosulif:

    • ketoconazole, itraconazole, voriconazole, posaconazole, fluconazole, użati għall-infezzjonijiet fungali.

    • clarithromycin, telithromyciin, erythromycin, u ciprofloxacin użati għall-infezzjonijiet batteriċi.

    • nefazodone, użat biex jittratta d-dipressjoni.

    • mibefradil, diltiazem u verapamil, użati biex inaqqsu l-pressjoni fid-demm f’persuni li għandhom pressjoni għolja tad-demm.

    • ritonavir, lopinavir/ritonavir, indinavir, nelfinavir, saquinavir, atazanavir, amprenavir, fosamprenavir u darunavir, użati biex jittrattaw il-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV)/AIDS.

    • boceprevir u telaprevir, użati biex jittrattaw l-epatite C.

    • aprepitant, użat biex jipprevjeni jew jikkontrolla n-nawseja (tħossok ma’ tiflaħx) u rimettar.

    • imatinib, użat biex jittratta tip ta’ lewkimja.

    • crizotinib, użat biex jittratta tip ta’ kanċer tal-pulmun imsejjaħ kanċer tal-pulmun ta’ ċelloli mhux żgħar.


      Dawn is-sustanzi attivi li ġejjin jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ Bosulif:

    • rifampicin, użat biex jittratta t-tuberkulosi.

    • phenytoin, u carbamazepine, użati biex jittrattaw l-epilessija.

    • bosentan, użat biex inaqqas il-pressjoni għolja fid-demm fil-pulmun (pressjoni għolja tal-arterja pulmonari).

    • nafcillin, antibijotiku użat għall-infezzjonijiet batteriċi.

    • St. John’s Wort (fexfiex) (preparazzjoni magħmula mill-ħxejjex li tingħata mingħajr riċetta tat-tabib), użat biex jittratta d-dipressjoni.

    • efavirenz u etravirine, użati biex jittrattaw infezzjonijiet talHIV/AIDS.

    • modafinil, użat biex jittratta ċertu tipi ta’ disturbi tal-irqad.


      Dawn il-mediċini għandhom ikunu evitati waqt it-trattament b’Bosulif. Jekk inti qed tieħu minn dawn il-mediċini, għid lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jbiddel id-doża ta’ dawn il-mediċini, jbiddel id-doża ta’ Bosulif, jew itik mediċina differenti.


      Is-sustanzi attivi li ġejjin jistgħu jaffettwaw ir-ritmu tal-qalb:

    • amiodarone, disopyramide, procainamide, quinidine u sotalol użati biex jittrattaw mard tal-qalb.

    • chloroquine, halofantrine użati biex jittrattaw il-malarja.

    • antibijotiċi clarithromycin u moxifloxacin użati biex jittrattaw infezzjonijiet batteriċi.

    • haloperidol, użat biex jittratta mard psikotiku bħal skizofrenija.

    • domperidone, użat biex jittratta nawseja u rimettar jew biex jistimula l-produzzjoni tal-ħalib tas-sider.

    • methadone, użat biex jittratta l-uġigħ.

      Dawn il-mediċini għandhom jittieħdu b’kawtela matul it-trattament tiegħek b’Bosulif. Jekk qed tieħu xi waħda minnhom, għid lit-tabib tiegħek.


      Jista’ jkun li mhux il-mediċini elenkati hawn biss jista’ jkollhom interazzjoni ma’ Bosulif.


      Bosulif mal-ikel u xorb

      Tiħux Bosulif mal-grejpfrut jew meraq tal-grejpfrut, għaliex jista’ jżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji.


      Tqala, treddigħ u fertilità

      Bosulif m'għandux jintuża waqt it-tqala, sakemm ma jkunx meħtieġ b'mod ċar, minħabba li Bosulif jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu Bosulif, jekk inti tqila jew tista' toħroġ tqila.


