Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Rasilamlo
aliskiren hemifumarate, amlodipine besilate

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Rasilamlo 150 mg/5 mg pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 150 mg/10 mg pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 300 mg/5 mg pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 300 mg/10 mg pilloli miksijin b’rita Aliskiren/amlodipine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu prekawzjonijiet oħra jekk inti qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:


Rasilamlo ma’ ikel u xorb

Għandek tevita li tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-frott u/jew xarbiet li fihom estratti mill-pjanti (inkluż tejiet tal-ħxejjex).

Tqala

Tiħux din il-mediċina jekk ħriġt tqila (ara sezzjoni Tiħux Rasilamlo). Jekk toħroġ tqila inti u tieħu din il-mediċina, ieqaf ħudha minnufih u kellem lit-tabib tiegħek. Jekk taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il- mediċina. It-tabib tiegħek normalment javżak biex tieqaf tieħu Rasilamlo qabel ma toħroġ tqila u se jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Rasilamlo. Rasilamlo mhux irrakkomandat fil -bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jagħmel ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.


Treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew se tibda tredda’ dalwaqt. Rasilamlo mhuwiex irrakkomandat għal ommijiet li qed ireddgħu u t-tabib jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk inti tixtieq tredda’, speċjalment meta t-tarbija tiegħek tkun għadha titwield, jew tkun twieldet qabel iż-żmien.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Amlodipine, wieħed mis-sustanzi attivi f’Rasilamlo, jista’ jġegħlek tħossok sturdut u bi ngħas. Jekk inti tħoss dan is-sintomu, issuqx u tużax għodod jew magni.


  1. Kif għandek tieħu Rasilamlo


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek u m’għandekx tieħu aktar mid-doża rrakkomandata. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża tas-soltu ta’ Rasilamlo hija pillola waħda kuljum.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    L-effett fuq il-pressjoni jidher fi żmien ġimgħa u l-effett massimu jintlaħaq f’madwar 4 ġimgħat. Jekk il-pressjoni tiegħek ma tkunx ikkontrollata wara 4 sa 6 ġimgħat, it-tabib tiegħek jista’ jaġġustalek id- doża.


    Kif għandu jingħata

    Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ xi ftit ilma. Għandek tieħu din il-mediċina ma’ ikla ħafifa darba kuljum, l- aħjar fl-istess ħin kuljum. Għandek tevita li tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-frott u/jew ma’ xarbiet li fihom estratti mill-pjanta (inkluż tejiet tal-ħxejjex). Matul it-trattament, it-tabib tiegħek jista’ jaġġusta d-doża tiegħek skont ir-reazzjoni tal-pressjoni tad-demm tiegħek.


    Jekk tieħu Rasilamlo aktar milli suppost

    Jekk bi żball ħadt wisq pilloli Rasilamlo, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.


    Jekk tinsa tieħu Rasilamlo

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħudha hekk kif tiftakar u mbagħad ħu d-doża li jmissek fil- ħin tas-soltu. Jekk tiftakar id-doża minsija l-għada, għandek sempliċement tieħu l-pillola li jkun imissek fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ pilloli f’daqqa) biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Tiqafx tieħu din il-mediċina, anki jekk tkun qed tħossok tajjeb/tajba sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.

    Nies li jkolhom il-pressjoni tad-demm għolja ħafna drabi ma jinnutaw l-ebda sinjal tal-problema. Ħafna nies iħossuhom normali. Huwa importanti ħafna li tieħu din il-mediċina eżattament kif jgħidlek it-tabib tiegħek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju li jkollok effetti sekondarji. Żomm l-appuntamenti mat-tabib tiegħek anki jekk tkun qed tħossok tajjeb.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Ħass ħażin u/jew sturdament jew mejt marbuta ma’ pressjoni baxxa jistgħu jseħħu fil-bidu tal-kura b’Rasilamlo. Jekk tħoss dawn, għid lit-tabib tiegħek, minnufih.


    Bħal ma jgħodd għall-kwalunkwe taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ kull komponent individwali ma jistgħux jiġu esklużi. Ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati qabel b’wieħed jew biż-żewġ sustanzi attivi (aliskiren u amlodipine) ta’ Rasilamlo u elenkati taħt jistgħu jseħħu b’Rasilamlo.


    Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu gravi:

    Xi pazjenti esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji gravi. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin, kellem lit-tabib tiegħek minnufih:

    • Reazzjonijiet serji fil-ġilda (nekroliżi epidermali tossika u/jew reazzjonijiet fil-mukuża tal- ħalq - ħmura fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew il-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni)

      (mhux komuni: jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 100 ruħ).

    • Reazzjoni allerġika serja b’sintomi bħalma huma raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ jew fix-xofftejn jew fl-ilsien, diffikultà biex tieħu n-nifs, sturdament (rari: jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000 ruħ).

