Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Gonazon
azagly-nafarelin

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF

Gonazon Konċentrat għall-injezzjoni li jintuża fl-ispeċi femminili tas-salamun


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ , U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL- AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ FL-EEA, JEKK HUWA DIFFERENTI


    IS-SIDTAL-AWTORIZZAZZJONITAL-KUMMERĊ


    Intervet International BV Wim de Korverstraat 35 5831 AN Boxmmer Olanda


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Gonazon, Konċentrat għall-injezzjoni li jintuża fl-ispeċi femminili tas-salamun


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA


    Azagly – nafarelin 1600 mikrogrammi / millilitru bħal Azagly – nafarelin acetate Eċċipjenti: Benzyl alcohol


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Tfaqqis u sinkronizzazjoni ta’ l- ovulazjoni għall-produzzjoni tal-bajd u friegħ tal-ħut.


  5. KONTRA INDIKAZZJONI / JIET


    Tużax Gonazon qabel madwar 10% tal-ħut ikun ovula b’mod naturali.


    Tużax dan il- prodott fuq ħut li jinżamm f’ temperatura li jipprojbixxi l-ħut milli jovula għax inkella tista’ tonqos il- kwalita` tal-bajd.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Jekk tinnota xi effetti serji jew xi effeti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju


  7. SPEĊI GĦAL X'HIEX HUWA NDIKAT IL-PRODOTT


    Speċi tas-Salamun tas-sess feminili bħas-Salamun tal-Atlantiku (Samo Solar), Trota tal-qawsalla (Onċorhynċhus mykiss), Trota kannella (Salmo Trutta) u t-Trota l-ħamra (Salvelinus Alpinus).


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI U METODU U MOD TA’ AMMINISTRAZZJONI

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  9. PARIR FUQ AMMINISTRAZZJONI B’MOD KORRETT


    Injetta intraperitonjalment matul il-linja ċentrali, daqs nofs jew tul ta’ ġewnaħ (tal-ħuta) quddiem il- post ma fejn hu mwaħħal il-ġewnaħ tan-naħa tal-pelvis. Il- ħut għandhom jiġu illuppjati.


    Din id-doża għandha tiġi amministrata fil-volum adattat skond il-piż tal-ħuta partikulari. Is-solvent ipprovdut għandu jintuża sabiex jiġi dilwit il-konċentrat u b’hekk jittejjeb il-volum injettat li jiddependi fuq il- piż tal-ħuta njettata.


    Il-kunjett vojt u sterilizzat huwa ntenzjonat sabiex jitħalltu fih il-konċentrat u s-solvent. Jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jingħataw aktar kunjetti steriliżżati.


    It-tabella ta’ hawn taħt turi l- volum ta’ konċentrat u solvent li wieħed għandu bżonn sabiex jinjetta l- aħjar volum ta’ 0.1ml/kg, 0.2 ml/kg, 0.5 ml/kg u 1.0 ml/kg ta’ ħut.



    L-aħjar volum injettat għal kull kilo ta’ ħut (jiddependi fuq id- daqs tal-ħuta)

    0.1 ml

    0.2 ml

    0.5 ml

    1.0 ml

    Piż totali ta’ ħut li se jiġi injettat

    Volum ta’ konċentrat


    Volum ta’ solvent

    50 kg

    1 ml

    4 ml

    9 ml

    24 ml

    49 ml

    100 kg

    2 ml

    8 ml

    18 ml

    48 ml

    98 ml


    * dan il volum ikun minimizzat għall-ispeċijiet bl-akbar piż ħaj.


    Is-soluzzjoni għall-injezzjoni dilwita għanda tiġi użata immedjatament.


  10. Perjodu ta’ Tiżmim


    Xejn ġranet


  11. TAGĦRIF SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jintlahaqx u ma jidhirx mit-tfal.

    Aħżen u ttrasporta f'temperatura ta’ 2Ċ – 8Ċ (fil-friġġ). Tiffriżax

    Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.

    Meta tiftaħ is-solvent, dan tista’ taħżnu għal 28 ġurnata. Wara li tħallat, uża l-prodott mill-ewwel


  12. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI


    Tħallatx ma prodotti mediċinali oħra

    Ilbes l-ingwanti meta tħallat il-konċentrat mas-solvent


    Evita li tinjetta lilek innifsek.