      Nisa li jkunu qed jieħdu Bosulif ser jingħataw parir biex jużaw kontraċezzjoni effettiva waqt it- trattament u tal-inqas xahar wara l-aħħar doża. Rimettar jew dijarea jistgħu jnaqqsu l-effikaċja ta’ kontraċettivi orali.


      Hemm riskju li t-trattament b’Bosulif ser iwassal għal fertilità mnaqqsa u jaf tixtieq tieħu parir dwar ħżin tal-isperma qabel jibda t-trattament.


      Jekk qed tredda’, għid lit-tabib tiegħek. Treddax waqt it-trattament b’Bosulif għax dan jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Jekk ikollok sturdament, vista mċajpra jew tħossok għajjien mhux bħas-soltu, issuqx jew tħaddimx magni sakemm ma jkollokx aktar dawn l-effetti sekondarji.


      Bosulif fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola ta’ 100 mg, 400 mg, jew 500 mg, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  3. Kif gћandek tieћu Bosulif


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Bosulif jista’ jiġi preskritt lilek biss minn tabib li għandu esperjenza fil-medicini li-jittrattaw il- lewkemija.


    Dożaġġ u frekwenza tal-għoti

    Id-doża rakkomandata hija ta’ 400 mg darba kuljum għal pazjenti li ġew iddijanjostikati għall-ewwel darba b’CML. Id-doża rakkomandata hija ta’ 500 mg darba kuljum għal pazjenti li l-mediċini preċedenti tagħhom għat-trattament ta’ CML, jew ma ħadmux jew mhumiex adattati. Fil-każ li jkollok problemi moderati jew severi tal-kliewi, it-tabib tiegħek se jnaqqaslek id-doża b’100 mg darba kuljum f’każ ta’ problemi moderati tal-kliewi u b’100 mg addizzjonali darba kuljum f’każ ta’ problemi severi tal-kliewi. It-tabib tiegħek jista' jaġġusta d-doża permezz tal-pilloli ta’ 100 mg skont il-kundizzjonijiet tiegħek, kif tirrispondi għat-trattament u/jew xi effetti sekondarji li jista' jkollok. Ħu l-pillola(i) darba kuljum mal-ikel. Ibla’ l-pillola(i) sħiħa(sħaħ) mal-ilma.


    Jekk tieħu Bosulif aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tieħu ħafna pilloli Bosulif jew doża akbar minn dik meħtieġa, kellem lit-tabib tiegħek mal-ewwel. Jekk possibbli, uri l-pakkett lit-tabib tiegħek, jew dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

    Jekk tinsa tieħu Bosulif

    Jekk tinqabeż doża b’inqas minn 12-il siegħa, ħu d-doża rakkomandata tiegħek. Jekk tinqabeż doża b’iktar minn 12-il siegħa, ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu fil-ġurnata li jmiss.

    M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Bosulif

    Tieqafx tieħu Bosulif sakemm ma jgħidlekx it-tabib biex tagħmel hekk. Jekk inti ma tistax tieħu l- mediċina kif qallek it-tabib tiegħek jew tħoss li m’għandekx aktar bżonnha, kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.


    Għandek tkellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok xi effett sekondarju serju (ara wkoll sezzjoni 2 “X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Bosulif”):


    Disturbi fid-demm. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk ikollok xi sintomi minn dawn: fsada, deni, titbenġel malajr (jista’ jkollok marda tas-sistema limfatika jew tad-demm).


    Disturbi fil-fwied. Għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk ikollok xi sintomi minn dawn: ħakk, għajnejn jew ġilda safra, awrina skura, u uġigħ jew skonfort fil-parti leminija ta’ fuq tal-istonku jew deni.


    Disturbi fl-istonku/fl-imsaren. Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ fl-istonku, ħruq ta’ stonku, dijarea, stitikezza, nawseja u rimettar.


    Problemi tal-qalb. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek disturb fil-qalb, bħal sinjal elettriku mhux normali msejħa “titwil tal-intervall tal-QT” jew jekk tħossok ħażin (telf tas-sensi) jew ritmu tal-qalb irregolari waqt li qed tieħu Bosulif.


