Paġna ewlenija Paġna ewlenija

NeoSpect
depreotide

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNHA


NeoSpect 47 mikrogramma. Sett għall-preparazzjoni radjufarmaċewtika Depreotide


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina. Ser jgħidlek dwar il-mediċina tiegħek.

Jekk tbati minn wieħed minn dawn il-kondizzjonijiet, għandek tinforma lit-tabib.


NeoSpect mhux rakkomandat għall-użu mit-tfal ta' taħt it-18-il sena, billi m’hemmx tagħrif għal pazjenti ta’ din l-eta`.


L-użu ta' NeoSpect jinvolvi espożizzjoni għal ammonti żgħar ta' radjuattivita`, madankollu t-tabib tiegħek dejjem se jikkonsidra r-riskji possibbli u l-benefiċċji meta jkun qed jikkonsidra l-użu ta' dan il- prodott.


Biex titnaqqas id-doża ta' radjazzjoni li tkun assorbita mill-borża ta' l-urina, it-teħid tal-fluwidi għandu jiżdied fl-ewwel ftit sigħat wara l-injezzjoni biex ikun hemm tneħħija frekwenti.


Meta tuża mediċini oħra


Hemm biss tagħrif limitat dwar l-interazzjonijiet ma' prodotti oħra.

Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki mhux bir-riċetta.


Tqala u Treddigh

Għandek tgħid lit-tabib jekk hemm possibilita` li int tqila, jew jekk qed tredda`.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

L-ebda effetti magħrufa. Madankollu, NeoSpect mhux mistenni li jaffettwa l-ħila tiegħek li ssuq jew li tħaddem il-magni.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  1. KIF GĦANDEK TUŻA NeoSpect


    Dożaġġ u għoti


    NeoSpect jintuża f’pazjenti li għandhom iktar minn 18-il sena.


    Id-doża rakkomandata hija fjala waħda (bejn wieħed u ieħor 47 mikrogramma ta' depreotide) tikkettati b'555-740MBq ta' technetium-99m.


    NeoSpect radjutikkettat jingħata b'injezzjoni waħda fil-vina. Wara t-tikkettar bis-soluzzjoni radjuattiva għall-injezzjoni, sodium pertechnetate (99mTc), NeoSpect radjutikkettat ikun injettat qabel ma tittieħed l-iskan.


    L-iskan jista' jittieħed minn 2-4 sigħat wara l-injezzjoni ta' NeoSpect.


    99mTc-depreotide li jibqa' fil-ġisem tiegħek jitlef ir-radjuattivita` tiegħu malajr fi żmien jumejn jew tlett ijiem.


    Billi hemm regoli stretti dwar l-użu, l-immaniġġar u r-rimi ta' radjuattivita`, NeoSpect dejjem se jintuża fi sptar jew f'ambjent simili. Se jkun ippreparat u mgħoti biss minn nies li huma mħarrġa u kwalifikati fl-użu ta' materjal radju-attiv, b'sigurta`.


    Doża aċċessiva


    Jekk ikun hemm suspett ta' doża eċċessiva, tingħata kura sintomatika. It-tabib tiegħek jista' jirrakkomanda li int tixrob ħafna fluwidi biex iżżid ir-rata li biha jitneħħew it-traċċi tal-prodott radjufarmaċewtiku minn ġismek.

  2. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

    Bħal kull mediċina oħra, NeoSpect jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. Il-biċċa l-kbira ta' l-effetti mhux mixtieqa għaddew u kienu moderati.

    L-iktar li ġew rappurtati kienu:


    * uġigħ ta; ras

    * dardir

    * remettar

    * dijarrea

    * uġigħ addominali

    * sturdament

    * fawra fil-wiċċ

    * għeja


    Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib tiegħek.


  3. KIF TAĦŻEN NeoSpect

    Żommu fejn ma jintaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    It-tikketta tal-prodott tinkludi l-kondizzjonijiet xierqa ta’ kif għandu jinħażen u u d-data ta' meta jiskadi l-prodott.


    L-istaff ta' l-isptar jaċċertaw li NeoSpect jinħażen kif suppost.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  4. AKTAR TAGĦRIF


X'fih NeoSpect:



Id-Dehra ta’ NeoSpect u d-daqs tal-pakkett:


Dan il-prodott huwa sett għall-preparazzjoni radjufarmaċewtika.

NeoSpect huwa trab għal soluzzjoni għall-injezzjoni li jrid jiddewweb u jkun tikkettat b'technetium radjuattiv qabel jintuża. Meta soluzzjoni tas-sustanza radjuattiva, sodium pertechnetate (99mTc) tiżdied fil-fjala, jiġi ffurmat 99mTc-depreotide. Din is-soluzzjoni hija lesta biex tiġi injettata fil-vina.


Daqsijiet tal-Pakketti


Kunjett 1 fih 47 mikrogramma ta' depreotide.

5 kunjetti, kull kunjett fih 47 mikrogramma ta' depreotide.

Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha huma għal skop kummerċjali.


Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-Manifattur:


CIS bio international

B.P. 32

91192 GIF sur YVETTE cedex FRANZA

Il-manifattur responsabbli mir-rilaxx tal-lott:


CIS bio international

B.P. 32

91192 GIF sur YVETTE cedex FRANZA


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’