    F'każ li xxerred fuq il-ġilda jew iddaħħal is-soluzzjoni f’għajnejk, laħlaħ sewwa bl-ilma.

    F'każ ta’ li xxerred il-konċentrat jew ftit mis-soluzzjoni fuq il-ġilda jew f’għajnejk, jew f’kas li tinjetta lilek innifsek, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta’ nformazzjoni li jkun fih

    ġewwa.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Aħsel idejk wara li tuża l-prodott.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL RIMI TA’ MEDIĊINA MHUX UŻATA JEW MATERJAL ĦAŻIN IEĦOR, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma gietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-ligi tal-pajjiż.


  14. DATA META GIE RIVEDUT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV.


    13.06.2008


    Informazzjoni dettaljat fuq dan il-prodott mediċinali veterinarju jinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja tal-Mediċini (EMEA) https://www.emea.europa.eu


  15. TAGĦRIF IEHOR


-

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

FULJETT TA’ TAGĦRIF

Gonazon 18.5 mg impjant għall-klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ , U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL- AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ FL-EEA, JEKK HUWA DIFFERENTI


    IS-SIDTAL-AWTORIZZAZZJONITAL-KUMMERĊ


    Intervet International BV Wim de Korverstraat 35 5831 AN Boxmmer Olanda


    IS-SIDTAL-MANIFATTURARESPONSABBLILIJĦALLIL-KONSENJATMURFIS-SUQ


    Intervet GesmbH Siemenssreabe 107 A-1210 Wien Awstrija


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Gonazon, 18.5mg impjant għall-klieb


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA


    Azagly – nafarelin 18.5 mg


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Jipprevjeni il-funzjoni tal-gonadi permezz li jimblokka is-sintesi tal-gonadotrofina fit-tul.


  5. Kontra indikazzjonijiet


    Tuzax fi klieb tas-sess femminili (qabel il-puberta` u adulti) li huma intenzjonati għat-tgħamir (ara sezzjoni 4.7).


  6. Effetti mhux mixtieqa (frekwenza u gravità)


    Minħabba l-attivita farmakoloġika (inħibizzjoni tal-produzzjoni tal-ormoni tas -sess), l- amministrazjoni tal-agonisti GnRH jistgħu jiġu assoċjati ma vaġinitis.


    Jekk tinnota xi effet serju nhux mixtieq jew xi effet ieħor mhux imsemmi f’dan il-fuljett informattiv, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju.


  7. SPEĊI GĦAL X'HIEX HUWA NDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb (tas-sess femminili)

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  8. Doża rakkomandata u l-metodu ta' amministrazzjoni


    Għall-taħt il-ġilda.

    Fin-nuqqas ta’informazzjoni klinika, titrattax kelbat ta’anqas mit-3 kg piż ħaj u kelbat ta’ razzez kbar li jaqbżu l-45 kg piż ħaj.

    Id-doża rakkomandata hija impjant wieħed għal kull kelba.

    L-impjant jista jiġi amministrat lil kelbiet li għandhom minn erba’ xhur żmien. L-ewwel trattament f’kelbiet adulti għandu jingħata f’metoestrus.

    Iż-żmien li l-funzjoni tal-gonadi tiġi mwaqqfa hija kif murhija fit-tabella hawn taħt:



    Eta` meta beda t-trattament


    4 xhur – 3 snin


    3 - 6 snin


    Medja ta’kemm idum wieqaf


    (devjazzjoni standard)


    12 xahar


    (24 ġranet)


    11 xahar


    (93 ġranet)


    Fil-kelbiet li l-funzjoni tal-gonadi ġie mwaqqaf b’suċċess għal perjodu ta’ 12-il xahar, jista jingħata t- tieni trattament f’dak il-ħin biex ikompli jiġi inibit l-estru. M’hemmx informazzjoni fuq annimali li ġew trattati għall-aktar minn darbtejn.


  9. PARIR FUQ AMMINISTRAZZJONI KORRETTA


    Gonazon għandu jingħata taħt il-ġilda, fil-ħajt anterjuri taż-żaqq, fiż-żona taż-żokkra, b’teknika asettika.