    Riattivazzjoni tal-epatite B. Rikorrenza (riattivazzjoni) tal-infezzjoni tal-epatite B meta kellek l- epatite B fil-passat (infezzjoni fil-fwied).


    Reazzjonijiet severi tal-ġilda. Għid lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa kwalunkwe minn dawn is- sintomi: raxx aħmar jew vjola li jikkawża l-uġigħ li jinfirex u li jtella’ l-infafet u/jew jibdew jidhru leżjonijiet oħrajn fil-membrana mukuża (eż., ħalq u xufftejn).


    Effetti sekondarji b’Bosulif jinkludu:


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw aktar minn utent 1 minn kull 10)

    • tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits, ċelloli ħomor tad-demm u/jew newtrofili (tip ta’ ċelloli bojod tad-demm).

    • dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku, nawseja.

    • deni, nefħa fl-idejn, fis-saqajn jew fil-wiċċ, għeja, djugħfija.

    • infezzjoni fil-passaġġ respiratorju.

    • nażofarinġite.

    • tibdil fit-testijiet tad-demm biex ikun determinat jekk Bosulif jaffetwax il-fwied tiegħek u/jew il-frixa, il-kliewi.

    • tnaqqis fl-aptit.

    • uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar.

    • uġigħ ta’ ras

    • raxx fil-ġilda, li jista’ jkun bil-ħakk u/jew mxerred mal-ġisem kollu.

    • sogħla

    • qtugħ ta’ nifs.

    • ma tħossokx stabbli (sturdament).

    • fluwidu fil-pulmun (effużjoni fil-plewra).

    • ħakk.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffetwaw sa utent 1 minn kull 10):

    • għadd baxx taċ-ċelloli tad-demm bojod (lewkopenja).

    • irritazzjoni fl-istonku (gastrite) ħruġ ta’ demm mill-istonku jew l-imsaren.

    • uġigħ fis-sider, uġigħ.

    • ħsara tossika fil-fwied, funzjoni tal-fwied mhux normali inkluż disturb fil-fwied.

    • infezzjoni fil-pulmun (pnewmonja), influwenza, bronkite.

    • difett fir-ritmu tal-qalb li jippredisponi għal ħass ħażin, sturdament u palpitazzjoni.

    • żieda fil-pressjoni tad-demm.

    • livell għoli ta’ potassju fid-demm, livell baxx ta’ fosfru fid-demm, telf eċċessiv ta’ fluwidi tal- ġisem (deidratazzjoni).

    • uġigħ fil-muskoli.

    • tibdil fit-togħma (disġewżja)

    • insuffiċjenza akuta tal-kliewi, insuffiċjenza fil-kliewi, indeboliment tal-kliewi.

    • fluwidu madwar il-qalb (effużjoni perikardjali).

    • tisfir fil-widnejn (tinnitus).

    • urtikarja (ħmura tal-ġilda li titla’ bħal ħobż ħobż), akne.

    • reazzjoni ta’ fotosensittività (sensittività għar-raġġi tal-UV mix-xemx u sorsi oħra tad-dawl).

    • reazzjoni allerġika.

    • pressjoni tad-demm għolja b’mod mhux normali fl-arterji tal-pulmun (pressjoni għolja fil- pulmun).

    • infjammazzjoni akuta tal-frixa (pankreatite akuta).

    • insuffiċjenza respiratorja.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffetwaw sa utent 1 minn kull 100):

    • deni assoċjat ma’ għadd taċ-ċelloli bojod tad-demm baxx (newtropenja bid-deni).

    • ħsara fil-fwied.

    • reazzjoni allerġika li tista’ tkun ta’ periklu għal ħajja (xokk anafilattiku).

    • żieda mhux normali ta’ fluwidu fil-pulmun (edima akuta fil-pulmun).

    • eruzzjoni tal-ġilda.

    • infjammazzjoni tar-rita li tkopri l-qalb (perikardite).