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Dardir, nuqqas ta’ aptit, awrina ta’ lewn skur jew il-ġilda u l-għajnejn jisfaru (jistgħu jkunu sinjali ta' disturb fil-fwied) (frekwenza mhux magħrufa).


      Effetti sekondarji oħra jistg ħu jinkludu:


      Komuni (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 10 min-nies):

    • pressjoni baxxa

    • nefħa, inkluż nefħa fl-idejn, għekiesi jew saqajn (edima periferali),

    • dijarea

    • uġigħ fil-ġogi (artralġja)

    • livell għoli ta’ potassium fid-demm

    • sturdament

    • ngħas

    • uġigħ ta’ ras

    • fwawar

    • uġigħ fl-addome

    • nawsja

    • għeja

    • palpitazzjonijiet (tħoss it-taħbita tal-qalb tiegħek)


      Mhux komuni (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 100 ruħ):

    • raxx tal-ġilda (dan jista’ jkun sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi jew anġjoedima – ara l-effetti sekondarji “Rari” hawn taħt)

    • problemi bil-kliewi li jinkludu indeboliment akut tal-kliewi (tnaqqis serju fl-awrina)

    • reazzjonijiet serji fuq il-ġilda (nekroliżi epidermali tossika u/jew reazzjonijiet mukużi fil- ħalq – ħmura fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew il-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni)

    • sogħla

    • ħakk

    • raxx (inkluż raxx bil-ħakk u urtikarja)

    • żieda fl-enzimi tal-fwied

    • nuqqas ta’ rqad

    • bidliet fil-burdata (inkluż ansjetà)

    • dipressjoni

    • rogħda

    • sens ta’ togħma mibdul

    • tintilef minn sensik għal għarrieda, għal ftit ħin

    • tnaqqis fis-sensittività tal-ġilda

    • tingiż jew titrix

    • disturb fil-vista (inkluż vista doppja)

    • żarżir fil-widnejn

    • qtugħ ta’ nifs

    • imnieħer inixxi

    • rimettar

    • skonfort fl-istonku wara ikla

    • tibdil fid-drawwiet tal-ippurgar (inkluż dijarea u stitikezza)

    • ħalq xott

    • jaqa’ x-xagħar

    • rqajja’ vjola fil-ġilda

    • bidla fil-kulur tal-ġilda

    • ħruġ eċċessiv ta’ għaraq

    • raxx ġeneralizzat

    • uġigħ fil-muskoli

    • bugħawwieġ fil-muskoli

    • uġigħ fid-dahar

    • disturbi fl-għamil tal-awrina

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • tgħaddi l-awrina bil-lejl

    • tgħaddi l-awrina ta’ spiss

    • impotenza

    • tkabbir tas-sider fl-irġiel

    • uġigħ fis-sider

    • dgħufija

    • uġigħ

    • tħossok ma tiflaħx

    • żieda fil-piż

    • tnaqqis fil-piż


      Rari (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000 ruħ):

    • reazzjoni allerġika gravi (reazzjoni anafilattika)

    • reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) u anġjoedima (is-sintomi tagħha jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, raxx, ħakk, ħorriqija jew nefħa fil-wiċċ, fl-idejn u fis-saqajn, fl-għajnejn, fix-xofftejn u/jew fl-ilsien, sturdament)

    • żieda fil-livell ta’ kreatinina fid-demm

    • ħmura fil-ġilda (eritema)

    • konfużjoni

      Rari ħafna (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 10,000 ruħ):

    • livell baxx ta’ ċelluli bojod fid-demm u plejtlits fid-demm

    • livell għoli ta’ zokkor fid-demm

    • żieda fl-ebusija tal-muskoli u inabbiltà li titmattar

    • sensazzjoni ta’ titrix jew tingiż b’sensazzjoni ta’ ħruq fis-swaba tal-idejn u tas-saqajn

    • attakk tal-qalb

    • taħbit irregolari tal-qalb

    • infjammazzjoni tal-kanali tad-demm

    • uġigħ sever fil-parti ta’ fuq tal-istonku

    • infjammazzjoni tal-kisja tal-istonku

    • fsada mill-ħniek, sensittività jew tkabbir tal-ħniek

    • infjammazzjoni tal-fwied

    • test tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

    • reazzjoni fil-ġilda bi ħmura u tqaxxir fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew fil-ħalq

    • ġilda xotta, raxx, raxx bil-ħakk

    • raxx tal-ġilda bil-ġilda taqa’ qxur, qxur jew titqaxxar

    • raxx, ġilda ħamra, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew fil-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni

    • nefħa prinċipalment tal-wiċċ u tal-griżmejn

      li m’għadux awtorizzat

    • żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx


      Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli):

