Versican Plus DHPPi/L4
live, attenuated Canine distemper virus, canine adenovirus, canine parvovirus, canine parainfluenza virus inactivated
Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:
Zoetis Belgium SA Rue Laid Burniat 1
1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU
Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott:
Bioveta, a.s., Komenského 212,
683 23 Ivanovice na Hané, IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Versican Plus DHPPi/L4 lijofiliżat u sospensjoni għal sospensjoni għall-injezzjoni għall-klieb.
Kull doża ta’ 1 ml fiha:
Lijofiliżat (atte nwat ħaj) : Minimu Massimu Canine distemper virus, strejn CDV Bio 11/A 103.1 TCID50* 105.1 TCID50 Canine adenovirus tip 2, strejn CAV-2-Bio 13 103.6 TCID50* 105.3 TCID50 Canine parvovirus tip 2b, strejn CPV-2b-Bio 12/B 104.3 TCID50* 106.6 TCID50 Canine parainfluenza virus tip 2, strejn CPiV-2-Bio 15 103.1 TCID50* 105.1 TCID50
Sos pe ns joni (inattivat):
Leptospira interrogans serogrupp Icterohaemorrhagiae
serovar Icterohaemorrhagiae strejn MSLB 1089 ALR** titre ≥ 1:51
Leptospira interrogans serogrupp Canicola
serovar Canicola, strejn MSLB 1090 ALR** titre ≥ 1:51
Leptospira kirschneri serogrupp Grippotyphosa
serovar Grippotyphosa, strejn MSLB 1091 ALR** titre ≥ 1:40
Leptospira interrogans serogrupp Australis
serovar Bratislava, strejn MSLB 1088 ALR** titre ≥ 1:51
Idrossidu tal-aluminju 1.8-2.2 mg.
* 50% doża infettiva tat-tessut ikkultivat.
** Antibody micro agglutination-lytic reaction.
Lijofiliżat: materja bħal sponża ta’ lewn bajdani. Sospensjoni: kulur bajdani b’sediment fin.
Tilqim attiv għall-klieb minn età ta’ 6 ġimgħat:
biex tilqa’ għal mortalità u sinjali kliniċi kkawżati mill-canine distemper virus,
biex tilqa’ għal mortalità u sinjali kliniċi kkawżati mill-canine adenovirus tip 1,
biex tilqa’ għas-sinjali kliniċi u tixrid virali kkawżat mill-canine adenovirus tip 2,
biex tilqa’ għas-sinjali kliniċi, lewkopinja u tixrid virali kkawżati mill-canine parvo virus,
biex tilqa’ għas-sinjali kliniċi (tnixxija mill-imnieħer u l-għajnejn) u tnaqqas it-tixrid virali kkważat mill-canine parainfluenza virus,
biex tilqa’ għas-sinjali kliniċi, infezzjoni u tixrid mal-urina kkawżati minn L. interrogens
serogrupp Australis serovar Bratislava,
biex tilqa’ għas-sinjali kliniċi u tixrid mal-urina u tnaqqas l-infezzjoni kkawżati minn L. interrogens serogrupp Canicola serovar Canicola u L. interrogens serogrupp Icterohaemorrhagiae serovar Icterohaemorrhagiae u,
biex tilqa’ għas-sinjali kliniċi u tnaqqas l-infezzjoni u tixrid mal-urina kkawżati minn L.k irschneri
serogrupp Grippotyphosa serovar Grippotyphosa.
Bidu tal-immunità:
3 ġimgħat wara l-ewwel tilqima għal CDV, CAV, CPV
3 ġimgħat wara li jintemm il-kors primarju għal CpiV - u
4 ġimgħat wara li jintemm il-kors primarju għall-komponenti tal-Leptospira.
Tul tal-immunità:
Tal-anqas tliet snin wara l-kors primarju għall- canine distemper virus, canine adenovirus tip 1, canine adenovirus tip 2 u canine parvo virus. It-tul tal-immunità għall-CAV-2 ma ġiex stabbilit permezz ta’ sfida. Ġie muri li tliet snin wara it-tilqima, l-antikorpi għall-CAV-2 kienu għadhom preżenti. Rispons immunitarju protettiv għal mard respiratorju assoċċjat mal-CAV-2 huwa kkunsidrat li jdum tal-anqas tliet snin. Tal-anqas sena wara l-kors primarju għall-CPiV u għall-komponenti tal-Leptospira.