    AMMINISTRAZZJONI:


    1. Poġġi l-kelba miduda fuq darha. Prepara żona żgħira (e.g. 4 cm2) anterjuri taż-żaqq in-naħa addominali/umbilikali għall-proċedura assettika.

    2. Iftaħ il-borża tal-fojl minn fejn hemm is-sinjal tal-qtugħ biex toħroġ l-istrument tal-injezzjoni sterilizzat.

    3. Neħħi l-kappa tal-labbra. Mhemmx għalfejn tipprova tneħħi l-bżieżaq tal-arja bħal meta

      għandek injezzjoni likwida, għax jista jwassal biex joħroġ l-impjant minn ġol-labbra.

    4. B’metodu assettiku, għolli ftit ġilda fin-naħa taż-żokkra tal-kelb. Daħħal il-labbra taħt il- ġilda, b’angolu ta’30 grad fil-ġilda mgħollija f’moviment wieħed.

    5. Oqogħod attent biex ma tippennetrax il-ħajt tal-muskoli jew xaħam.

    6. Bl-id il-ħielsa , żomm l-instrument tal-injezzjoni fil-pożizzjoni billi tuża s-sebgħa l-kbir, għafas l-plunger l-aktar l-isfel li jista` jinżel. B’hekk il-labbra tinġibed u tħalli l-impjant taħt

      il-ġilda. Neħħi l-labbra minn taħt il-ġilda.

    7. Aċċerta ruħek li l-post tal-injezzjoni huwa nadif u xott. Avża lis-sid biex iżomm l-post tal- injezzjoni nadif u xott għal 24 siegħa.

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


      image


      image

      Fig.1 Fig.2 Fig.3 Fig.4


      TNEĦĦIJA:


      Jista jkun hemm bżonn jiġi ristrett kimikament (sedat jew/u anestesija ġenerali). Poġġi l-kelb kif imfiehem għal amministrazzjoni tal-impjant.

      1. Illokalizza l-impjant billi delikatament tipressa bis-swaba l-post tal-amministrazjoni. Ħejji l-post għall-proċedura assettika.

      2. Wara li jingħata biżżejjed loppju (lokali), agħafas bil-mod bis-swaba naħa waħda ta l-

        impjant. Għamel qasma ta’ madwar 5mm tul, fejn hemm l-parti mgħollija tal-impjant. Imbotta l-impjant bil-mod in-naħa ta’ fejn hemm il-qasma. Jekk ikun hemm bżonn aqta` kull tessut fibruż biex jiġi illiberat l-impjant. Aqbad bil-forceps u neħħi.

      3. Avża lis-sid biex iżomm l-post tal-injezzjoni nadif u xott għal 24 siegħa.


Trattament fil-proestrus ma jżommx milli jseħħ dik is-saħna partikolari (proestrus u oestrus)


F’kelbiet adulti, hija komuni li s-saħna tiġi indotta wara l-ewwel xahar li ġie amministrat l-ewwel impjant. Il-frekwenza ta’namra indotta fi metoestrus (32%) hija anqas minn dik anoestrus(84%). Għalhekk l-ewwel trattament preferribilment jingħata f’metoestrus. L-inċidenza ta’ namra ndotta hija baxxa (stmata li hi 8%) f’kelbiet li t-trattament ġie ripetut u li ma kellhom l-ebda sinjal ta’estru fl- ewwel trattament.


Ir-riskju li jiġi ndott saħna fertili huwa baxx f’metoestrus(5%). Amministrazzjoni ta’Gonazon fi stadi oħra taċ-ċiklu jista` jinduċi namra li tkun fertili. Jekk wara s-saħna ndotta, il-kelba tinqabat tqila , l- embriju jista jiġi risorbit jew abbortit. Għalhekk kull kuntat ma klieb tas-sess maskili għandu jiġi evitat sakemm kull sinjal ta’ namra (nefħa tal vulva, tnixxija ta’demm u attrazzjoni lejn klieb maskili) jieqfu.


Saħna ndotta ma ġietx osservata jekk it-trattament jingħata qabel l-puberta. Barra minn hekk, l- frekwenza ta’ saħna ndotta hija anqas f’kelbiet ta eta’zgħira milli fi klieb ta’eta’ akbar.