    • sturdament b’sensazzjoni li kollox qed idur bik

    • livell baxx ta’ sodju fid-demm


    Jekk xi wieħed minn dawn jaffettwak b’mod gravi, kellem lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun li jkollok bżonn twaqqaf Rasilamlo.



    inali

    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  3. Kif taħżen Rasilamlo


    Prodott mediċ

    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS/EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Rasilamlo


Kif jidher Rasilamlo u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 150 mg/5 mg huma pilloli sofor ċari, konvessi, ovali, miksijin b’rita, b’“T2” imnaqqxa fuq naħa waħda u “NVR” fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 150 mg/10 mg huma pilloli sofor, konvessi, ovali, miksijin b’rita, b’“T7” imnaqqxa fuq naħa waħda u “NVR” fuq in-naħa l-oħra.


Il-pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 300 mg/5 mg huma pilloli sofor skuri, konvessi, ovali, miksijin b’rita, b’“T11” imnaqqxa fuq naħa waħda u “NVR” fuq in-naħa l-oħra.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Il-pilloli miksijin b’rita Rasilamlo 300 mg/10 mg huma pilloli miksijin b’rita sofor fil-kannella, konvessi, ovali, miksijin b’rita, b’“T12” imnaqqxa fuq naħa waħda u “NVR” fuq in-naħa l-oħra.


Rasilamlo jiġi f’pakketti li fihom 14, 28, 56 jew 98 pillola (ġo folji kalendarju), 30 jew 90 pillola (f’folji normali) u 56x1 pillola (bħala folji ta’ doża waħda mtaqqbin).


Huwa jiġi wkoll f’pakketti b’ħafna ta’ 98 pillola (2 pakketti b’49) u 280 pillola (20 pakkett b’14) ġo folji kalendarju u 98x1 pillola (2 pakketti x 49x1) bħala folji ta’ doża waħda mtaqqbin.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jew il-qawwiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited Frimley Business Park Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit


Il-Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito 131

I-80058 Torre Annunziata/NA L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Pharma Services Inc. Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország

Novartis Hungária Kft. Pharma Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 26 37 82 111


Eesti

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600


Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

Novartis Pharma Services Inc. Tel: +371 67 887 070

United Kingdom

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd. Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat


ANNESS IV


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

KONKLUŻJONIJIET XJENTIFIĊI U RAĠUNIJIET LI JIRRAKKOMANDAW IL- VARJAZZJONI GĦAT-TERMINI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSURs għal aliskiren / aliskiren, amlodipine / aliskiren, hydrochlorothiazide, il-konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


Matul ir-rapportar, għadd ta’ reazzjonijiet avversi għall-mediċina (ADRs) serji u mhux serji minn sorsi ta’ dejta ta’ wara t-tqegħid fis-suq rigward l-“iponatremja” qajmu tħassib li wassal għas- sottomissjoni ta’ analiżi kumulattiva mid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq (MAH). L-analiżi kumulattiva eżaminat 187 każ, li 57 minnhom kienu ddokumentati b’mod suffiċjenti, filwaqt li fi 8 minn dawn il-każijiet ma setgħetx tiġi eskluża relazzjoni kawżali. Fi

3 każijiet addizzjonali fejn l-iponatremja severa kienet assoċjata ma’ sintomi newroloġiċi bħal edema fil-moħħ jew konfużjoni maġġuri u edema ċerebrali, lanqas ma setgħet tiġi eskluża l- kawżalità.


L-MAH issottometta analiżi b’1407 każijiet ta’ “qtugħ ta’ nifs”, li fi 13 minnhom kien hemm irtirar pożittiv u fi tliet każijiet kien hemm riesponiment pożittiv. Il-PRAC ikkunsidra l-każijiet ta’ rtirar u riesponiment bħala informazzjoni importanti dwar ir-relazzjoni kawżali li tikkontribwixxi sabiex

jiġi kkonfermat is-sinjal tas-sigurtà.


Għalhekk, fid-dawl tad-dejta disponibbli rigward aliskiren / aliskiren,amlodipine / aliskiren, hydrochlorothiazide, il-PRAC kien tal-fehma li l-bidliet fl-informazzjoni tal-prodott kienu ġustifikati. Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Raġunijiet li jirrakkomandaw il-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis- Suq


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Abbażi ta’ konklużjonijiet xjentifiċi għal aliskiren / aliskiren, amlodipine / aliskiren, hydrochlorothiazide, is-CHMP huwa tal-opinjoni li l-bilanċ bejn benefiċċju u riskju ta’ prodotti mediċinali li fihom aliskiren / aliskiren, amlodipine / aliskiren, hydrochlorothiazide huwa favorevoli soġġett għall-bidliet proposti lill-informazzjoni tal-prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-Awtorizzazzjonijiet għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu varjati.