Xejn.
Nefħa li tgħaddi (sa 5 cm) tista’ tidher spiss fis-sit tal-injezzjoni wara l-amministrazzjoni taħt il-ġilda fil- klieb. Din tista’ tkun tweġġa’, sħuna jew ħamra. Sal-14-il jum wara t-tilqima kull nefħa ta’ dan it-tip għandha tkun telqet waħedha jew naqset ħafna.
L-anoressija u nuqqas fl-attività rari ġew osservati.
Reazzjonijiet ipersensittivi (eż. sinjali gastrointestinali bħal dijarea u remettar, anafilassi, anġoedima, dispneja, xokk ċirkolatorju, kollass) rari jseħħu. Jekk iseħħu dawn ir-reazzjonijiet għandha tingħata kura xierqa mingħajr dewmien. Dawn ir-reazzjonijiet jistgħu jevolvu f’kundizzjoni ħafna aktar gravi li tista’ tkun ta’ periklu tal-mewt.
Reazzjonijidet sistemiċi bħal letarġija, ipertermja u telqa’ ġenerali rari ħafna jseħħu.
Sinjali kliniċi ta’ mard immunitarju, bħal anemija ħimolitika, trombosajtopinja jew poliartrite ġew rappurtati f’każijiet rari ħafna.
Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:
komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali ttrattati juru effetti mhux mixtieqa)
komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal ittrattat)
mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal ittrattat)
rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal ittrattat)
rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal ittrattat, inklużi rapporti iżolati).
Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.
Klieb.
Użu għal taħt il-ġilda.
Skema għat-tilqima primarja:
Żewġ dożi ta’ Versican Plus DHPPi/L4 3-4 ġimgħat minn xulxin minn età ta’ 6 ġimgħat.
Rabbja
Jekk hemm bżonn ta’ protezzjoni kontra r-Rabbja:
L-ewwel doża: Versican Plus DHPPi/L4 minn età ta’ 8-9 ġimgħat.
It-tieni doża: Versican Plus DHPPi/L4R 3-4 ġimgħat wara imma mhux qabel l-età ta’ 12-il ġimgħa. Fi studji fil-laboratorju l-effikaċja tal-frazzjoni tar-rabbja ġiet ippruvata wara doża waħda minn età ta’ 12-il ġimgħa. Mandankollu, f’field studies 10% ta’ klieb sero-negattivi ma wrewx serokonverżjoni
(> 0.1 IU/ml) 3-4 ġimgħat wara tilqima primarja waħda kontra r-rabbja. Xi annimali jistgħu ma jagħtux livelli ta’> 0.5 IU/ml wara t-tilqima primarja. Il-livelli ta’ antikorpi jaqgħu matul il-kors tat-3 snin ta’ immunità, għalkemm il-klieb huma protetti jekk jiġu sfidati. F’każ ta’ vvjaġġar lejn żoni ta’ riskju jew barra mill-UE, veterinarji jistgħu jagħżlu li jagħtu aktar tilqimiet tar-rabbja wara l-età ta’ 12-il ġimgħa biex ikun żgurat li l-klieb imlaqqma ikollhom livelli ta’ antikorpi ≥ 0.5 IU/ml, li ġeneralment huma meqjusa li jagħtu protezzjoni biżżejjed u li jilħqu l-bżonnijiet tat-test tal-ivjaġġar (livell ta’ antikorpi ≥ 0.5 IU/ml).
F’każ ta’ bżonn klieb iżgħar minn 8 ġimgħat jistgħu jiġu mlaqqma billi s-sigurtà ta’ Versican Plus DHPPi/L4R ġiet dimostrata fi klieb ta’ 6 ġimgħat.
Skema għat-tilqima ripetuta:
Doża waħda ta’ Versican Plus DHPPi/L4 għandha tingħata kull tliet snin. Hemm bżonn ta’ tilqima repetuta kull sena għall-parainfluenza u l-komponenti tal-Leptospira, għalhekk doża waħda tal-vaċċin kompatibbli Versican Plus Pi/L4 tista’ tingħata kull sena skont il-bżonn.