    • tnaqqis notevoli fin-numru ta’ granuloċiti (tip ta’ ċelluli tad-demm bojod).

    • disturb serju tal-ġilda (eritema multiforme).

    • dardir, qtugħ ta’ nifs, taħbit tal-qalb irregolari, bugħawwieġ fil-muskoli, aċċessjoni, awrina mċajpra u għeja assoċjati ma’ riżultati tat-testijiet tal-laboratorju mhux normali (livelli għoljin ta’ potassju, uric acid u fosfru fid-demm; u livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm) li jistgħu jwasslu għal bidliet fil-funzjoni tal-kliewi u insuffiċjenza renali akuta –(Sindrome tal-lisi tat-tumur [TLS, Tumour lysis syndrome]).


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frewkenza mid-data disponibbli):

    • disturb serju tal-ġilda (sindrome ta’ Stevens-Johnson, nekrolisi epidermali tossika) minħabba reazzjoni allerġika, raxx bil-qxur.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

  5. Kif taħżen Bosulif


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u fuq il-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Din il-mediċina ma teħtieġx kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.

    • Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakkett mqatta’ jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Bosulif

400 mg u 500 mg).


Kif jidher Bosulif u l-kontenut tal-pakkett

Bosulif 100 mg pilloli miksijin b’rita huma sofor, ovali, bikonvessi, mnaqqxa b’“Pfizer” fuq naħa waħda u “100” fuq in-naħa l-oħra.

Bosulif 100mg huma disponibbli f’folji li fihom 14 jew 15-il pillola miksija b’rita f’kartuni ta’ 28 jew 30 pillola miksija b’rita jew 112 pillola miksija b’rita.


Bosulif 400 mg pilloli miksijin b’rita huma oranġjo, ovali, bikonvessi,mnaqqxa b’“Pfizer” fuq naħa waħda u “400” fuq in-naħa l-oħra.

Bosulif 400 mg huma disponibbli f’folji li fihom 14 jew 15-il pillola miksija b’rita f’kartuni ta’ 28 jew 30 pillola miksija b’rita.


Bosulif 500 mg pilloli miksijin b’rita huma ħomor, ovali, bikonvessi,mnaqqxa b’“Pfizer” fuq naħa waħda u “500” fuq in-naħa l-oħra.

Bosulif 500 mg huwa disponibbli f’folji li fihom jew 14 jew 15-il pillola miksija b’rita f’kartuniet ta’ 28 jew 30 pillola miksija b’rita.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Pfizer Europe MA EEIG Boulevard de la Plaine 17 1050 Bruxelles

Il-Belġju

Manifattur

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH Betriebsstӓtte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg Il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België / Belgique / Belgien Luxembourg/Luxemburg Pfizer NV/SA

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. + 370 52 51 4000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333


Česká republika

Pfizer, spol. s r.o.

Tel.: +420 283 004 111

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel.: +36-1-488-37-00


Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +356 21344610


Deutschland

PFIZER PHARMA GmbH Tel: +49 (0)30 550055 51000

Nederland

Pfizer BV

Tel: +31 (0)10 406 43 01


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel.: +372 666 7500

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Ελλάδα

Pfizer Ελλάς A.E.

Τλ: +30 210 6785 800

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0


España

Pfizer, S.L.

Tél: +34 91 490 99 00

Polska

Pfizer Polska Sp. Z o.o. Tel:+48 22 335 61 00


France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o. Tel: + 385 1 3908 777

România

Pfizer Romania S.R.L. Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland

Tel: 1800 633 363 (mingħajr ħlas)

+44 (0)1304 616161

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel.: + 386 (0)1 52 11 400


Ísland

Icepharma hf.

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel.: + 421 2 3355 5500


Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh./Tel: +358 (0)9 43 00 40


Kύπρος

Pfizer Ελλάς Α.Ε. (Cyprus Branch). Tηλ+357 22 817690

Sverige

Pfizer AB

Tel: +46 (0)8 550 520 00


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel.: + 371 670 35 775

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0) 1304 616161


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.