Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Convenia
cefovecin


FULJETT TA’ TAGĦRIF

Convenia 80 mg/ml trab u solvent għas-soluzzjoni għall-injezzjoni fi klieb u qtates


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-a wtor izzazzjo ni g ħat -tq egħid fis -suq Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħ rug tal-lott: Haupt Pharma Latina S.r.l

    S.S. 156 Km 47,600

    04100 Borgo San Michele Latina

    L-ITALJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Convenia 80 mg/ml trab u solvent għas-soluzzjoni għall-injezzjoni fi klieb u qtates. Cefovecin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull k un jett ta’ 2 3 ml trab lajof iliżżat fi h:

    Kull k un jett ta’ 5 ml trab lajof iliżżat fih;


    Sustanza attiva:

    852 mg cefovecin (f’forma ta’ sodju)


    Sustanzi mhux attivi:

    19.17 mg methyl parahydroxybenzoate (E218)

    2.13 mg propyl parahydroxybenzoate (E216)

    Kull kunjett ta’ 19 ml dilwent fih: Sustanzi mhux attivi:

    13.00 mg/ml benzyl alcohol

    10.80 ml ilma għall-injezzjonijiet

    Sustanza attiva:

    340 mg cefovecin (f’forma ta’ sodju)


    Sustanzi mhux attivi:

    7.67 mg methyl parahydroxybenzoate (E218)

    0.85 mg propyl parahydroxybenzoate (E216)

    Kull kunjett ta’ 10 ml dilwent fih: Sustanzi mhux attivi:

    13.00 mg/ml benzyl alcohol

    4.45 ml ilma għall-injezzjonijiet


    Meta tkun rikostitwita skond l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta, is-solu zzjon i g ħall -injezzjoni fiha:

    80.0 mg/ml cefovecin (f’forma ta’ sodju)

    1.8 mg/ml methyl parahydroxybenzoate (E218)

    0.2 mg/ml propyl parahydroxybenzoate (E216)

    12.3 mg/ml benzyl alcohol


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Għall-użu biss tal-infezzjonijiet kif ġejjin li għandhom bżonn trattament fit-tul. L-attività ta’ Convenia wara injezzjoni waħda kontra l-mikrobi ddum sa 14-il ġurnata.

    Klieb:

    Trattament ta’ infezzjonijiet tal-ġilda u tessuti rotob inkluż pyoderma, feriti u axxessi assoċjati ma’

    Staphylococcus pseudintermedius, -haemolytic Streptococci, Escherichia coli u/jew Pasteurella multocida.


    Għat-trattament ta’ infezzjonijiet ta’ l-apparat urinarju assoċjati ma’ Escherichia coli u/jew Proteus

    spp.


    Bħala trattament miżjud ma’ kura periodontali mekkanika jew kirurġika fit-trattament ta’ infezzjonijiet serji tal-ħanek u tessuti periodontali assoċjati ma’ Porphyromonas spp. u Prevotella spp. (Ara ukoll Sezzjoni 12 ‘Prekawzjonijiet Speċjali – Għall-annimal’.)


    Qtates:

    Għat-trattament ta’ axxessi u feriti tal-ġilda u tessuti rotob assoċjati ma’ Pasteurella multocida, Fusobacterium spp., Bacteroides spp., Prevotella oralis, haemolytic Streptococci u/jew Staphylococcus pseudintermedius.


    Għat-trattament ta’ infezzjonijiet tal-apparat urinarju assoċjati ma’ Escherichia coli.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ ipersensittività għal antibijotiċi tat-tip kefalosporini jew penicillini. Tużax f’erbivori żgħar (inkluż fniek tal-indi u fniek).

    Tużax fi klieb u qtates ta’ anqas minn 8 ġimgħat.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    F’okkażjonijiet rari ħafna ġew osservati sinjali gastrointestinali fosthom remettar, dijarea u/jew anoressija.


    F’każijiet rari ħafna ġew rappurtati sinjali newroloġiċi (atassja, konvulzjoni jew aċċessjoni) u reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni wara l-użu tal-prodott.


