Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Pravafenix
fenofibrate, pravastatin

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Pravafenix 40 mg/160 mg kapsuli iebsin

pravastatin sodju/fenofibrate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Id-doża normali hija kapsula waħda li tittieħed kuljum matul l-ikla ta’ filgħaxija. Ibla’ l-kapsula mal- ilma. Huwa importanti li tieħu l-kapsula mal-ikel, għax inkella din ma taħdimx jekk l-istonku tiegħek ikun vojt.


Meta t-tabib tiegħek tak Pravafenix flimkien ma’ colestyramine jew xi reżini ta’ għaqid tal-aċidi biljari (mediċini sabiex ibaxxu l-ammont ta’ kolesterol), ħu Pravafenix siegħa qabel, jew 4 sa 6 sigħat wara r- reżin. Dan minħabba li colestyramine jew reżini li jgħaqqdu l-aċidu biljari spiss inaqqsu l-assorbiment tal-mediċina meta jittieħdu qrib wisq flimkien u b’hekk jimpedixxu l-assorbiment ta’ Pravafenix. Jekk tieħu rimedji għall-indiġestjoni (użati sabiex jinnewtralizzaw l-aċidu fl-istonku), ħu Pravafenix siegħa wara.


Jekk tieħu Pravafenix aktar milli suppost

Jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


Jekk tinsa tieħu Pravafenix

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu, ħu l-ammont normali

tiegħek ta’ Pravafenix fil-ħin normali l-ġurnata ta’ wara.


Jekk tieqaf tieħu Pravafenix

Tiqafx tieħu Pravafenix mingħajr ma tiddiskuti dan qabel mat-tabib tiegħek.


Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  1. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.


    Iż-żewġ effetti sekondarji li ġejjin huma importanti u jeħtieġu azzjoni immedjata


    Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk għandek xi uġigħ muskolari jew xi bugħawwiġ, sensittività jew dgħjufija mingħajr ebda raġuni. Dan minħabba li f’xi okkażjonijiet rari ħafna (jista' jaffettwa sa 1 minn kull 10,000 persuna), problemi fil-muskoli jistgħu jkunu serji, inkluż tkissir tal-muskoli li jirriżulta fi ħsara fil-kliewi, u rari ħafna seħħew ukoll xi mwiet.

    Reazzjonijiet allerġiċi severi f’daqqa li jinkludu nefħa tal-wiċċ, tax-xofftejn, tal-ilsien jew tal-pajp tan- nifs li jistgħu jikkawżaw diffikultà kbira fit-teħid tan-nifs. Din hija reazzjoni rari ħafna li tista’ tkun serja jekk isseħħ. Għandek tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk din isseħħ.

    Effetti sekonardji addizzjonali


    Effetti sekondarji komuni (jista' jaffettwa sa 1 minn kull 10 persuni)

    • Effetti diġestivi: disturbi gastriċi jew intestinali (uġigħ addominali, dardir, rimettar, dijarrea u gass, stitikezza, ħalq xott, uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome b’nefħa (dispepsja), tifwiq (eruktazzjonijiet)).

    • Effetti fuq il-fwied: transaminażi tas-serum miżjuda.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jista' jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna)

    • Taħbit tal-qalb mhux normali (palpitazzjonijiet), formazzjoni ta’ emboli tad-demm fil-vini (trombożi profonda tal-vini) u mblukkar tal-arterji tal-pulmun b’emboli tad-demm (emboliżmu pulmonari).

    • Raxx, raxx tal-ġilda, ħakk, ħorriqija jew reazzjonijiet għad-dawl tax-xemx jew għal espożizzjoni għad-dawl UV (reazzjonijiet ta’ fotosensittivtà), anormalità tal-qorriegħa/xagħar (inkluż telf tax- xagħar).

    • Effetti fuq is-sistema nervuża: sturdament (sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ stabbiltà), uġigħ ta’ ras, disturbi fl-irqad (inkluż diffikultà fl-irqad u ħolm ikrah), sensazzjoni ta’ rqad ta’ partijiet tal- ġisem (paresteżija).

    • Uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi (mijalġija, artralġija), uġigħ fid-dahar, alterazzjonijiet f’xi testijiet tad-demm tal-laboratorju għall-funzjoni tal-muskoli.

    • Problemi bil-viżta bħal viżta mċajpra jew doppja.

    • Problemi bil-kliewi (livelli miżjudin jew imnaqqsin ta’ ċerti enzimi fil-ġisem li jidhru f’test), problemi bil-bużżieqa tal-awrina (mogħdija tal-awrina b’uġigħ jew frekwenti, ikollok tgħaddi l- ilma bil-lejl), disfunzjoni sesswali.

    • Għejja, dgħjufija, mard simili għall-influwenza.

    • Sensittività eċċessiva.

    • Żieda fil-kolesterol fid-demm, żieda fit-trigliċeridi fid-demm, żieda fl-LDL, żieda fil-gamma- glutamyl transferase (diversi enżimi tal-fwied), uġigħ fil-fwied (uġigħ fil-muskoli addominali tal- lemin ta’ fuq, kemm bl-uġigħ fid-dahar u kemm mingħajru), żieda fil-piż.

    • Obeżità.