Numru ta’kelbiet li urew saħna ndotta jistgħu jizviluppaw psewdo tqala. L-inċidenza ta’ psewdo tqala f’kelbat trattati bbażati fuq informazzjoni miġbura, mhux aktar minn kelbiet taħt kontroll (mhux trattati).


Il-prodott meta jiġi amministrat skond id-doża rakommandata huwa bla effett f’kelbat ta’ 7 snin jew akbar.


  1. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  2. TAGĦRIF SPEĊJALI DWAR KIF GĦANDU JINĦAŻEN


    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal żgħar.

    Tużax wara d-data tal-iskadenza kif muriha fuq it-tiketta ’EXP’ Taħżinx il-fuq minn 25°C.


  3. TWISSIJIET SPEĊJALI


    L-impjant jista’ ma jinżammx f’numru ta’kelbiet (1.2%) trattati. Jekk l-impjanti ma jkunx jista jinħass wara xhar li ġie impjantat, is-sid għandu jieħu l-parir tal-veterinarju għax f’dawn l -każijiet l-effikaċċja tal-prodott mhix garantita.


    Wara sena ta’trattament, f’xi 10% tal-każijiet l-impjant ma jibqax jinħass u ma jkunx jista jitneħħa. Biex titnaqqas din l-problema, attenzjoni għandha tingħata biex l-impjant jiġi amministrat taħt il- ġilda., speċjalment f’dak il-klieb li għandhom ħafna depożiti ta xaħam taħt l-ġilda. Jekk Gonazan ma jinstabx u ma jitneħħiex xorta m’ għandux effeti serji fuq saħħet l-kelb. Iżda, l-ħin ta’meta terġa tiġi s- saħna ma jistax jiġi previst.


    Wara amministrazzjoni waħda, l-ovarji jistgħu jdumu aktar ma jiġu attivi wara li jitneħħa l-impjant f’kelbiet trattati qabel il-puberta (medja 255 ġranet, perjodu bejn 36-429 ġranet) milli kelbat adulti (medja 68 ġranet, perjodu bejn 12 - 264 ġranet). Proporzjon għoli (68%) ta’ kelbiet adulti ma jovulawx fl-ewwel saħna wara trattament wieħed. Barra minn hekk, in-nammra ma tistax tiġi akkuratament prevista jekk it-trattament jiġi ripetut. M’hemmx informazzjoni fuq trattamenti ripetuti f’kelbiet ta’ qabel il-puberta.


    Jekk l-impjant jiġi inġerit mill-kelb aċċidentalment, dan m’ għandux effett fuq saħħtu għax il- biodisponibiltà tal-agonisti tal-GnRh huwa baxx ħafna.


    L-użu mhux rakkomandat waqt it-tqala u żmien il-ħalib. Studji fil-laboratorju urew li amministrazzjoni tal-prodott f’kelbiet fil-bidu tat-tqala, aktarx ma jaffetwawx dik it-tqala (iġifieri, it-tqala tkompli iż- żmien kollu bit-twelid ta’ġriewi ħajjin).


    Ilbies protettiv, li jikkonsiti f’ingwanti, għandu jintlibes meta jiġi użat dan l-prodott.


    Evita li tinjettaħ lilek innifsek.F'każ li tinjetta lilek innifsek, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il- pakkett jew il-fuljett ta' informazzjoni li jkun fih ġewwa.


  4. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA' PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI


    Staqsi lit-tabib veterinarju tiegħek kif tarmi il-mediċini meta ma jkollokx aktar bżonnohom. B’hekk tkun qed tipproteġi l-ambjent.


  5. DATA TA' META ĠIET RIVEDUTA DIN IL-KITBA


    13.06.2008


    Informazzjoni dettaljat fuq dan il-prodott mediċinali veterinarju jinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja tal-Mediċini (EMEA) https://www.emea.europa.eu

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  6. TAGĦRIF IEHOR


Kaxxa tal-kartun individwali li fiha strument wieħed sterili għall-injezzjoni li jintrema wara l-użu, ikkargat fis-siringa u mgħotti b’tapp prottetiv.