    Jistgħu jseħħu b’mod rari ħafna reazzjonijiet ipersensittivi (eż. anafilassi, dispneja, xokk ċirkulatorju). Jekk għandhom iseħħu reazzjonijiet minn dawn, għandha tiġi amministrata l-kura xierqa mingħajr dewmien (ara wkoll 12 Prek awzjo ni jiet sp eċjali g ħall -użu fl -annimali).


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati li juru effetti mhux mixtieqa)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb u qtates.


    image

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Klieb u qtates: 8 mg cefovecin/kg piż (1 ml għal kull 10 kg piż).


    Tabella ta’ Dożaġġ


    Piż tal-annimal (Klieb u Qtates)

    Volum biex jingħata

    2.5 kg

    0.25 ml

    5 kg

    0.5 ml

    10 kg

    1.0 ml

    20 kg

    2.0 ml

    40 kg

    4.0 ml

    60 kg

    6.0 ml


    Biex tirrikostitwixxi, iġbed il-volum li hemm bżonn mid-dilwent fornut mill-kunjett tiegħu (għall- kunjett ta’ 23 ml li fih 852 mg trab lajofiliżżat irrikostitwixxi b’10 ml ta’ dilwent, jew għall-kunjett ta’ 5 ml li fih 340 mg trab lajofiliżżat irrikostitwixxi b’4 ml ta’ dilwent) u żid fil-kunjett li fih it-trab lajofiliżżat. Ħawwad il-kunjett sakemm it-trab jidher li nħall kollu.


    Infezzjonijiet tal-ġi ld a u tessuti r ot ob fil -klieb:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda. Jekk hemm bżonn, it-trattament jista’ jiġi rrepetut f’intervalli ta’ 14-il ġurnata sa tlett darbiet oħra. Skond prattika veterinarja tajba l-kura għall-pyoderma għandha titkompla sa wara l-fejqan komplut tas-sinjali kliniċi.


    Infezzjonijiet serji tal-ħan e k u tessuti p erio do nt ali fil -klieb:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda ta’ 8 mg/kg piż (1 ml għal kull 10 kg piż).


    Axxessi u feriti tal-ġi ld a u tessuti ro to b fil -qtates:

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda. Jekk hemm bżonn, tista’ tingħata doża oħra 14-il ġurnata wara l-ewwel injezzjoni.


    Infezzjonijiet tal-apparat urinarju fi klieb u qtates: Injezzjoni waħda taħt il-ġilda.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Sabiex tassigura dożaġġ tajjeb, il-piż għandu jittieħed kemm jista’ jkun sewwa sabiex tevita li jingħata dożaġġ baxx.


    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompattibilita, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma prodotti mediċinali veterinarji oħra.


    Ta’ spiss pyoderma hija sekondarja għall-infezzjoni oħra. Għalhekk huwa rikkmandat li l-kawża prinċipali tkun magħrufa u l-annimal ittrattat kif suppost.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli.

  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-pakkett. Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jiġi imħallat skond kif rakkomandat : 28 ġurnata

    Kif jiġri ma’ kefalosporini oħra, il-kulur tat-taħlita rikostitwita jista’ jiskura matul dan iż-żmien. Madankollu, jekk tiġi maħżuna kif irrikmandat, is-saħħa ma tiġix affettwata.


    Qabel rikostituzzjoni:

    Aħżen fil-friġġ (2 C – 8 C ). Tagħmlux fil-friża. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġi mid-dawl.


    Wara rikostituzzjoni:

    Aħżen fil-friġġ (2 C – 8 C ). Tagħmlux fil-friża. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tipproteġi mid-dawl.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prek awzjo ni jiet sp eċjali g ħall -użu fl -annimali:


    Huwa prudenti li kefalosporini tat-tielet ġenerazzjoni jkunu riżervati għat-trattament ta’ kundizzjonijiet kliniċi li ma rrispondewx tajjeb, jew mhumiex mistennijja jirrispondu tajjeb, għall-klassijiet oħra ta’ antimikrobiċi jew kefalosporini tal-ewwel ġenerazzjoni. L-użu tal-prodott għandu jkun ibbażat fuq testijiet tas-suxxettibilità u għandha tkun ikkunsidrata l-politika uffiċjali u lokali dwar l-użu tal- antimikrobiċi.