Irrikostitwixxi b’mod asettiku l-lijofiliżat u s-sospensjoni. Ħallat sew u immedjatament amministra l- kontenut kollu (1 ml) tal-prodott rikostitwit.
Vaċċin rikostitwit: lewn fir-roża jew kulur safrani b’opalexxenza ħafifa.
Mhux applikabbli.
Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2C – 8C).
Tiffriżax. Ipproteġi mid-dawl.
Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta wara JISKADI.
Uża fil-pront wara li jitħallat.
Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:
Rispons immunitarju tajjeb jiddependi fuq sistema immunitarja kompletament kompetenti. Il-kompetenza immunitarja tal-annimal tista’ tiġi kompromessa minn varjetà ta’ fatturi li jinkludu saħħa fqira, stat nutrizzjonali, fatturi ġenetiċi, kura b’mediċini fl-istess ħin u stress.
Ir-rispons immunoloġiku għall-komponenti CDV, CAV u CPV tal-vaċċin jistgħu jiġu ttardjati minħabba interferenza mal-antikorpi derivati mill-omm. Mandankollu, ġie ppruvat li t-tilqima toffri protezzjoni fil- presenza ta’ antikorpi derivati mill-omm kontra sfidi virali tal CDV, CAV u CPV f’livelli daqs jew ogħla minn dawk li x’aktarx jinstabu f’kundizzjonijiet reali. F’sitwazzjonijiet fejn wieħed jistenna livelli għoljin ħafna ta’ antikorpi derivati mill-omm, il-protokol ta’ tilqim għandu jiġi ppjanat skont il-bżonn.
Laqqam biss annimali f’saħħithom. Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:
L-istrejn attenwati ħajjin mill-vaċċin tal-virus CAV-2, CPiV u CPV-2b jistgħu jinxterdu mill-klieb imlaqqma
wara t-tilqima, tixrid ta’ CPV deher sa 10 ijiem. Mandankollu, minħabba fil-patoġeniċità baxxa ta’ dawn l- istrejns m’hemmx għalfejn li klieb imlaqqma jiġu sseparati minn klieb mhux imlaqqma u minn qtates domestiċi. L-istrejn tal-virus CPV-2b tal-vaċċin ma ġiex ittestjat fuq u karnivori oħra (ħlief klieb u qtates domestiċi) li hu magħruf li huma suxxettibbli għall-canine parvoviruses u għalhekk klieb imlaqqma għandhom jiġu sseparati minnhom wara t-tilqima.
Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:
F’każ ta’ amministrazzjoni aċċidentali lilek innifsek, ħu parir mediku fil-pront u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.
Tqala u treddigħ:
Jista’ jintuża waqt it-tieni u it-tielet stadju tat-tqala. Is-sigurtà tal-prodott ma ġietx investigata waqt l- istadju bikri tat-tqala u fit-treddigħ.
Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:
M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma’ kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor. Għaldaqstant id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għandha tittieħed każ b’każ.
Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):
L-ebda reazzjoni oħra mhux mixtieqa barra dawk imsemmija f’sezzjoni 6 ma kienet osservata wara l- amministrazzjoni ta’ doża eċċessiva tal-vaċċin b’10 darbiet. Madankollu f’minoranza tal-annimali inħass uġigħ fis-sit tal-injezzjoni immedjatament wara l-amministrazzjoni ta’ doża eċċessiva tal-vaċċin b’10 darbiet.
Inkompatibilitajiet:
Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.
Kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju li ma ġiex użat jew materjal għar-rimi li huwa derivat minn
dan il-prodott mediċinali veterinarju għandhom jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż.
Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini https://www.ema.europa.eu/.
Kaxxa tal-plastik b’25 kunjett (doża waħda) tal-lijofiliżat u 25 kunjett (1 ml) tas-sospensjoni. Kaxxa tal-plastik b’50 kunjett (doża waħda) tal-lijofiliżat u 50 kunjett (1 ml) tas-sospensjoni.
Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.