    • Infjammazzjoni tal-muskoli (mijożite), bugħawwiġ u dgħjufija muskolari.


      Effetti sekondarji rari (jista' jaffettwa sa 1 minn kull 1,000 persuna)

    • Tnaqqis fl-emaglobina (pigment li jġorr l-ossiġnu fid-demm) u lewkoċiti (ċelloli bojod tad- demm).


      Effetti sekondarji rari ħafna (jista' jaffettwa sa 1 minn kull 10,000 persuna)

    • Infjammazzjoni tal-fwied (epatite), li s-sintomi tagħha jistgħu jkunu sfurija ħafifa tal-ġilda u tal- abjad tal-għajnejn (suffejra), uġigħ addominali u ħakk.

    • Tkissir muskolari (rhabdomyolysis), xi każi ta’ problemi bit-tendini, xi kultant ikkumplikat bi qsim.

    • Kondizzjoni kkaratterizzata minn infjammazzjoni tal-muskoli u l-ġilda (dermatomijosite).

    • Raxx tal-ġilda, possibbilment b’uġigħ fil-ġogi (Sindrome jixbah l-erythematous lupus).

    • Tnemnim u mewt (polinewropatija periferali)


      Effetti sekondarji ta’ frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

    • Dgħjufija tal-muskoli li hija kostanti.

    • Raxx tal-ġilda (ħruġ ta’ likenojde)


      Effetti sekondarji possibbli rraportati b’xi statins (l-istess tip ta’ mediċini li jbaxxa l-livell tal-

      kolesterol bħal pravastatin)

    • Telf tal-memorja

    • Depressjoni

    • Diffikultajiet respiratorji, inklużi sogħla persistenti/jew qtugħ ta’ nifs jew deni.

    • Dijabete: Dan probabbli aktar jekk ikollok livelli għoljin ta’ zokkor u xaħmijiet fid-demm tiegħek, għandek piż ħejjed u għandek il-pressjoni għolja. It-tabib tiegħek ser jissorveljak waqt li inti tkun qed tieħu din il-mediċina.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew ill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  2. Kif taħżen Pravafenix


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja/flixkun wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  3. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Pravafenix


(E171), iron oxide isfar (E172).


Kif jidher Pravafenix u l-kontenut tal-pakkett


Il-kapsuli huma kapsula iebsa tal-ġelatina bil-parti ta’ fuq kulur iż-żebbuġa u l-parti ewlenija ħadra ċara li fiha massa bajda fil-beġ u pillola. Il-kapsuli jiġu f’pakketti ta’ folji tal-Polyamide-Aluminju- PVC/aluminju li jkun fihom 30, 60 jew 90 kapsula, u fi fliexken tal-plastik bojod opaki li fihom 14, 30, 60 jew 90 kapsula.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq Manifattur


Laboratoires SMB s.a. SMB Technology s.a.

Rue de la Pastorale, 26-28 Rue du Parc Industriel 39

B-1080 Brussels B-6900 Marche en Famenne

Il-Belġju Il-Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur talawtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien Laboratoires SMB S.A. Tél/Tel: + 32.2.411.48.28.

Lietuva

Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.


България

Thea Pharma Ltd

Teл.: +359.2.444.24.66

Luxembourg/Luxemburg Laboratoires SMB S.A. Tél/Tel: + 32.2.411.48.28.


Česká republika Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.

Magyarország Laboratoires SMB S.A. Tel.: + 32.2.411.48.28.


Danmark

Galephar Nordic ApS Tlf: +45 5666 0490

Malta

Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.


Deutschland

Galephar Pharma GmbH

Tel: +49 7164 66 26

Nederland

Galephar B.V.

Tel: +31 71 562 15 02


Eesti

Laboratoires SMB S.A.

Tel: + 32.2.411.48.28.

Norge

Laboratoires SMB S.A.

Tlf: + 32.2.411.48.28.


Ελλάδα

Angelini Pharma Hellas SA

Τηλ: +30 210 62 69 200

Österreich Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.


España

Lacer S.A.

Tel: +34 934 46 53 00

Polska

Laboratoires SMB S.A. Tel.: + 32.2.411.48.28.


France

Laboratoires SMB S.A. Tél: + 32.2.411.48.28.

Portugal

Tecnimede Sociedade Técnico-Medicinal S.A.

Tel: +351 21 041 41 00


Hrvatska

Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.

România

Solartium Group S.r.l. Tel: +40 21 211 71 83


Ireland

Laboratoires SMB S.A.

Tel: + 32.2.411.48.28.

Slovenija

Laboratoires SMB S.A.

Tel: + 32.2.411.48.28.


Ísland

Laboratoires SMB S.A.

Sími: + 32.2.411.48.28.

Slovenská republika Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.


Italia

Abiogen Pharma S.p.A. Tel: +39 050 3154 101

Suomi/Finland Laboratoires SMB S.A. Puh/Tel: + 32.2.411.48.28.


Κύπρος

Synapsis Trading Limited

Τηλ: +30 210 67 26 260

Sverige

Galephar Nordic ApS

Tlf: +45 5666 0490

Latvija

Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.

United Kingdom (Northern Ireland)

Laboratoires SMB S.A. Tel: + 32.2.411.48.28.


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar fi


il-Mediċini https://www.ema.europa.eu/.