    Il-bżonn fundamentali biex jingħata trattament għal mard periodontali huwa l-intervent mekkaniku u/jew kirurġiku tal-veterinarju.


    Is-sigurtà ta’ Convenia fi klieb u qtates ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib. Annimali ttrattati m’għandhomx jintużaw għat-tgħammir għal 12-il ġimgħa wara l-aħħar amministrazzjoni.

    Is-sigurtà ta’ Convenia ma ġietx studjata f’annimali li qed isofru minn funzjoni renali fqira ħafna. Għandha tintuża kawtela f’pazjenti li minn qabel urew reazzjonijiet ipersensittivi għall-cefovecin,

    kefalosporini oħra, peniċillini, jew mediċini oħra. L-amministrazzjoni ta’ cefovecin m’għandhiex

    titkompla jekk iseħħ xi reazzjoni allerġika, u għandha tingħata kura apposta għal ipersensittività tal- beta-lactam. Reazzjonijiet ipersensittivi akuti serji jistgħu jeħtieġu trattament b’epinefrina u miżuri

    oħra ta’ emerġenza, li jinkludu ossiġinu, fluwidi intravenużi, anti-istamina intravenuża, kortikosterojdi, u mmaniġjar tal-kanali tan-nifs, skond kif indikat klinikalment. Tobba veterinarji għandhom ikunu

    konxji li s-sintomi allerġiċi jistgħu jerġgħu jseħħu meta il-kura simptomatika titwaqqaf.


    Xi minn daqqiet, il-kefalosporini ġew assoċjati ma’ majelotossiċità li tikkreja newtropinja tossika. Reazzjonijiet ematoloġiċi oħra li jidhru bil-kefalosporini jinkludu newtropinja, anemija, ipoprotrombinimja, trombosajtopinja, prothrombin time (PT) u partial thromboplastin time (PTT) imtawlin u disfunzjoni tal-platelets.


    L-użu fl-istess ħin ta’ sustanzi li għandhom grad għoli ta’ abbinar mal-proteini (e.g. furosemide, ketoconazole jew mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDS) jistgħu jikkompetu ma’ cefovecin biex jabbinaw u dan jista’ jwassal għal effetti mhux mixtieqa.


    Ripetizzjoni tad-doża (tmin amministrazzjonijiet), ħames darbiet aktar minn dik irrikmandata f’intervalli ta’ 14-il ġurnata, kienet ittollerata tajjeb fi klieb ta’ eta’ żghira. Nefħiet ħfief u li jgħaddu

    fil-post tal-injezzjoni kienu osservati wara l-ewwel u t-tieni amministrazzjoni. Amministrazzjoni waħda 22.5 darba aktar mid-doża rrikmandata, kkawżat edima li tgħaddi u skumdità fil-post tal- injezzjoni.


    Ripetizzjoni tad-doża (tmin amministrazzjonijiet), ħames darbiet aktar minn dik irrikmandata f’intervalli ta’ 14-il ġurnata, kienet ittollerata tajjeb fi qtates ta’ eta’ żghira. Amministrazzjoni waħda

    22.5 darba aktar mid-doża rrikmandata, kkawżat edima li tgħaddi u skumdità fil-post ta-l-injezzjoni.


    Prek awzjo ni jiet sp eċjali l i g ħan dh om ji ttieħd u mill -persuna li tamministra l-pr od ott medi ċinali veterinarju lill-annimali:


    Peniċillini u kefalosporini jistgħu jikkawżaw reazzjoni ipersensittiva (allerġija) wara injezzjoni, jekk jittieħdu man-nifs, jekk jittieħdu bil-ħalq jew b’kuntatt mal-ġilda. L-ipersensittività għall-peniċillini tista’ twassal għal sensittività nkroċjata għal kefalosporini u bil-maqlub. Reazzjonijiet allerġiċi għal dawn is-sustanzi jistgħu xi kultant ikunu serji.


    Tmissx dan il-prodott jekk taf li inti sensittiżżat jew jekk ġejt avżat biex ma taħdimx b’preparazzjonijiet bħal dawn.

    Ħu il-prekawzzjonijiet kollha rrikkmandati biex tevita li tiġi espost għal dan il-prodott meta tmissu. Jekk wara li tiġi espost tiżviluppa sintomi bħal raxx fil-ġilda, għandek tfittex parir mediku u turi din it-

    twissija lit-tabib. Nefħa tal-wiċċ, xufftejn jew għajnejn jew diffikulta’ biex tieħu n-nifs, huma sintomi

    aktar serji li għandhom bżonn attenzjoni medika fil-pront.


    Jekk taf li int allerġiku għall-peniċillini jew kefalosporini, evita l-kuntatt ma’ skart ikkontaminat. F’każ ta’ kuntatt, aħsel il-ġilda bis-sapun u bl-ilma.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini .


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Cefovecin huwa kefalosporin tat-tielet ġenerazzjoni b’attività wiesgħa kontra mikrobi Gram-positive u Gram-negative. Huwa differenti minn kefalosporini oħra billi jabbina mal-proteini b’mod qawwi u għandu effett fit-tul. L-attività ta’ cefovecin bħal dik tal-kefalosporini kollha, tiġi billi twaqqaf il- formazzjoni tal-ħajt cellulari tal-mikrobu; cefovecin għandu effett li joqtol il-mikrobi.


Cefovecin juri attività in-vitro kontra Staphylococcus pseudintermedius u Pasteurella multocida li huma assoċjati ma’ infezzjonijiet tal-ġilda tal-klieb u l-qtates. Mikrobi anerobiċi bħal Bacteroides spp. u Fusobacterium spp. li nġabru minn axxessi fil-qtates dehru li jirrispondu. Prophyromonas gingivalis u Prevotella intermedia miġbura minn mard periodontali tal-klieb dehru li jirrispondu ukoll. Barra minn hekk, cefovecin juri attività in-vitro kontra Escherichia coli li hija assoċjata ma’ infezzjonijiet

tas-sistema urinarja fil-klieb u l-qtates.

Reżistenza għall-kefalosporini tiġi minn inattivazzjoni enżimatika (produzzjoni ta’ -lactamase) jew minn mekkaniżmi oħra. Reżistenza tista’ tkun chromosomal jew plasmid-encoded u tista’ tiġi ttrasferita jekk tkun assoċjata ma’ transposons jew plasmids. Reżistenza inkroċjata tista’ tidher ma’ kefalosporini oħra u ma’ aġenti antibatteriċi beta-lactam oħra. Meta jiġi applikat breakpoint mikrobijoloġiku propost ta’ S 2 g/ml, ma kien hemm l-ebda reżistenza f’iżolati ta’ Pasteurella multocida u Fusobacterium spp. u Porphyromonas spp. Meta jiġi applikat breakpoint mikrobijoloġiku propost ta’ I 4 g/ml, reżistenza għall-cefovecin f’iżolati ta’ S. pseudintermedius u beta-haemolytic Streptococci kienet ta’ anqas minn 0.02 % u 3.4 % f’iżolati ta’ Prevotella intermedia. Il-persentaġġ ta’ reżistenza għall-cefovecin f’iżolati ta’ E. coli, Prevotella oralis, Bacteroides spp. u Proteus spp. kienu ta’ 2.3 %, 2.7 %, 3.1 % u 1.4 % rispettivament. Il-persentaġġ ta’ reżistenza għall-cefovecin f’iżolati ta’ coagulase negative Staphylococci spp. (e.g. S. xylosus, S. schleiferi, S. epidermidis) hija ta’ 9.5 %. Iżolati ta’ Pseudomonas spp., Enterococcus spp, and Bordetella bronchiseptica huma minnhom reżistenti għall-cefovecin.


Cefovecin għandu propjetajiet farmakokinetiċi uniċi b’half-lives ta’ eliminazzjoni estremament twal kemm fil-klieb kif ukoll fil-qtates.


Il-prodott jiġi f’pakkett wieħed ta’ 5 ml jew 23 ml magħmul minn kunjett bit-trab freeze dried, u kunjett ieħor bid-dilwent. Rikostituzzjoni tagħti 4 ml jew 10 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni rispettivament. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.